MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 44
MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 59
MINUTI
Il-Minuti tas-Seduta Nru. 53 li saret l-Erbgħa, 23 ta' April, 1997 ġew konfermati.
MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI
QRATI - DRITT PENALI
3125. L-ONOR. CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor. Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux ikollna diminished responsibility bħala general defence to a criminal charge oltre provvedimenti eżistenti fid-dritt penali tagħna?
ONOR. JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll) (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Il-ħtieġa li jiġu ntrodotti emendi biex jindirizzaw il-fenomenu ta' diminished responsibility diġa' ġiet studjata fil-passat fejn kien ġie kkonstatat li l-liġi penali tagħna, kemm f'dik li hija latitudni fis-sentenzi stabiliti għar-reati kif ukoll fil-possibbilta' ta' sentenzi anqas mill-minimum fejn ikun hemm ċirkostanzi speċjali, tipprovdi adegwatament għaċ-ċirkostanzi li għalihom il-general defence ta' diminished responsibility ġie introdott f'pajjiżi oħra.