MADAM SPEAKER: Grazzi. Rimarki, jekk jogħġobkom? L-Onor. Noel Farrugia.
ONOR. NOEL FARRUGIA:Madam Speaker, matul dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm diversi allegazzjonijiet dwar il-miżuri li d-dipartiment ta' l-agrikoltura kien qed jieħu sabiex jitneħħew is-siġar tal-każwarina f'Misraħ l-Isptar, Ħaż-Żebbuġ, ħalli minflokhom jitħawlu siġar oħra. Intqal li dawn il-miżuri li ttieħdu ma kenux skond dak li riedet l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u li ma kien hemm l-ebda talba min-naħa tad-dipartiment ta' l-agrikoltura lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar. Bil-permess tiegħek, Madam Speaker, xtaqt inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-talba li għamel id-dipartiment ta' l-agrikoltura u r-risposta pożittiva ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex ix-xogħol ikun jista' jsir.
MADAM SPEAKER: Hawn permess? (Onor. Membri: Iva)
Il-permess ingħata.