MADAM SPEAKER: Onorevoli, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.Xi ħadd jipproponi li l-Onor. Psaila Savona jkompli jinstema.
ONOR. JOHN DALLI: Nipproponi li l-Onor. Psaila Savona jkompli jinstema'.
ONOR. CARMELO ABELA: Nissekonda.
MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor. Psaila Savona jkompli jitkellem. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?
Il-mozzjoni għaddiet nem. con. ONOR. JOE PSAILA SAVONA: Nirringrazzja lill-Kamra ta' l-estensjoni li tatni imma ma nafx jekk din tinkludix l-interruzzjonijiet kollha li saru matul id-diskors tiegħi. Nittama li meta niġi għal estensjonioħra tingħatali!
Madam Speaker, il-messaġġ tiegħi llum hu li nixtieq nara l-livell ta' l-għajxien ta' dan il-poplu jogħla imma wisq nibża' li we have been standing still minn Ottubru ta' l-1996 'il hawn. Mill-ġurnata ta' l-elezzjoni sal-lum dan il-poplu, ħalli ma ngħidx li mar lura, m'għamel l-ebda pass 'il quddiem f'dak li huwa l-livell ta' l-għajxien. Hawn ħafna nies li tilfu l-job jew il-