Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)


MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



Yüklə 308,56 Kb.
səhifə5/5
tarix18.01.2019
ölçüsü308,56 Kb.
#100396
1   2   3   4   5

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



MINISTERU TAT-TRASPORT U KOMMUNIKAZZJONI - KARTOLINI

12302. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?
ONOR. ĊENSU GALEA: Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.


ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - KARTOLINI

12303. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?
ONOR. AUSTIN GATT: Sakemm ma ninghatax raguni `l ghala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.


SERVIZZI EKONOMIĊI - KARTOLINI

12304. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?
ONOR. JOSEF BONNICI: Sakemm ma ninghatax raguni `l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar din l-informazzjoni dettaljata.


EDUKAZZJONI - KARTOLINI

12305. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista'jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?
ONOR. LOUIS GALEA: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.


ŻEJTUN - DRENAĠĠ

12335. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbidel id-drenaġġ fl-area ta' Ħajt il-Wied taż-Żejtun minħabba li jien informat li s-sistema li hemm mhux qed tlaħħaq mad-domanda li llum kibret sew?
Billi l-pajpijiet tad-drenaġġ f'din l-area llum saru żgħar, hemmx il-ħsieb li jinbidlu?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li fil-fatt hemm ħsieb li jsir relief sewer-main ġewwa Ħajt il-Wied, iż-Żejtun. Tender għal dan ix-xogħol għandha tiġi ppubblikata fil-futur.


DIPARTIMENT TA' L-OFTAMOLOĠIJA - IMPLANT LENSES

12338. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa biex id-Dipartiment ta' l-Oftamoloġija f'każi ta' implant ta' lenses, speċjalment wara operazzjonijiet tal-kataretti, ikejjel id-daqs tal-lense skond l-individwi u mhux jagħmel waħda standard kif isir s'issa?
Hemm il-ħsieb li jinxtara dan l-apparat komputerizzat kif hemm f'xi kliniċi privati?
ONOR. LOUIS DEGUARA: Mhux kull pazjent ikollu lens standard. F'Karen Grech Theatre hemm ir-range ta` lenses kollha. Id-daqs tal-lens tkun skond ir-refraction tan-nuċċali tal-pazjent.
Hemm ordni biex jinxtara apparat ['A' Scan] biex jieħu il-kejl eżatt kemm jista` jkun.


ETC

12339. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Jannar, 2000 kemm-il persuna żaru jew talbu servizz mill-Job Centres ta' l-ETC f'Malta u f'Għawdex?

Fil-fatt kemm-il job centre hawn, fejn jinsabu; u meta nfetħu?


ONOR. LAWRENCE GONZI: L-istatistika mitluba mill-Onor. Membru ma tinżammx u għalhekk mhux f'pożizzjoni li nagħtiha bi preċiżjoni.
L-ETC għandha Job Centre fil-Belt, f'Għawdex, f'Bormla u fil-Mosta. L-aħħar żewġ Job Centres (i.e. dawk ta' Bormla u tal-Mosta) infetħu s-sena li għaddiet.


CARGO HANDLING - SERVIZZI

12340. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jaħseb il-Ministru li l-Cargo Handling għandha toffri servizz anki nhar ta' Sibt biex il-cargo li jasal Malta qabel il-weekend ma jkollux jibqa' sat-Tnejn biex jiġi released bil-konsegwenza li jista' jiżdiEd ir-riskju tas-serq?
Għaliex sid ta' lanċa żgħira li hu Għawdxi u li l-lanċa tiegħu waslet Malta fuq vapur tal-Cargo il-Ġimgħa filgħaxija jew is-Sibt filgħodu kellu jerġa' jirritorna lejn Għawdex is-Sibt filgħodu u jerġa' jiġi t-Tnejn filgħodu sempliċement għax il-Cargo Handling kien magħluq is-Sibt filgħodu?
Jikkonsidra l-Ministru li dan is-servizz għandu jkun aktar customer oriented u jestendi s-servizzi tiegħu imqar għal nofs ta' nhar is-Sibt filgħodu?
ONOR. ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-ħinijiet tax-xogħol tal-port huma regolati mill-Ports (Hours of Business) Regulations 1974`. Dawn ir-regolamenti jistabilixxu li l-mollijiet ikunu miftuħa għax-xogħol mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Madankollu l-Cargo Handling Co. Ltd. ikunu lesti li jirrilaxxaw merkanzija minn fuq mollijiet barra l-ħinijiet uffiċċjali, jekk l-importatur javża bil-quddiem lill-kumpanija dwar din il-ħtieġa u jekk ikun ipproċessa d-dokumenti meħtieġa kif stabbilit f`regolament 77 tar-Regolamenti tal-Portijiet, 1966.
Dwar il-każ imsemmi fil-mistoqsija jien infurmat li l-persuna konċernata marret il-port qabel ma kellha d-dokumenti neċċessarji għar-rilaxx ta` merkanzija.


FURJANA - ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-MILLENJU

12360. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm qamu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju li saru fil-Furjana fl-aħħar ġimgħa ta' Diċembru 1999 u fl-ewwel jiem ta' Jannar, 2000?
Jista' jagħti d-dettalji, item, item liema kienu l-kumpanniji privati li pprovdew xi servizz? Kif intgħażlu dawn il-kumpanniji? Saret sejħa għal offerti?
Kull attivita' organizzata kemm qamet?
ONOR. LOUIS GALEA: F'dan l-istadju nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12511.


KULLEĠĠ TAX-XJENZA, ARTI U TEKNOLOĠIJA

12361. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min se jmexxi l-kulleġġ ġdid tax-xjenza, arti u teknoloġija li hemm il-ħsieb li jinfetaħ f'Ottubru 2000? Kif se jintgħażel? Liema kriterji ta' għażla se jintużaw? Meta se jintgħażel?
ONOR. LOUIS GALEA: Informat li s'issa ma ġiet identifikata ebda persuna li ser tmexxi l-Kulleġġ Malti għat-Teknoloġija, Arti u Xjenzi Applikati. Bħalissa għaddej il-proċess ta' l-abbuzzar ta' statut li jelenka r-responsabilitajiet varji fid-diversi livelli ta' tmexxija ta' dan il-Kulleġġ biex iservi bħala bażi konkreta għad-diskussjonijiet meħtieġa ma' dawk involuti.


SLIEMA - ST PATRICKS

12362. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun ir-reazzjoni tal-Ministeru għall-proposta li l-istituzzjoni St Patricks tas-Sależjani f'Tas-Sliema tinqasam fi tnejn, parti skola sekondarja għaliha u ffinanzjata bħala skola sekondarja u parti l-istituzzjoni residenzjali għal adoloxxenti bi problemi? X'se jsir mill-kariżma tas-St Patricks li tipprovdi servizz edukattiv lil tfal żvantaġġjati kif xtaq Dun Ġwann Bosco?
ONOR. LOUIS GALEA: Ma nistax ngħid x'se tkun ir-reazzjoni tal-Ministeru meta l-proposta imsemmija s'issa għadha ma ġietx ikkonsidrata.


KORPORAZZJONI TAL-PORT ĦIELES

12363. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-Ministeru jaċċetta proposta li għamlitlu l-Korporazzjoni tal-Port Ħieles biex strutturi u riżorsi tagħha jintużaw għall-project management ta' bini, estensjonijiet u riabilitazzjoni ta' skejjel?
ONOR. LOUIS GALEA: Il-proposta ta' konsulenza wiesgħa mill-Korporazzjoni tal-Port Ħieles qed tiġi kkonsidrata.


PA - TWAQQIGĦ TA' ĦAJT TAT-TARZNA

12382. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-twaqqigħ tal-ħajt tat-Tarzna ġiex approvat mill-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' jgħid meta ġie approvat? Jista', jekk fl-affermattiv, jgħid meta se jibda t-twaqqigħ? Kemm hemm il-ħsieb li jdum dan ix-xogħol?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-twaqqigħ tal-ħajt tat-Tarzna huwa kopert bil-permess PA 4475/99 maħruġ fit-8 ta` Novembru 1999 fuq applikazzjoni tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fil-Ministeru ta` l-Ambjent.
Dwar it-tieni parti tal-mstoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministeru ta` l-Ambjent.


TOROQ - TISWIJIET

12383. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir sabiex tissewwa t-triq li nqalgħet kollha bil-maltemp, li mill-Kalkara tagħti għal Birgu?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-mnistru konċernat.


BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI

12384. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-ispiża finali għad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?
ONOR. LAWRENCE GONZI: L-ispiża finali għad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla għada mhix magħrufa għax il-ħlasijiet finali lill-kuntratturi għadhom ma ġewx maħduma kollha.


KUNSILLI LOKALI - KUNSILLIERA

12385. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet ta' kunsilliera vakanti? Jista' jgħid f'liema lokalita' qegħdin? Jista' jgħid ukoll x'se jsir f'kull każ?
ONOR. AUSTIN GATT: Jien infurmat illi l-Lokalitajiet ta` Valletta, Birgu, Għasri u Żebbuġ(Għawdex)għandhom post vakanti ta` Kunsillier kull wieħed.
Dawn l-erba` (4) vakanzi jimtlew skond il-provvedimenti ta` l-Artikolu 9 ta` l-Att ta` l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali.


BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI

12386. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm residenti bħalissa fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin u kemm għandhom eta'?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Bħalissa fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla hemm 24 persuna residenti. Dawn ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:
Bormla 13

Birgu 4


Qormi 2

Paola 3


Żabbar 1

Tarxien 1


L-etajiet ta' dawn il-persuni huma hekk:
1 ta' 63

2 ta' 66


1 ta' 68

1 ta' 69


3 ta' 72

1 ta' 75


2 ta' 76

1 ta' 77


1 ta' 78

2 ta' 79


2 ta' 80

1 ta' 82


1 ta' 83

2 ta' 84


1 ta' 86

1 ta' 88


1 ta' 92


TARZNA - VAPURI GĦARAB

12387. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri Għarab għal tiswija fit-Tarzna ta' Bormla f'dawn l-aħħar 15-il sena? Kemm daħħlet flus it-Tarzna minn dawn ix-xogħlijiet?


ONOR. JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.


WIED IL-GĦAJN/ŻEJTUN - TRIQ SAN ĠUŻEPP

12518. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq San Ġużepp (mill-bypass ta' Wied il-Għajn saż-Żejtun) tingħata surfacing sabiex tkun tista' tintuża?
ONOR. ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-triq imsemmija tinsab fir-rapport tal-prijoritajiet ta` xogħol ippreparat mill-Konsulenti Ġermaniżi għat-toroq arterjali u distributorji, u r-resurfacing tagħha jrid jitwettaq skond dak il-programm.


ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL

12519. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm hemm nies jirreġistraw għax-xogħol minn dawn il-lokalitajiet: (1) Żabbar; (2) Żejtun; (3) Wied il-Għajn? Jista' jgħid kemm minn dawn huma rġiel u kemm huma nisa u l-gruppi ta' eta' (ħamsa jew għaxar snin)?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Linformazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra


ZABBAR - TRIQ IR-REDENTUR

12520. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm biex Triq ir-Redentur, f'Ħaż-Żabbar fejn il-barumbara tinfetaħ u b'hekk ma tibqax ta' perikolu kemm għas-sewwieqa tal-karozzi u speċjalment għall-pedestrians?
ONOR. ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ħareġ sejħa għal offerti għal dan ix-xogħol u t-tender qiegħda fil-proċess li tiġi aġġudikata sabiex ix-xogħol ikun jista` jinbeda.
PROĊEDURI KRIMINALI - ABBUŻI SESSWALI

12521. L-ONOR. GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kummissjoni biex tagħmel rakkmandazzjonijiet dwar proċeduri ġodda kif tittieħed ix-xhieda ta' minuri f'proċeduri kriminali dwar abbużi sesswali, għadhiex teżisti? Jekk iva, meta se jaslu r-rakkmandazzjonijiet? Jekk le, għaliex ġiet xolta?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni msemmija ghada tezisti izda ghada ma kkonkludietx ir-rapport taghha.


PULIZIJA - VETTURI

12522. L-ONOR. GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi tal-marka Daewoo fil-Korp tal-Pulizija? Jistgħu jingħataw dettalji ta' meta nxtraw, kemm bħala flotta u kemm jekk inxtraw separatament? Kemm kienet in-nefqa kumplessivament? Kienet inħarġet sejħa għall-offerti jew inxtraw b'direct order?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-Korp jagħmel użu minn 31 vettura tal-marka li rreferit għaliha l-Onor. Interpellant minn 40 li ġew akkwistati. Dawn l-40 ġew akkwistati hekk :
Fl-1994 u 1995 inxtraw 30 bil-prezz ta` Lm119,850.

Fl-1997 il-kumpanija tat b`donazzjoni 10 vetturi lill-Korp tal-Pulizija.




PULIZIJA - VETTURI

12523. L-ONOR. GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-vetturi Daewoo li jintużaw għas-servizz fil-Korp tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kellhom bżonn service jew maintenance mill-ġurnata meta ġew akkwistati sal-ġurnata tal-lum? Kien hemm xi vetturi minn dawn li għamlu xi żmien weqfin minħabba nuqqas ta' spare parts? Jekk iva, kemm damu weqfin? Għad hemm xi vetturi minn dawn li huma weqfin minħabba nuqqas ta' spare parts? Jekk iva, kemm ilhom weqfin?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika għal kull vettura partikolari li għandu l-Korp tal-Pulizija. Pero` infurmat li service u maintenance tal-vetturi isir fuq bażi regolari. Infurmat ukoll li kien hemm okkażżjonijiet fejn xi vetturi, inkluż dawk tal-marka li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, għamlu xi żmien weqfin jistennew spare parts. Fil-preżent ma hemmx vetturi tal-Pulizija weqfin minħabba nuqqas ta` spare parts.


PULIZIJA - VETTURI

12524. L-ONOR. GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm għandhom vetturi tas-servizz l-għases tal-Pulizija madwar Malta u Għawdex, għassa, għassa?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-preżent il-vetturi tas-servizz fid-Distretti tal-Pulizija huma kif jidher fit-Tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.


DJAR - LIFTS

12647. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' tad-Djar tikkonsidrax li tinstalla lifts iżgħar f'appartamenti tal-gvern bħal:
104, Triq il-Kapuċċini, Floriana; u 24 Triq Sant'Anna, Floriana fejn fil-lift space bejn it-taraġ hemm spazju għal lift box għal żewġ jew tliet persuni għax fihom joqogħdu ħafna anzjani fis-sulari ta' fuq?
ONOR. LAWRENCE GONZI: L-Awtorita' tad-Djar qegħda fil-proċess li timpjega Mechanical Engineer u Architect għall-installar tal-lifts fi blokki tal-Gvern. Meta dawn jiġu ingaġġati fi ftit ta' żmien ieħor, ikun jista' jiġi konstatat jekk jistgħux jiġu installati l-lifts.


DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI

12649. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' xiri ta' flat tal-gvern li l-partikolaritajiet dwar dan l-individwu qed jintbagħtu separatament?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Ser jintbgħat il-perit ta' l-Awtorita' tad-Djar biex tiġi valutata din il-proprjeta'.


SVPR - ANZJANI

12650. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma' din il-mistoqsija u li tinsab waħedha u bi bżonn kbir li tidħol f'dar ta' l-anzjani jew SVPR, tiddaħħal f'xi waħda minn dawn l-istituzzjonijiet?
ONOR. LAWRENCE GONZI: L-anzjana li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament applikat biex tidħol f'dar ta' l-anzjani fid-9 ta' Settembru 1999. Diġa' sarilha l-assessment mis-social worker u anke l-eżami mediku.
L-istess persuna ma jidhirx li għamlet applikazzjoni sabiex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule.


OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY

12652. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li titwaqqaf l-Occupational Health and Safety Authority?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Qed isiru l-preparamenti meħtieġa bil-ħsieb li titwaqqaf l-Occupational Health and Safety Authority, matul din is-sena, wara li tiġi approvata l-liġi fil-Parlament.


ŻABBAR - TRIQ ĦADD IN-NIES - ILMA

12653. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata s-servizz ta' l-ilma fi Triq Ħadd in-Nies, f'Ħaż-Żabbar, peress li dawn ir-residenti ilhom jistennew servizz kif inhu xieraq u suppost?
ONOR. JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma qed taghmel dak kollu possibbli biex ir-residenti ta` Triq Hadd in-Nies, f`Haz-Zabbar jigu pprovduti bis-servizz ta` l-ilma kemm jista` jkun malajr.


OCCUPATIONAL HEALTH UNIT - INSPECTORS

12654. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex, minkejja li tliet inspectors fl-Occupational Health Unit ħadu d-diploma (Occupational Health and Safety) fit-8 ta' Ottubru, 1999, dawn għadhom fl-istatus ta' trainees? Jidhirlu l-Ministru li din hija inġustizzja ma' dawn il-ħaddiema li fosthom hemm min qed jagħmel xogħol ta' inspector pero' jitħallas ta' trainee?
ONOR. LAWRENCE GONZI: It-trainee inspectors (Health and Safety) li temmew b'suċċess il-kors li jwassal għad-Diploma in Social Science (Occupational Health and Safety) li kienu daħlu f'kuntratt mal-Gvern għandhom jinħatru Spetturi (Saħħa u Sigurta') fuq bażi regolari b'effett retrottiv mid-data tal-ksib tad-Diploma.


POWER STATION - FILTERS

12678. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10836, dwar x'sar mill-wegħda li saret fl-elezzjoni fuq il-filters tal-Power Station, għal-liema mistoqsija l-Ministru wieġeb li sabiex ikun f'pożizzjoni li jirrispondi l-mistoqsija qiegħed jitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika x'inhi n-natura tal-filters li qed jirriferi għalihom u f'liema okkażjoni l-Prim Ministru preżenti għamel riferenza għal dawn il-filters, nixtieq ninformah li: l-ġurnata tal-wegħda kienet id-9 ta' Awissu, 1998; in-natura tal-filters kienet biex ma jitkomplix jinħoloq inkonvenjent lill-poplu Marsi, u l-okkażjoni kienet fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista taħt it-tinda quddiem il-Knisja tal-Marsa għal ħabta tal-11.00 a.m.? Jista'l-Ministru jagħti risposta?
ONOR. JOSEF BONNICI: Il-filters li għalihom qed jirriferi l-Onor. Interpellant jinvolvu mhux biss spiża kapitali konsiderevoli iżda wkoll joħolqu problemi tekniċi minħabba d-daqs tat-tagħmir. Tajjeb jingħad li l-amministrazzjoni preżenti diġa' ħadet miżuri fl-interess tal-poplu tal-Marsa, inkluż il-bini u t-tħaddim tal-Power Station ta` Delimara u l-eliminazzjoni ta` l-użu tal-faħam għat-tħaddim tal-Power Station tal-Marsa. Barra minn hekk l-Enemalta rat il-possibbilta` li tuża fuels li għandhom inqas kontenut ta` kubrit u bdiet ukoll pjan ta` tħaddim fit-tul ta` combined cycle has plants li huma kkonsidrati li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent.


Yüklə 308,56 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin