ONOR. EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4475 li fiha tagħrif relevanti.
Qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni tal-bidla fl-użu ta' l-iskola tqiesu diversi fatturi li jikkonċernaw mhux biss l-istudenti ta' l-iskola Sekondarja Patri Ġuże' Delia, iżda wkoll ta' l-istudenti l-oħra.
Ma naħsibx li hu rakkommandabbli li skola titħalla nofsha jew tliet kwarti minnha vojta meta kull spazju fl-iskejjel hu prezzjuż ħafna.
OĠĠETTI TA' ARTI - RE-SALE RIGHTS
4601. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jagħmel leġislazzjoni li tipprovdi għalre-sale rights favur l-awturi ta' oġġetti ta' arti bħalma hemm diġa' f'diversi pajjiżi Ewropej?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali qed jistudja l-implikazzjoni w l-impatt li jkollna f'pajjiżna leġislazzjoni li tipprovdi għal re-sale rights favur awturi t'oġġetti ta' l-arti.
Kif jaf l-Onor. Interpellant, dan hu kunċett legali ġdid u l-applikazzjoni tiegħu fil-ftit pajjiżi li addottawh għadha f'fażi esperimentali.