ONOR. CARMELO ABELA:Madam Speaker, naħseb li wara dan ir-ruling, l-Onor. Zammit Dimech ma jistax ikompli bid-diskors tiegħu mingħajr leave of House.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Gatt.
ONOR. AUSTIN GATT: Madam Speaker, safejn naf jien qabel ma tqajjem il-point of order mill-Onor. Ċensu Galea, l-Onor. Zammit Dimech ingħata extension biex ikun jista' jkompli jitkellem. Jiġifieri ma naħsibx li hemm għalfejn li l-Onor. Zammit Dimech jingħata leave of House għax għad fadallu l-ħin ta' l-extension.
Madanakollu, fi kwalunkwe każ, jien ma nafx jekk il-ħin li fih il-Kamra ġiet sospiża biex is-Sedja tagħti ruling għandux jiġi magħdud mal-ħin li għandu l-Onor. Zammit Dimech biex jitkellem.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Gatt għandu raġun. L-extension ingħatat u l-Onor. Zammit Dimech baqagħlu 20 minuta għad-dispożizzjoni tiegħu, li jibdew issa.