ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna ndikata m'għamlet l-ebda talba għal sussidju fuq il-kera. Hi tista' tapplika jew mad-Dipartiment jew ma' l-Awtorita' tad-Djar u l-kera tagħha tiġi ssussidjata. It-talba tagħha għal akkomodazzjoni qed tieħu l-kors tagħha.
VALLETTA - OLD MINT STREET - FOND NRU. 75
W438. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Billi fl-4 ta' Marzu, 1996, il-Perit Falzon kien iċċertifika lil 75, Old Mint Street, Valletta li "a number of these stone slabs are broken and are in a dangerous state and have to be replaced", jista' l-Ministru jgħidli meta dan se jsir u jekk jogħġbu jagħtini b'mod speċifiku progess report fuq il-każ?