Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 283,88 Kb.
səhifə24/82
tarix10.01.2022
ölçüsü283,88 Kb.
#99998
1   ...   20   21   22   23   24   25   26   27   ...   82
MADAM SPEAKER: L-Onor. Gonzi.
ONOR. LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, bir-rispett kollu jien ma nistax naqbel ma' dak li qed jgħid il-Prim Ministru. Ordni Permanenti Nru. 33 huwa wieħed mill-Ordnijiet Permanenti li qegħdin f'kapitlu li huwa intitolat "Seduti, Quorum, Aġġornament u Għeluq". Dan il-kapitlu jgħodd għas-seduti kollha ta' dan il-Parlament, indipendentement jekk l-aġenda ta' dan il-Parlament tinzertax tkun aġenda ta' government business jew inkella tinzertax tkun aġenda ta' private members' motion. Ordni Permanenti Nru. 33 jgħodd għal kull seduta bla eċċezzjoni u Allaħares ma kienx hekk għaliex allura jiġri li x-xogħol ta' dan il-Parlament ikollu jieqaf jekk xi ħadd jinzerta, per eżempju, imsiefer jew jekk xi ħadd jinzerta ma jiflaħx bħalma huwa l-każ tal-lum. Bir-rispett kollu lejn il-Prim Ministru nerġa' ngħid li m'għandniex għalfejn nitfixklu fuq dawn l-affarijiet għax Ordni Permanenti Nru. 33 qiegħed f'kapitlu li jittratta s-seduti kollha ta' dan il-Parlament, indipendentement jekk l-aġenda hijiex ta' government business day jew opposition day.

Yüklə 283,88 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   20   21   22   23   24   25   26   27   ...   82




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin