Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 283,88 Kb.
səhifə11/82
tarix10.01.2022
ölçüsü283,88 Kb.
#99998
1   ...   7   8   9   10   11   12   13   14   ...   82
MADAM SPEAKER: L-Onor. Austin Gatt.
ONOR. AUSTIN GATT: Filwaqt li nifhem ir-raġunijiet kif spjegahom issa l-Viċi Prim Ministru, fis-sens li qabel ma jippubblika r-rapport jrid ikollu r-reazzjoni nterna - u din hija l-ewwel darba li qegħdin nisimgħuha - jiena qiegħed nifhem sewwa li huwa ma jara xejn ħażin li f'dan l-istadju l-membru nominat mill-Oppożizzjoni fuq din l-Awtorita' jgħaddi lill-membri ta' l-Oppożizzjoni rapport li l-Gvern żgur jikkonsidrah konfidenzjali?
MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.
ONOR. GEORGE VELLA: Madam Speaker, l-ewwelnett nibda biex ngħid li jiena qatt m'għidt li dan huwa rapport konfidenzjali u lanqas għidt li l-membru li għandha l-Oppożizzjoni fuq il-bord għandu jgħaddilhom ir-rapport. Huwa l-bord li jrid jiddeċiedih dan għaliex jiena r-rapport rajtu u għaddejtu għad-diskussjoni u għall-input tal-bord - kif ħassejtni fid-dover li nagħmel. Jekk il-bord jiddeċiedi li dan għandna nippublikawh u li anke nagħtu kopja lill-Partit Nazzjonalista jew whoever, jien m'għandi l-ebda oġġezzjoni. Dan m'huwiex xi rapport li fih innifsu jista' jinqara waħdu għaliex dan huwa sempliċement input għall-attenzjoni tal- ministeru, jiġifieri għal min se jipprova jagħmel analisi tas-sitwazzjoni biex ikun jista' jieħu d-deċiżjonijiet. Għalhekk jien qed ngħid li eventwalment ma nara xejn ħażin li dan ir-rapport jiġi ppubblikat. Mill-banda l-oħra pero' ma jagħmilx sens li tippubblika meta għadek qiegħed tistudja dawk ir-rakkmandazzjonijiet u meta għadhom deħlin ir-reazzjonijiet għalihom.
Per eżempju, hemm ċerti affarijiet li kieku kellhom joħorġu mir-rapport dawn malajr isiru fatta u malajr wieħed jibda jgħid li se jsir hekk jew li mhux se jsir hekk. Mela fi stadju bħal dan xi ħadd jagħmel l-affarijiet pubbliċi! Jiena ma nafx għalfejn hawn din il-ħafna arja ta' suspetti. Nerġa' ngħid dan ir-rapport m'hu konfidenzjali xejn imma l-prattika titlob li jekk inti qiegħed tiddiġerixxi l-materjal li għandek allura m'għandekx tagħmlu għax inkella l-pubbliku malajr jibda jaqbad xi biċċa minnu u jgħid: Isma', iljunfant huwa xi ħaġa twila jew xi ħaġa ħoxna jew xi ħaġa ratba.
Jiena nista' ngħid ċar u tond li jekk l-Onor. Gatt irid kopja, nistiednu jiġi personalment għada u nagħtih kopja tiegħu biex jarah imma mhux biex jiġi ppubblikat fil-gazzetti għax inkella tibda ssir ħafna spekulazzjoni fuqu, li la tagħmel sens u lanqas ġid. Kemm iċ-chairman ta' l-Awtorita', kemm id-dfirettur ta' l-Awtorita' u kemm il-bord għandhom kopja ta' dan ir-rapport u, kif għidt, jien diġa' għandi rapport ieħor li jagħti l-argumenti favur u kontra s-suġerimenti li hemm. Pero' dan huwa kollu parti mil-proċess ta' decision making.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.

Yüklə 283,88 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   7   8   9   10   11   12   13   14   ...   82




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin