Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 283,88 Kb.
səhifə22/82
tarix10.01.2022
ölçüsü283,88 Kb.
#99998
1   ...   18   19   20   21   22   23   24   25   ...   82
MADAM SPEAKER: L-Onor. Gonzi.
ONOR. LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, ħalli nipprova nagħmel l-affarijiet aktar sempliċi. Naħseb li jekk il-Prim Ministru jara Ordni Permanenti Nru. 33 isib it-tweġiba mill-ewwel għall-punt li qed iressaq għax dan jagħmilha ċara li:
"Membru jista', jekk ikun hekk awtorizzat minn Membru ieħor li ma jkunx dak il-ħin preżenti, jipproponi jew iressaq mozzjoni jew ordni tal-ġurnata fl-assenza tal-Membru inkarigat minnu.".
L-Onor. Dalli hawnhekk huwa nkarigat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex iressaq din il-mozzjoni. Din saret kemm-il darba f'dan il-Parlament u jidhirli li hawn m'għandux ikun hemm diffikulta'. Jien ma nafx għaliex il-Prim Ministru qed isib din id-diffikulta' għax fil-passat kien hemm ċirkostanzi fejn mozzjoni tressqet minn ministru mbagħad il-winding up sar minn ministru ieħor. Din hija proċedura normalissima u m'hemm xejn li jżomm milli jsir dan. Wara kollox l-iskop ta' din is-seduta hija li ssir diskussjoni fuq mozzjoni proposta mill-Oppożizzjoni. Il-fatt li llum qegħdin niltaqgħu biex niddiskutu item ta' aġenda magħrufa fl-Ordnijiet Permanenti tagħna bħala private members' motion, jiġifieri item li m'huwiex tal-Gvern imma li huwa tal-membri privati, anzi tal-backbenchers - mhux neċessarjament ta' l-Oppożizzjoni - ma jagħmel l-ebda differenza u jien ma nafx għaliex qed ikun hemm din l-oġġezzjoni. Pero' jekk hemm din l-oġġezzjoni jien nerġa' nirrepeti li Ordni Permanenti Nru. 33 isolvi din id-diffikulta' kollha.

Yüklə 283,88 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   18   19   20   21   22   23   24   25   ...   82




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin