FUNERAL TA' MOTHER THERESA - EMANUEL FARRUGIA
8912. L-ONOR.GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur Emanuel Farrugia kienx preżenti għall-funeral statali ta' Mother Theresa f'Calcutta?
ONOR. GEORGE VELLA: Ir-risposta hija fl-affirmattiv.
FUNERAL TA' MOTHER THERESA - RAPPREŻENTENZA
8913. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ir-rappreżentanza ta' pajjiżna fil-funeral statali ta' Mother Theresa ġietx diskussa fil-Kabinett?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jfisser għalfejn ma marx jirrappreżenta lill-poplu Malti l-Prim Ministru jew xi Ministru ieħor kif għamlu diversi pajjiżi oħra b'rispett lejn il-ħidma kbira ta' din il-persuna?
ONOR. GEORGE VELLA: Ir-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija iva. Meta ġiet diskussa r-rappreżentanza ta' pajjiżna għall-funeral ta' Mother Theresa ġie maqbul li rappreżentanza fil-livell ta' Ambaxxatur kienet adegwata.
AJRUPLAN TA' L-AIR MALTA - HIJACKERS TOROK
8914. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet li skond l-istess Ministru l-Gvern Malti kien qed jagħmel mal-Gvern Ġermaniż fir-rigward ta' l-estradizzjoni tal-hijackers Torok ta' l-ajurplan ta' l-Air Malta fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6787?
ONOR. CHARLES MANGION: Billi t-taħdidiet dwar il-kwestjoni qegħdin jitmexxew mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin l-Onor. Interpellant huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lil dak il-Ministeru.
FREEPORT INDUSTRIAL STORAGE MALTA LTD
8916. L-ONOR. JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jara li jitħallew eżistenza l-common user facilities fil-Freeport Industrial Storage Malta Ltd., liema faċilitajiet ġew terminati ħesrem riċentement jew għallinqas jestendilhom iż-żmien bi ftit xhur sakemm l-okkupanti jsibu postijiet alternattivi peress li b'hekk qed isofru preġudizzju kbir? Qed nibgħatlek separatament l-isem u l-indirizz tal-persuna konċernata.
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-common user facilities fil-Freeport kienet minn dejjem faċilita` offruta fuq bażi temporanja lill-users, inkluż dik il-persuna li għamel riferenza għaliha l-Onor. Interpellant, sabiex jagħmlu użu minn wieħed mill-imħażen kbar ġewwa l-Freeport. Dawn il-users peress li ma kellhomx merkanzija biżżejjed kienu qed jużaw parti biss minn dan il-maħżen.
Għaldaqstant il-Bord tal-Freeport, għall-raġuni ta` natura kummerċjali iddeċieda li jwaqqaf din il-faċilita` lill-common users, u wara li ingħataw żmien adegwat, offrielhom li jagħmlu użu minn maħżen ieħor ta` waħda mill-kumpaniji liċenzjati.
B`dan il-mod il-Korporazzjoni tal-Freeport ħadet miżura biex ma` tibqax titlef flus mill-kiri ta` l-imħażen tagħha.
Sabiex wiehed ikun gwidat fuq l-istrateġija tal-Bord il-user imsemmi mill-Interpellant iġġenera Lm 418 lira mil-bidu tas-sena filwaqt li din l-warehouse issa tista tinkera għal total ta` Lm32,000 fis-sena liema opportunita tkun preġudikata b`użu parzjali kif kien qiegħed isir.
SAĦĦA - NIES IBATU BIR-REWMATIŻMU/ARTRITE
8917. L-ONOR. JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi kkonsidrat kemm hawn nies ibatu bir-rewmatiżmu u bl-artrite u meta l-Gvern beħsiebu jimplimenta l-manpower plan ta' l-1995 li tindika l-bżonn ta' żewġ konsulenti full time fir-rematoloġija?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nikkonferma li fil-Manpower Plan sa l-1996 ir-rewmatoloġija hija msemmija bħala speċjalita' fid-Dipartiment tal-Mediċina. Iżda s'issa m'hemm imkien indikat li hemm bżonn ta' żewġ konsulenti fulltime f'din l-ispeċjalita'.
SPTARIJIET - UPHOLSTERERS
8918. L-ONOR. JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, jista' l-Ministru jgħid b'riferenza għal call for applications bħala upholsterers fl-isptar (9 ta' Awissu 1996) li l-artiklu 5 tal-call for applications għandux jiġi nterpretat fis-sens li min ikollu esperjenza kbira fil-materja għandu xorta waħda jiġi kkonsidrat?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Billi s-sejħa għall-applikazzjonijiet li għaliha qed jirriferi l-Onor. Interpellant ħarġet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u qed tiġi pproċessata mill-istess Kummissjoni, m'iniex f'qagħda li nagħti tweġiba għal din il-mistoqsija.
SAĦĦA - KONSULENTI FID-DIABETE
8924. L-ONOR. JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li biex jinħatru konsulenti ġodda, speċjalment fid-dijabete, wieħed irid jistenna sakemm il-policy tal-Prim Ministru vis-a-vis il-manpower plan tiġi mplimentata? Jekk fl-affermattiv, hemm xi indikazzjoni meta se jkun hemm call for applications?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Qed tinħadem Man Power plan ġdida.
WSC - KAROZZA ĠDIDA
8926. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-karozza l-ġdida li kienet nxtrat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li kien qed jinqeda biha iċ-Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ta' qabel dak li hemm illum?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-karozza l-ġdida li kienet inxtrat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall-użu taċ-Chairman preċedenti, bħalissa qiegħed jagħmel użu temporanju minnha l-Ministru għall-Ħarsien Soċjali, il-Prof. Edwin Grech.
WSC - SPIŻA GLOBALI
8927. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża globali li ntnefqet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'għamara u tagħmir ieħor, kif ukoll fuq xogħol li sar mill-ħaddiema ta' l-istess Korporazzjoni u tal-privat għall-Uffiċċju taċ-Chairman u tas-Segretarja tiegħu li għandu f'Ħal Luqa?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant diġa' ingħatat tweġibiet għall-mistoqsija parlamentari numru 6896 u 6402.
WSC - XIRI TA' KAROZZA
8928. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' karozza nxtrat għaċ-Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma? X'extras għandha? Kemm swiet? Intalbet l-approvazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi għax-xiri ta' din il-karozza?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant diġa' ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5399.
WSC - IMPJEGATI ĠODDA
8929. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma minn Jannar 1997 sal-lum? Kemm minn dawn huma: a) fi gradi klerikali; u b) fi gradi tekniċi? X'kien in-numru ta' nies li resqu għal interview f'dawn il-każi rispettivi? Fuq liema kriterji kienu bbażati l-interviews li saru għall-għażla tagħhom? X'inhi l-eta' ta' kull wieħed minn dawk li ġew ingaġġati?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma minn Jannar, 1997 sal-lum impjegat 27 ħaddiem ġdid kif jidher hawn taħt. Il-kriterji li ntużaw f'kull każ huma: kwalifiki, suitability u esperjenza.
Grad
|
Nru. ta' Haddiema
|
Intervistati
|
L-etajiet ta' min ġie
|
Impjegat
|
|
|
|
Skrivani
|
23
|
186
|
2=17; 3=18; 5=21; 2=22; 1=29; 1=37; 2=40; 1=42; 1=43; 3=46; 1=49; 1=53
|
Div. Head Finance
|
1
|
3
|
43
|
Lab.
Technicians
|
2
|
18
|
19, 37
|
Lan. Manager
|
1
|
1
|
22
|
WSC - SUR MARIO AZZOPARDI
8930. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru għid jekk is-Sur Mario Azzopardi huwiex impjegat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma? Jekk iva, kif ġie mpjegat u x'kondizzjonijiet tax-xogħol ingħata?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Is-Sur Mario Azzopardi m'huwiex impjegat tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u qed jagħti s-servizzi tiegħu permezz ta' kuntratt għal tliet snin li jiġġedded mill-Korporazzjoni kull sena.
WSC - KAROZZA NRU. CAF394
8931. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma l-karozza li nxtrat dan l-aħħar bin-numru CAF 394 u min qiegħed jagħmel użu minnha?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-prezz tal-karozza CAF394 mingħajr registration tax u VAT kien ta' Lm6,957. Il-karozza bħalissa qed jagħmel użu minnha ċ-Chief Internal Auditor tal-korporazzjoni.
ENEMALTA - GENERAL MANAGER
8933. L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonferma lil din il-Kamra li l-Korporazzjoni Enemalta qed tfittex li timpjega General Manager minn persuna ta' nazzjonalita' barranija u li għal dan l-iskop ħadet ħsieb li jidhru reklami f'gazzetti barranin biex isiru applikazzjonijiet għal din il-kariga?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta inkarigat kumpannija ta' konsulenti barranin sabiex tgħin fil-għażla ta' General Manager. In-nazzjonalita' tal-persuna mhix ikkonsidrata ta' importanza.
Jekk dehru xi avviżi f'gazzetti barranin dak kien magħmul mill-kumpannija ta' konsulenti rreferuta fil-bidu ta' din it-tweġiba.
UNDP - PROĠETT
8937. L-ONOR. HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għal rapporti li kienu dehru fl-istampa xi xhur ilu dwar proġett dwar gender equality li kellu jkun iffinanzjat mill-UNDP, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan il-proġett? X'inhu t-time-frame biex jitwettaq? Xi żviluppi kien hemm minn meta tħabbar il-ftehim mal-UNDP? X'tip ta' għajnuna se toffri l-UNDP?
ONOR. ALFRED SANT: Il-proġett li s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet
tan-Nisa iffirma mal-UNDP jikkonsisti:
fit-tisħiħ tal-leġislazzjoni għall-ugwaljanza effettiva bejn is-sessi. Dan se jsir permezz ta' reviżjoni ta' liġijiet u policies, kemm eżistenti u li qed jiġu formulati, kif ukoll bil-preparazzjoni ta' White Paper li tinkludi abbozz ta' liġi kontra kull diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess li tinkorpora makkinarju legali biex jingħata rimedju f'kaz ta' diskriminazzjoni. Kumitat iffurmat minn esperti lokali se jibda jaħdem fuq ir-reviżjoni ta' leġislazzjoni u policies relevanti bi preparazjoni għall-miġja ta' espert legali internazjonali f'dan il-qasam.
fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet professjonali tan-nies li jaħdmu f'dan is-settur. Rappreżentanta minn Malta attendiet għal Konferenza Internazzjonali bis-suġġett Gender Balance and Good Governance: African-European Dialogue on Women in Decision-Making li saret Helsinki, Finland, bejn il-25 u t-28 ta' Settembru 1997.
Huwa ppjanat li dan il-proġett jinfirex fuq perjodu ta' disa xhur.
Il-UNDP se tiffinanzja l-proġett għas-somma ta' $57,000.
KUMMISSJONI GĦALL-FUTUR TAL-FAMILJA
8938. L-ONOR. HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid: a) kemm-il darba ltaqgħet il-Kummissjoni għall-Futur tal-Familja minn mindu nħatret sal-lum; b) kemm qed jitħallas iċ-Chairman ta' din il-Kummissjoni; c) kemm qed jitħallsu l-Membri fuq din il-Kummissjoni; d) kemm qed jitħallas is-Segretarju ta' din il-Kummissjoni; e) jekk dawk li qegħdin iservu fuq din il-Kummissjoni humiex jingħataw xi peripheral benefits barra bawk miftehma?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li, minn mindu nħatret sa l-14 ta' Ottubru 1997, il-Kummissjoni għall-Futur tal-Familja ltaqgħet disa' darbiet.
It-tweġibiet għall-bqija tal-mistoqsijiet huma kif ġej:
b) xejn
ċ) xejn
d) xejn
e) xejn
UNIVERSITA' - STUDENTI
8939. L-ONOR. HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti (nisa u rġiel separatament) f'kull fakulta' u f'kull kors (fil-għodu u fil-għaxija) fl-Universita' fil-bidu ta' din is-sena akkademika? Kemm huwa n-numru totali ta' studenti universitarji (full time/part-time) u kif inhuma maqsuma:- a) skond is-sess; u b) skond il-kors?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
BORDIJIET/KUMMISSJONIJIET MAĦTURA MILL-GVERN
8940. L-ONOR. HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' nies (nisa u rġiel) li ġew maħtura tul din l-aħħar sena biex iservu fuq bordijiet jew kummissjonijiet maħtura mill-Gvern u li dawn l-istess nies ġew maħtura fuq aktar minn Bord jew Kummissjoni waħda? Fuq liema boards jew kummissjonijiet ġew maħtura?
ONOR. ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt fit-3 ta' Marzu, 1997 għall-mistoqsija parlamentari numru 3596.
BORDIJIET/KUMMISSJONIJIET MAĦTURA MILL-GVERN
8941. L-ONOR. HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' dawk il-Bordijiet/Kummissjonijiet maħtura mill-Gvern preżenti sa l-aħħar ta' Settembru, 1997:- a) skond il-ministeru li jaqgħu taħthom; b) membri maqsuma f'nisa u rġiel; c) % ta' nisa għal kull bord; u d) % totali ta' nisa fuq dawn l-istess bordijiet/kummissjonijiet?
ONOR. ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numru 5215 u 7481.
GENDER IMPACT ASSESSMENTS
8942. L-ONOR. HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux Gender Impact Assessments mill-ministri li fasslu policies, liġijiet u proġetti tul din l-aħħar sena?
ONOR. ALFRED SANT: Il-Gvern preżenti qed jaddotta miżuri biex il-perspettiva femminili tiġi introdotta fit-tfassil ta' policies u liġijiet. Dan qed isir billi bdejna biex abbozzi ta' leġislazzjoni dwar ħarsien soċjali, saħħa u edukazzjoni qegħdin jgħaddu għand is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa għall-kummenti u l-proposti tal-makkinarju nazzjonali li jaħdem biex tintlaħaq ugwaljanza effettiva f'pajjiżna. Qed isir l-istess proċess fejn jidħlu White Papers.
VALLETTA - SEA PASSENGER TERMINAL
8951. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8778, ninforma lill-Ministru li qed nirriferi għall-parti fejn jirmonkaw id-dgħajjes li jittrasportaw lin-nies mix-Xatt ta' Tigne' għal Marsamxett u lura.
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Awtorita' Marittima qegħda tikkonsidra s-suġġeriment.
ĦABS ĊIVILI - IMPJEGATI
8952. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti ċ-ċifra ta' staff impjegat fil-Ħabs? Hu minnu li uffiċjali qed jaħdmu fuq għassa maqsuma? Hu minnu li fejn qabel l-uffiċjali kienu jitħallsu tal-break, issa li qed jiġri hu li m'humiex jitħallsu?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta` l-istaff impjegat fil-Habs fl-14 ta` Ottubru kien ta` 231. Minn dawn 216 jaħdmu full time filwaqt li l-15 l-oħra jaħdmu part-time.
Ninsab informat ukoll li l-uffiċjali tal-Ħabs ma jaħdmux fuq għassa maqsuma. Rigward l-overtime, ninsab informat li l-uffiċjali jitħallsu tal-ħin li jaħdmu.
ĦABS ĊIVILI - TELEVISIONS
8953. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw televisions fil-Ħabs f'dawn l-aħħar xahrejn? Jista' jgħid għalfejn se jintużaw?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' televisions li nxtraw għal Ħabs f'dawn l-aħħar xahrejn kien ta' 9.
Dawn qegħdin jintużaw kif ġej : -
1 - fid-dormitorju ta' l-SRT
1 - fid-dormitorju tad-'Duty Officers'
1 - fil-Gate House
5 - fil-klassijiet
* 1 - f'Diviżjoni 6
* Dan inxtara mill-Fond tal-Priġunieri.
ĦABS ĊIVILI - PHOTOCOPIERS
8954. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw photocopiers fil-Ħabs f'dawn l-aħħar xahrejn? Jista' jiġi kkonfermat li fi tliet (3) uffiċini ħdejn xulxin hemm photocopier f'kull uffiċċju?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li f'dawn l-aħħar xahrejn inxtraw tliet photocopiers għal-Ħabs u li waħda minnhom qed tintuża fl-uffiċċju tad-Direttur.
Ninsab informat ukoll li fl-istess block hemm żewġ photocopiers li ilhom hemm iktar minn sentejn.
HERITAGE COMMITTEE
8955. L-ONOR. KARL CHIRCOP staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex minkejja li l-Heritage Committee ħarġet listing għal Malta Union Club, il-Planning Authority ma tatx każ din l-order tal-listing?
ONOR. GEORGE VELLA: Ma jirriżultax li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha jew kellha rakkomandazzjoni mill-Heritage Advisory Committee biex tiskeda l-proprjeta' tal-Malta Union Club.
Meta dan isir l-Awtorita' tikkonsidraha.
ENEMALTA - PETROLEUM DIVISION
8956. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaliex sitt xhur wara li ħareġ riżultat ta' interview għall-post ta' Lorry Filler fil-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta dan għadu ma mteliex?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-kandidat li għadda għall-grad ta' Lorry Filler ħa l-ħatra tiegħu fis-26 ta' Marzu, 1997.
ENEMALTA - BULK GAS
8957. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' insurance (coverage, third party risks) jeżistu fuq bulk gas, kemm waqt transport kif ukoll il-ħażna tiegħu?
ONOR. LEO BRINCAT: L-Enemalta għandha distributuri privati biex iqassmu l-gass u għalhekk kull wieħed, inkluż tal-bulk, għandu l-insurance tiegħu.
L-Enemalta tinxurja l-Public Liability f'każ li tagħti prodott ħażin.
Ma jistax ikun li l-Enemalta tinxurja l-ħażniet tal-gass li d-distributuri u l-klijenti jkunu xtraw.
ENEMALTA - ĊILINDRI TAL-GASS
8958. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal it-tender taċ-ċilindri tal-gass?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-Bord tal-Korporazzjoni Enemalta għadu kemm iddeċieda biex jagħmel ordni għal 10,000 ċilindru.
ENEMALTA - REGOLATURI TAL-GASS
8959. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress illi fis-suq hawn tliet tipi ta' regolaturi tal-gass - blu, griżi u ħomor - jista' l-Ministru jgħid jekk dawn ta' l-aħħar humiex dawk awtorizzati mill-Korporazzjoni Enemalta? U jekk le, x'passi ħadet jew qed tieħu l-Korporazzjoni Enemalta?
ONOR. LEO BRINCAT: Ir-regolaturi tat-tip swith-on, immaterjali mill-kulur, importati mill-Korporazzjoni kollha għandhom l-emblema tal-Korporazzjoni fuqhom. Il-pubbliku kien mgħarraf dwar dan fil-passat. Il-Korporazzjoni fil-futur qrib se terġa' toħroġ notifiki fuq l-istess suġġett.
ENEMALTA - DISTRIBUTURI TAL-GASS
8960. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-uniformijiet tad-distributuri tal-gass?
ONOR. LEO BRINCAT: Għalkemm l-introduzzjoni ta' l-uniformijiet għad-distributuri tal-gass kienet diskussa mar-rappreżentanti tagħhom aktar minn ħames snin ilu, din qatt ma ġiet inkluża fil-kuntratt u, għalhekk, qatt ma seħħet. B'danakollu, kien hemm qbil li d-distributuri għandhom ikunu libsin xieraq.
ENEMALTA - ĊILINDRI TAL-GASS
8961. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandhiex il-ħsieb li ddaħħal sistema ta' ċilindri tal-ħames kilogrammi, speċjalment għal nies li għandhom taraġ, partikolarment anzjani u nies b'diżabilita'?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta kienet neħħiet ir-restrizzjoni fuq l-importazzjoni taċ-ċilindri tal-5kg. 'il fuq minn erba' snin ilu. Għaldaqstant, bil-liċenzja meħtieġa, dawn iċ-ċilindri jistgħu jkunu importati minn kulħadd u huma aċċessibbli fis-suq lokali.
P.A. - BINI TA' HOTELS/GUEST HOUSES
8963. L-ONOR. BERTU PACE staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' applikazzjonijiet li ġew approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-bini ta' hotels u guest houses ġodda kif ukoll estensjonijiet, minn mindu twaqqfet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Kemm minn dawn il-permessi kienu outside development zone? Kemm minn dawk li ngħataw permessi kienu attwalment is-sidien ta' l-art li fuqha ngħataw il-permess?
ONOR. GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tingħata risposta.
PEMBROKE - PERMESSI TA' DJAR
8972. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kondizzjonijiet imposti mal-permessi ta' bini ta' djar fit-Toroq Luigi Billion, Angelo Portelli u Triq Indri Vella, kollha f'Pembroke liema kondizzjonijiet kienu jinkludu li l-faċċata jkollha setback ta' 3m mill-garage (fuq it-triq fil-livell baxx) li ma jkunx hemm garaxxijiet fis-side cartilage u li l-iżvilupp ikun għal detached u semi-detached buildings inbidlux miż-żmien ta' meta ħarġu għall-ewwel darba il-plots f'dawn it-toroq għal-lum?
ONOR. GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tingħata risposta.
UNIVERSITA - RIĊERKI
8973. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema Fakultajiet jew Dipartimenti fl-Universita' ta' Malta għamlu riċerka, kemm kienet in-nefqa f'din ir-riċerka tul dawn l-aħħar ħames snin, u f'liema livell saret din ir-riċerka jiġifieri jekk hux f'livell ta' l-ewwel degree, Masters jew livell ta' PHD?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
PERSUNI B'DIŻABILITA'
8974. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala persuni b'diżabilita' li għandhom impieg? Kemm minnhom huma impjegati fis-Servizz Pubbliku u kemm minnhom huma impjegati mal-privat?
ONOR. EDWIN GRECH: Il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ għandha reġistrati magħha 2,161 persuni b'diżabilita' li għandhom impjieg. Minn dawn, 1,425 huma mpjegati fis-settur pubbliku u 736 fis-settur privat.
PERSUNI B'DIŻABILITA' - REĠISTRAZZJON GĦAX-XOGĦOL
8975. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati bħala persuni b'diżabilita' jirreġistraw għax-xogħol, kemm ilhom jirreġistraw għax-xogħol u f'liema kategorija qegħdin jirreġistraw?
ONOR. EDWIN GRECH: F'Lulju 1997 kien hawn 290 persuni b'diżabilita' jirregistraw għax-xogħol. Dawn ilhom jirregistraw kif gej:
Taht l-4 gimghat
|
12
|
4 sa 7 gimghat
|
3
|
8 sa 11 il-gimgha
|
10
|
12 sa 15 il-gimgha
|
6
|
16 sa 19 il-gimgha
|
6
|
20 sa 23 gimgha
|
8
|
24 sa 47 gimgha
|
41
|
48 sa 51 gimgha
|
7
|
52 gimgha u aktar
|
197
|
Total
|
290
|
Ix-xogħol li qed jirreġistraw għalih hu kif ġej:
Xoghol Klerikali
|
28
|
Xoghol ta' superviżjoni
|
1
|
Xoghol professjonali
|
1
|
Xoghol mixxelanju mhux manwali
|
8
|
Kostruzzjoni
|
3
|
Xoghol tal-hadid
|
1
|
Xoghol fit-tessuti
|
1
|
Xoghol ta' l-istampar
|
3
|
Xoghol bhala labourers
|
72
|
Xoghol ta' l-agrikoltura
|
3
|
Xoghol fil-catering
|
1
|
Xoghol mixxellanju manwali
|
168
|
Totol
|
290
|
P.A. - MANAGER
8976. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post ta' Manager Strategic Planning Unit fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar ġiex mimli?
ONOR. GEORGE VELLA: Bħalissa għadu għaddejj il-proċess biex jimtela l-post ta' Strategic Planning Unit Manager fl-awtorita'. Qed isiru diskussjonijiet ma' kandidat kwalifikat għal din il-kariga.
P.A. - PJANIJIET TA' STRUTTURA
8977. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti time-frame aġġornat għall-Publikazzjoni jew tfassil tal-Pjanijiet ta' Struttura?
ONOR. GEORGE VELLA: Il-proċess għar-reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura diġa beda permezz ta' Subject studies li bdew tul l-aħħar sena. Rapport ġie mħejji biex jiggwida dan il-proċess u dan wasal biex jiġi finaliżżat. Il-proċess għar-reviżjoni għandu jibda formalment f'Jannar tal-1998 u għandu jieħu madwar 16-il xahar biex jitlesta dak li qed jiġi msejjaħ id-Draft Replacement Structure Plan. Dan jiġi mgħoddi lill-Assessment Panel għall-konsiderazzjoni tagħhom biex imbagħad jibda' l-proċess għall-approvazzjoni tal-Pjan mill-Kamra skond il-provvediment fil-liġi.
TELEMALTA - SEJĦIET GĦALL-OFFERTI
8983. L-ONOR. LINO SPITERI staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura qiegħda ssegwi l-Korporazzjoni Telemalta fis-sejħiet għall-offerti? Xi kriterji huma stabbiliti fil-pre-tenders conditions? Gruppi ġodda qegħdin ikollhom spazju fejn jikkompetu b'mod ġust?
ONOR. JOE MIZZI: Il-Korporazzjoni Telemalta ssegwi l-provvedimenti tal-Avviż Legali Nru. 70 ta' l-1996 dwar akkwisti li jsiru mis-servizz pubbliku.
Il-kriterji stabbiliti fil-pre-tender conditions huma l-esperjenza, r-reputazzjoni, r-riżorsi umani u t-tagħmir, u l-istatus finanzjarju ta min jitfa l-offerta. Din hija wkoll il-prattika wżata mill-Gvern fil-pre-tender conditions preċedenti.
Il-kuntratturi għandhom ukoll l-opportunita' li jingħaqdu flimkien bħala Joint Venture Partners u l-kwestjonarju tal-pre-qualification jipprovdi għal din l-eventwalita.
SERVIZZ PUBBLIKU - DIRETTURI ĠENERALI
8984. L-ONOR. MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Prim Ministru: Billi l-proċess biex jintgħażlu d-Diretturi Ġenerali u Diretturi (Skali 4 u 5) fis-Servizz Pubbliku qiegħed jieħu fit-tul, tant li hemm minnhom li ilhom sena avżati, jista' l-Prim Ministru jgħid: a) kemm hemm postijiet bħal dawn li qegħdin fil-proċess li jimtlew; b) kemm applikaw għal kull post u x'inhuma l-gradi ta' l-applikanti; u c) meta hu maħsub li se jispiċċaw il-proċess ta' l-għażla u nomini finali?
ONOR. ALFRED SANT: Jien informat li, fejn għaddej proċess ta' għażla, l-informazzjoni mitluba f'paragrafi (a) u (b) tal-mistoqsija ta' l-Onor. Membru qed tingħata fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta. L-applikanti huma uffiċjali pubbliċi fi gradi differenti bi skali ta salarju li jvarjaw minn Skala 3 sa Skala 9.
Il-proċess ta' l-għażla fil-każ ta' numru sostanzjali ta' dawn il-vakanzi huwa fi stadju avvanzat. Irrid inżid li f'dawn l-aħħar xhur mtlew numru ta' vakanzi ta' kapijiet ta' dipartimenti u reġgħu ġew ikkonfermati fil-kariga tagħhom numru ta' kapijiet oħra.
SERVIZZ PUBBLIKU - -SENIOR PRINCIPALS
8985. L-ONOR. MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Prim Ministru: Billi l-applikazzjonijiet għall-eżami tas-Senior Principals ilhom li għalqu x-xhur u billi dan il-grad huwa importanti ħafna għax minnu jridu jintgħażlu l-Assistenti Diretturi, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu maħsub li jkun il-complement tas-Senior Principals? Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn waslu t-tħejjijiet biex l-eżami/extended interview li kienet saret sejħa għalih xhur ilu, fl-aħħar isir?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tħejjijiet li trid tagħmel il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku sabiex ikun jista' jsir dan l-eżami għall-grad ta' Senior Principal jinsabu fi stat avvanzat u li fil-fatt l-extended interviews se jibdew fl-ewwel parti ta' Novembru.
Hu maħsub li dawk kollha li jgħaddu mill-eżami tas-Senior Principal jingħataw il-ħatra peress li aktar minn 100 Assistent Direttur irid jingħata l-ħatra.
DJAR - DIRETTUR ĦADDIEM
8986. L-ONOR. MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinħatar l-ewwel Direttur Ħaddiem fi ħdan l-Awtorita' tad-Djar issa li sar il-bord il-ġdid? Jekk dan mhux il-ħsieb tiegħu, jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi r-raġuni li ma jinħatarx, meta f'korpi oħra hemm Direttur Ħaddiem?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Għalissa m'hemmx il-ħsieb. S'issa qed nitkellmu fuq korporazzjonijiet pubbliċi.
BORD TAD-DTC - LAQGĦAT
8988. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Bord tad-DTC mis-26.10.96 sal-lum u x'kienu d-dati rispettivament?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Id-Drugs and Therapeutics Committee iltaqa' seba' darbiet mis-26 ta' Ottubru 1996 sa llum. Id-dati rispettivi huma:
6 ta' Diċembru 1996
27 ta' Frar 1997
26 ta' Mejju 1997
5 ta' Mejju 1997
5 ta' Ġunju 1997
17 ta' Settembru 1997
26 ta' Settembru 1997
SPTARIJIET - INFECTION CONTROL
8989. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ta' Infection Control jeżistu fl-isptarijiet governattivi minbarra dawk ta' l-iSptar San Luqa?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Is-servizzi amministrattivi ta' Infection Control ġewwa l-isptarijiet governattivi minbarra l-Isptar San Luqa huwa kif ġej:
Zammit Clapp Hospital:
Dan l-isptar għandu struttura kompleta ta' Infection Control li jikkonformi mar-rakkmandazzjonijiet kollha tad-dokument HC (88) 33 maħruġ mid-Dipartiment tas-Saħħa ta' l-Ingilterra. Jeżisti Infection Control Unit uffiċjali li tinkorpora Infection Control Nurse biċ-ċertifikat ENB 329/910 fuq bażi fulltime kif ukoll Infection Control Committee li jiltaqgħu mill-anqas darba kull erbgħa xhur. L-isptar għandu contingency plans li f'każ ta' outbreak jiġi fformulat Outbreak Control Committee.
Gozo General Hospital:
Għalkemm m'hemmx Infection Control Unit, ġie identifikat infermier li qiegħed jagħti servizz ta' Infection Control Nurse fuq frekwenza ta' nofs ta' nhar fil-ġimgħa. Twaqqaf ukoll Infection Control Committee permezz ta' l-għajnuna ta' l-Infection Control Physician ta' l-Isptar San Luqa li jitla' Għawdex madwar darbtejn fix-xahar.
Sptar Boffa/Residenza San Vincenz/Sptar Monte Carmeli:
L-Infection Control Nurses ta' l-Isptar San Luqa jagħtu l-għajnuna neċessarja. Hemm il-pjan li fil-futur qrib jinħatru Infection Control Nurses f'dawn l-isptarijiet.
GĦAWDEX - SPTAR ĠENERALI
8990. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fir-rapport ikkommissjonat riċentement dwar l-isptar ta' Għawdex hemmx imniżżel li dan l-isptar huwa wieħed tas-sekonda klassi?
ONOR. ALFRED SANT: Ir-rapport imsemmi jgħid li l-aktar ħaġa li laqgħtet lill-kumitat kien il-fatt li sal-lum l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex dejjem ġie meqjus bħala wieħed tat-tieni klassi u fil-parti l-kbira tal-każi kien jieħu dak li jibqa' mis-servizz tas-saħħa f'Malta.
SPTAR MONTE CARMELI - PAZJENTI
8991. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti residenti ġewwa l-isptar Monte Carmeli fl-1 ta' Jannar fis-snin bejn l-1987 sa l-1997?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' pazjenti residenti ġewwa l-Isptar Monte Carmeli fl-1 ta' Jannar fis-snin 1987 sa l-1997 kienu dawn:
SENA
|
HOSPITAL RECORDS OF TOTAL PATIENTS (RESIDENTS AND ON LEAVE)
|
ACTUAL IN IN-PATIENTS
|
PATIENTS ON LEAVE
|
01.01.97
|
705
|
521
|
184
|
01.01.96
|
675
|
492
|
183
|
01.01.95
|
663
|
513
|
150
|
01.01.94
|
671
|
F'dan il-perjodu ma kienx jinżamm record ta' pazjenti li jmorru bil-leave. It-tendenza hi less 25%
|
01.01.93
|
678
|
" " " " "
|
01.01.92
|
681
|
" " " " "
|
01.01.91
|
672
|
|
|
01.01.90
|
708
|
|
|
01.01.89
|
688
|
|
|
01.01.88
|
702
|
|
|
01.01.87
|
718
|
|
|
SPTARIJIET - SOCIAL CASES
8992. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm "social cases" ġewwa kull sptar tal-gvern individwalment fit-30/9/96 u fit-30/9/97?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA:
|
SOCIAL CASES 30/9/96 30/9/97
|
St. Luke's Hospital
|
49
|
51
|
Boffa Hospital
|
34
|
15
|
Gozo General Hospital
|
0
|
3
|
Ta' min iżid li fl-Isptar Monte Carmeli bħalissa hemm 76 persuna li jirriżulta li m'għandhom ħadd li jiġi minnhom.
MEDICAL STORES - MEDIĊINI
8993. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jipprovdi lista ta' mediċini out of stock mill-Medical Stores fid-dati 26.08.97 u 26.09.97?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Din hija l-lista ta' mediċina out of stock mill-Medical Store fid-dati 26.8.97 u 26.9.97:
26.8.97
Imipramine 10mg tabs.
Triclocorban solution
Isopto Alkaline drops
Gauze absorbent
Cotton Wool
Cyproheptadine syrup
Hydrocortisone Butylbromide
Phosphate enema
26.9.97
Solubacter
Phenoxybenzamine 100mg tabs
Tamoxlfen 10mg tabs
Clindamycin 300mg/2ml inj.
Ketamine 10mg inj.
Atropine 600mg inj.
Sodium Chloride inj.
SKEJJEL - SKOLA LILY OF THE VALLEY
9007. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li studenti ta' l-iskola Lily of the Valley, Mosta ittieħdu għal żjara fil-kwartieri ġenerali tal-Partit Laburista?
Jekk il-Ministru jikkonferma, x'kien l-iskop ta' din iż-żjara?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
BENEFIĊĊJI SOĊJALI
9008. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li għandha 64 sena u li hija separata minn mar-raġel tagħha u li qatt ma taha manteniment peress li appella minn sentenza kontra tiegħu, m'hijiex qed tiġi kkonsidrata għall-parti dovuta lilha bħala pensjoni jew xi forma ta' għajnuna soċjali?
ONOR. EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dipartiment jenħtieġ aktar dettalji dwar il-persuna ndikata fl-Interpellanza tiegħu, dettalji bħal numru tal-karta ta' l-identita' jew indirizzi li kienet tabita fihom qabel. Id-dettalji mogħtija minnu ma jidhrux fir-rekords tad-dipartiment u lanqas fuq ir-Reġistru Elettorali.
Il-persuna li dwarha għamel l-interpellanza, tista' wkoll tmur fl-Uffiċju Distrettwali tar-raħal tagħha u tagħmel applikazzjoni għall-Penzjoni tal-Eta'.
BORMLA - SKOLA PRIMARJA
9009. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li t-tfal ta' l-iskola primarja ta' Bormla m'għandhomx fejn joħorġu jilagħbu waqt il-break, u għalhekk qed ikollhom jibqgħu magħluqa fil-klassi u peress li quddiem din l-istess skola kemm ground żgħir li jista', jekk jiġi rranġat, jaqdi dawn il-bżonnijiet, jista' l-Ministru jara li anke dawn it-tfal ikollhom, bħal tfal oħra, post fejn joħorġu jilagħbu u b'hekk jagħmlu l-ġurnata ta' l-iskola aktar attraenti?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
BORMLA - XOGĦLIJIET
9010. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Wara li dan il-Ministeru għamel diversi xogħlijiet kemm ħdejn il-Mina ta' San Tumas, Bormla, kif ukoll ħdejn il-ġibjun ta' Sta. Liena sabiex il-problema tal-għargħar għan-nies ta' Triq ix-Xatt tittaffa, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet li nbdew fi Triq ix-Xatt, u li issa ilhom, ikunu jistgħu jitkomplew sabiex dan il-proġett li jtaffi din il-problema ta' għargħar ikun tlesta?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħlijiet pendenti li qiegħed jirriferi għalihom l-Onor. Membru qegħdin preżentement isiru mill-kunsill lokali.
ZABBAR - XOGĦLIJIET
9011. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li fl-area ta' St Peter's inbdiet playing field, u peress li dan ix-xogħol jidher li ilu ma' jitkompla, jista' l-Ministru jara li jkunu jistgħu jitkomplew dawn ix-xogħlijiet sabiex anke t-tfal ta' dawn in-naħat ikollhom fejn jilagħbu?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Peress illi r-responsabbilta' ta' din il-playing field hija tal-kunsill lokali, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.
BORMLA - POLIKLINIKA
9012. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-pjanijiet tal-Gvern sabiex il-poliklinika ta' Bormla titkabbar u tiġi modernizzata? Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta hemm il-ħsieb li jibdew dawn ix-xogħlijiet?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti neċessarji tlestew.
BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI
9013. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni tan-nefqa li mistennija tiġi tiswa d-dar ta' l-Anzjani f'Bormla?
ONOR. LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
PULIZIJA - TOWING TA' KAROZZI
9051. L-ONOR. JOE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il karozza ġiet ittowjatha post, post sal-lum min mindu daħlet fis-seħħ il-liġi?
ONOR. ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8694 f`Seduta Nru.120.
PERSUNI B'DIŻABILITA'
9053. L-ONOR. KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni ħandikappati reġistrati f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn jattendu skejjel, djar speċjalizzati (eg. Dar il-Kaptan) u kemm minn dawn qed jaħdmu? Kemm hawn każijiet ta' Down's Syndrome?
ONOR. EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni ħandikappati reġistrati f'Malta u Għawdex huwa 5,561.
In-numru minn dawn li qed jattendu iċ-Ċentru tat-Taħriġ huwa hekk:
Iċ-Ċentru ta' l-Għomja, Santa Venera
|
23
|
Iċ-Ċentru tat-Taħriġ ta' Fleur-de-Lys
|
100
|
Iċ-Ċentru tat-Taħriġ ta' l-Imtarfa
|
98
|
Iċ-Ċentru tat-Taħriġ ta' Ħal Far
|
102
|
Iċ-Ċentru tat-Taħrig ta' Għajnsielem, Għawdex
|
30
|
In-numru ta' dawk li jattendu djar speċjaliżżati huma hekk:
Dar il-Wens
|
11
|
Id-Dar tal-Providenza
|
135
|
Dar Nazareth
|
9
|
Dar il-Kaptan
|
215
|
Eden Foundation
|
330
|
In-numru ta' dawk li huma rikoverati fl-isptarijiet tal-Gvern:
Ir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule
|
53
|
L-isptar Monte Carmeli
|
113
|
Dwar in-numru ta' persuni ħandikappati li jattendu l-iskejjel speċjali, nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali.
In-numru ta' każijiet ta' Down's Syndrome huwa 255.
Skond ir-rekords tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, hemm 2,161 persuna b'diżabilita' li għandhom impjieg.
PENSJONANTI
9054. L-ONOR. KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn u għad hawn pensjonanti fil-pajjiż f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn huma rġiel u kemm huma nisa? Kemm għad hawn pensjonanti ħajjin li kienu jaħdmu ma' l-Ingliżi?
ONOR. EDWIN GRECH: Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9054 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.
SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TAD-DENTISTRIJA
9055. L-ONOR. KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-servizzi li joffri d-dipartiment tad-dentistrija ta' l-isptar u polikliniċi (eż: min hu ntitolat għal extractions, fillings, bridges, dental caps, dentures) għal dawk li għandhom u għal dawk li m'għandhomx il-kartuna r-roża?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Is-servizz li joffri d-Dipartiment tad-Dentistrija ta' l-Isptar u l-Polikliniċi huma segwenti:
(A) Għal kulħadd
(i) eżami tal-ħalq li jinkludi użu ta' l-X-Rays
(ii) skema ta' prevenzjoni għal mard tal-ħalq li jinkludi: tagħlim, tindinf tas-snien u fluoride application fit-tfal.
(iii) trattament ta' emerġenzi li jistgħu jirriżultaw minn uġigħ mis-snien jew ħalq jew ksur fis-snien jew l-għadam tal-wiċċ.
(iv) qlugħ tas-snien
(v) operazzjonijiet li jinvolvu s-snien u l-ħalq
(B) Għall-membri tal-forzi armati u tal-pulizija, in-patients fl-isptarijiet u nies bil-karta r-roża dawn huma intitolati wkoll għall-fillings, crowns, bridges u dentures.
(C) Għat-tfal ta' Malta kollha ta' taħt is-16-il sena fillings, crowns, bridges u dentures kif ukoll orthodontic treatment.
SAĦĦA - TOBBA/INFERMIERA
9056. L-ONOR. KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji uffiċjali tal-gradi kollha tat-tobba u nurses li jaħdmu fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa? X'inhuma r-rati ta' overtime allowance li jitħallsu dawn kollha?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Membru li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra iktar 'il quddiem.
ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI
9057. L-ONOR. KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l -Ministru jgħid kemm hemm anzjani rikoverati fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule; u fid-djar ta' l-anzjani waħda b'waħda?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' anzjani rikoverati fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule huwa 1,054. Dawk rikoverati fid-djar ta' l-anzjani huwa hekk:
Id-Dar tal-Furjana
|
29
|
Id-Dar tal-Gżira
|
32
|
Id-Dar ta' l-Imsida
|
50
|
Id-Dar tal-Mosta
|
65
|
Id-Dar ta' l-Imtarfa
|
58
|
Id-Dar taż-Żejtun
|
59
|
PULIZIJA - REATI GRAVI
9059. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Mill-1.1.97, xahar b'xahar, jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm ġew rapportati lill-Pulizija reati ta' ferita ta' natura gravi?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej :-
1997
|
NUMRU
|
Jannar
|
1
|
Frar
|
2
|
Marzu
|
1
|
April
|
6
|
Mejju
|
7
|
Gunju
|
7
|
Lulju
|
7
|
Awissu
|
4
|
Settembru
|
4
|
ENEMALTA - EXCISE DUTY
9072. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fid-dawl ta' l-estimi tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 1997/98, dejjem fir-rigward ta' l-ammont ta' excise duty li l-Petroleum u l-Electricity Divisions se jħallsu lill-gvern, jista' l-Ministru jgħid fuq liema prodotti se titħallas l-excise duty, u l-kwalita' ta' kull prodott li fuqu se titħallas l-excise duty?
ONOR. LEO BRINCAT: L-excise duty titħallas mill-Petroleum Division biss fuq dawn il-prodotti:
Petrol (Leaded u Unleaded)
Diesel
Kerosene
L.P.G.
Avgas
Il-kwalita' ta' prodotti huma l-istess bħal meta l-Onor. Membru kien Segretarju Parlamentari sa Ottubru, 1996. L-exicse duty ma tagħmilx differenza fuq il-kwalita' tal-prodott.
ENEMALTA - ĦADDIEMA
9073. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena għas-snin finanzjarji 1987/88 sa l-1996/97, kemm kien in-numru ta' ħaddiema mal-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll għal kull sena kemm kien it-total tal-pagi (plus allowances, overtime, etc) imħallas lill-ħaddiema globalment?
ONOR. LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor. Membru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.
ENEMALTA - INVESTIMENT KAPITALI
9074. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena għas-snin finanzjarji mill-1987/88 sa l-1996/97, kemm kien l-ammont annwali ta' investiment kapitali li ġie attwat mill-Korporazzjoni Enemalta?
ONOR. LEO BRINCAT: L-investiment kapitali tal-Korporazzjoni Enemalta fis-snin 1987/1988 sa l-1996/1997 huwa dan li ġej:
Sena
|
Lm
|
|
(000)
|
1987/1988
|
3,000
|
1988/1989
|
8,184
|
1989/1990
|
18,428
|
1990/1991
|
28,190
|
1991/1992
|
15,461
|
1992/1993
|
12,610
|
1993/1994
|
6,528
|
1994/1995
|
16,317
|
1995/1996
|
18,347
|
1996/1997
|
*19,730
|
*(minn Awissu sa Settembru għadhom stima)
ENEMALTA - ĦLAS LILL-GVERN
9075. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena għas-snin finanzjarji 1987/88 sa l-1996/97, kemm ħallset lill-Gvern il-Korporazzjoni Enemalta fir-rigward ta':- 1) national insurance contributions; 2) taxxa; 3) dazji (meta applikabbli); 4) VAT (meta applikabbli); 5) CET (meta applikabbli); u 6) rebates mill-profitti?
ONOR. LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor. Membru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.
ENEMALTA - ŻIEDA FIR-REVENUE
9076. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fir-rigward ta' l-Estimi għas-sena 1997/98 tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-fatturi li se jikkaġunaw żieda ta' madwar 8% (minn Lm79.29m għas-sena 1996/97 għal Lm85.59m għas-sena 1997/98 fir-revenue minn sale of petroleum products flimkien ma' inter-divisional transactions?
ONOR. LEO BRINCAT: Jidher li l-Onor. Membru qiegħed jinsa li l-VAT spiċċat fit-30 ta' Ġunju, 1997.
Fil-figuri ta' l-1996/97, il-VAT kienet titneħħa mall-ewwel mill-figuri tat-Turnover, minħabba li dik hija taxxa u mhux revenue ta' l-Enemalta.
Minħabba li fil-figuri ta' l-1997/98 m'hemmx VAT, it-Turnover jidher kollu.
PULIZIJA - MEMBRI
9077. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm membri tal-Korp tal-Pulizija ma' ngħatawx extension ta' sena fuq is-60 sena fl-aħħar għaxar snin sa Ottubru, 1997? X'kien ir-rank tagħhom? Kemm kienu dawk li ġew rifjutati u x'kien ir-rank tagħhom?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi f`dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija li ma` ngħatawx extension fuq is-60 sena. Wieħed kien Surġent Maġġur u l-ieħor kien Kuntistabbli.
GĦAWDEX - ATTIVITAJIET GĦALL-ANZJANI
9115. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8231, jista' l-Prim Ministru jagħti l-għadd ta' ħarġiet għall-anzjani li kienu organizzati mid-dipartiment konċernat f'Għawdex kif ukoll il-programm tal-ħarġiet bid-data u l-attivita'?
ONOR. ALFRED SANT: Din is-sena saru żewġ attivitajiet kollettivi għall-anzjani, waħda f'jum l-Omm u l-oħra fil-Jum Dinji ta' l-Anzjani. Ħarġiet fuq bażi lokali se jsiru matul dan ix-xahar u iktar tard.
MV GĦAWDEX - VJAĠĠI
9116. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ għamel l-MV Għawdex fix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru tas-sena l-oħra u kemm fl-istess xhur ta' din is-sena xahar b'xahar?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nfOrmat li n-numru ta' vjaġġi li għamel l-MV Għawdex kienu kif ġej:-
1996 1997
Lulju - 11
Awissu 163 144
Settembru 92 26
GOZO CHANNEL - PASSES SPEĊJALI
9117. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu passes speċjali mill-kumpannija Gozo Channel lill-Għawdxin residenti f'Malta u minn meta bdiet l-iskema sal-lum? Kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet u kemm minnhom ma ġewx milqugħa? Kemm nħarġu passes s'issa fuq passiġġier u l-vettura tiegħu flimkien u kemm nħarġu passes għall-passiġġier bla vettura?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
GĦAWDEX - BREAKWATER
9118. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8031 tat-23 ta' Lulju, 1997, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li kienu kontemplati ta' bini ta' submarged breakwater fil-bajja ta' Marsalforn għar-riabilitazzjoni tax-xtajta ta' l-istess bajja, humiex se jsiru?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-proġett tal-bini ta' submarged breakwater f'Marsalforn waslu fi stadju fejn għandu jiġi kkummissjonat l-Environment Impact Assessment. Dan il-proġett jiddependi mill-eżitu ta' dan l-istadju.
SPTAR ĠENERALI - OPERAZZJONIJIET
9119. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-operazzjonijiet li saru fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fil-qasam ta' l-Ortopedija u f'dak ta' l-Oftalmoloġija fl-1995, kemm fl-1996 u minn Jannar sa Settembru tas-sena kurrenti?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
SKEJJEL - BEJJIEGĦA TAL-KOTBA
9125. L-ONOR. GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-bejjiegħa tal-kotba ġew projbiti milli jbiegħu kotba fl-iskejjel u x'wassal għal din il-bidla fil-politika?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
PRODOTTI - IMPORTAZZJONI
9126. L-ONOR. GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 8705, jista' l-Ministru jikkonferma illi T-shirts, shirts u footwear illi huwa semma u li ġew importati, qed jitħallas fuqhom bħala levy inqas minn kemm kien jitħallas bħala dazju?
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: Fil-perjodu Lulju - Awissu - Settembru ta` din is-sena l-ammont miġbur ta` levy u dazju fuq il-prodotti msemmija (T-Shirts, Shirts u Footwear) huwa l-istes ammont li kien ikun dovut għall-istess kwantitajiet li kieku dawn ġew importati fix-xhur preċedenti. Dan għaliex ir-rati ta` levy u dazju fuq dawn il-prodotti ma nbidlux, kif muri hawn taħt:
LEVY
|
DAZJU
(minn barra
l-Unjoni
Ewropea)
|
|
Ġunju 1997
|
Lulju 1997
|
Ġunju
1997
|
Lulju
1997
|
T.Shirts
|
25c\unit
|
25c\unit
|
13%
|
13%
|
Shirts
|
100c\unit
|
100c\unit
|
13%
|
13%
|
Footwear
|
150c\pair
|
150c\pair
|
13%
|
13%
|
Ta min iżid illi qabel Lulju 1997 dawn il-prodotti meta mportati kienu soġġetti wkoll għall-ħlas ta` 15% VAT waqt li mill-1 ta` Lulju l-istess prodotti qegħdin iħallsu levy biss u ma jħallsux Taxxa Tas-Sisa fuq l-Importazzjoni.
PRODOTTI - IMPORTAZZJONI
9127. L-ONOR. GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 8705, jista' l-Ministru jżid it-total ta' valur importat ta' l-oġġetti msemmija?
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: B`riferenza għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8705, irrid inżid li l-valur ta' l-importazzjoni tal-kwantitajiet ta` oġġetti msemmija kien kif jidher hawn taħt:
T-Shirts - Lm 123,261
Shirts - Lm 171,966
Footwear - Lm 390,935
PORTIJIET - ĦATT TA' CONTAINERS
9128. L-ONOR. GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inħattu containers fil-Portijiet Maltin għal-lokal fl-ewwel sitt xhur tas-snin 1992 sa l-1997 (inkluż)?
ONOR. LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jingħata f'xi seduta oħra.
MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB
GĦAWDEX - BREAKWATER
W870. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8031, jaf il-Ministru li x-xogħol indikat bħat-tkomplija ta' rijabilitazzjoni tax-xtajta ta' Marsalforn hu ta' submerged breakwater?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9118 (Seduta Nru. 124)
P.A. - KAŻ TA' FILE NO. 6992/96
W1,003. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-file no. 6992/96?
ONOR. GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda tiġi miġbura.
Dostları ilə paylaş: |