Debates tal-kamra tad-deputati



Yüklə 0,55 Mb.
səhifə6/8
tarix07.05.2018
ölçüsü0,55 Mb.
#50274
1   2   3   4   5   6   7   8

MALTA/GĦAWDEX - VJAĠĠI

6304. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vjaġġi li saru bejn Malta w Għawdex u viċi versa fil-perijodu 1/4/97 u l-31/5/97? Kemm kien in-numru ta' passiġġieri li qasmu bejn Malta w Għawdex fl-istess perjodu?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vjaġġi li saru bejn Malta u Għawdex u viċi versa bejn l-1/4/97 u l-31/5/97 kien ta' 2943.
In-numru ta' passiġġieri li qasmu fl-istess perjodu kien ta' 514548.
Jiena nformat ukoll li matul April u Mejju ta' din is-sena kien hemm żieda ta' 8.5% fin-numru ta' passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex meta ipparagunat ma' l-istess perijodu ta' l-1996.


TNEĦĦIJA TAL-VAT - KAMPANJA PUBBLIĊITARJA

5575. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qamet s'issa u kemm hu mistenni li jintnefaq aktar fil-kampanja pubbliċitarja li għamel il-Gvern dwar it-tneħħija tal-VAT u jagħti l-informazzjoni skond l-infiq li sar f'kull gazzetta/radju/televiżjoni ndividwali? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll liema aġenzja ta' riklamar intużat u fuq liema bażi ntgħażlet?
ONOR. ALFRED SANT: Jien informat li l-kampanja pubbliċitarja dwar l-introduzzjoni tas-Sistema Ġdida ta' Tassazzjoni mistennija li tiġi tiswa madwar Lm248,000, jiġifieri inqas minn nofs li kienet swiet lill-Gvern Nazzjonalista f'pubbliċita biex daħħal il-VAT.
Sat-18 ta' Mejju, 1997 ir-reklami dwar is-Sistema l-Ġdida ta' Tassazzjoni fil-gazzetti, radju u televiżjoni kienu kif jidher hawn taħt:

Gazzetti
The Times/The Sunday Times Lm 10,721.36

In-Nazzjon/Il-Mument Lm 11,473.86

Il-Gens Lm 622.87

KullĦadd Lm 6,831.36

The Malta Independent/The Malta

Business Weekly Lm 6,719.48

L-Orizzont/It-Torċa Lm 10,868.86

Alternattiva Lm 314.50

Lm 47,552.29

VAT Lm 7,132.85

Total Lm 54,685.14

Radju
Live FM Lm 102.00

Super 1 Radio Lm 546.00

Island Sound Lm 180.00

Bay Radio Lm 370.70

Smash Radio Lm 200.00

Radio Calypso Lm 154.00

Radio 101 Lm 202.00

Radio Malta Lm 488.00

RTK Lm 40.00

Lm 2,282.70

VAT Lm 342.41

Total Lm 2,625.11

Televizjoni
TVM Lm 2,766.00

Smash TV Lm 450.00

Super 1 TV Lm 2,550.00

Lm 5,766.00

VAT Lm 864.90

Total Lm 6,630.90

Jien informat ukoll li ntużat l-aġenzija ta' reklamar Plus Advertising Co Ltd wara sejħa għal offerti li ġiet ipproċesata wkoll mill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti.




AIR MALTA - FINANCIAL REVIEW

5576. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-Air Malta għall-Financial Review li saret minn Coopers & Lybrand?
ONOR. KARMENU VELLA: Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4064.


TAQSIMA TA' KORDIN - QUALITY CONTROLLER

5577. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposti parlamentari numri 4206 u 4946 li ta l-Ministru, jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jaf lil persuna ndikata fid-domandi; kellux xi relazzjoni ta' xogħol jew negozju magħha qabel ma laħaq Ministru; x'inhuma l-kwalifiki tal-persuna bħala Quality Controller; għaliex isostni li hi "l-unika waħda li għandha esperjenza f'dan it-tip ta' xogħol" (PQ 4946) meta lanqas biss saret "call for applications" biex jara jekk hemmx persuni oħra kwalifikati; jikkonferma li minkejja li qal li l-persuna ġiet impjegata "on a casual basis" fil-11 ta' April (PQ 4946) fil-fatt il-persuna kienet tkun Kordin anke qabel din id-data u kienet tagħti ordnijiet ukoll tant li l-ewwel domanda tiegħi saret fis-17 ta' Marzu, 1997; x'kuntratt se tingħata din il-persuna, saritx it-talba lill-MPO, ġietx approvata t-talba, kemm se titħallas u x'esperjenza unika għandha din il-persuna li tikkwalifika lilha u mhux lil ħaddieħor għal kuntratt; u tlestiex il-"call for application" li l-Ministru jsemmi fil-mistoqsija parlamentari numru 4206 u jekk din hijiex se tkun interna biss jew miftuħa għal kulħadd u għaliex se ssir din is-sejħa jekk il-persuna ndikata se tiġi mpjegata b'kuntratt (PQ 4946)?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


TAQSIMA TA' KORDIN - QUALITY CONTROLLER

5578. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar-risposti ta'mistoqsijiet parlamentari numri 4206 u 4946 li ta l-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid hijiex politika tal-Gvern li persuni jiddaħlu jaħdmu mal-Gvern l-ewwel on a casual basis u wara jingħatalhom kuntratt għal postijiet tax-xogħol li faċilment jistgħu jimtlew minn ħaddiema tal-Gvern? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk huwiex regolari li persuna mpjegata on a casual basis tagħti ordnijiet lill-ħaddiema regolari tal-Gvern? Jista'l-Prim Ministru jagħti assigurazzjoni li ssir call for applications interna biex il-post jimtela' minn ħaddiema tal-Gvern? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll huwiex lest biex jordna li ssir investigazzjoni dwar kif il-persuna ndikata fid-domandi msemmija nstabet u x'konnessjonijiet kellha preċedentement mal-Ministru jew ma' uffiċjali fil-Ministeru?
ONOR. ALFRED SANT: M'hijiex il-politika tal-Gvern li postijiet tax-xogħol li faċilment jistgħu jimtlew minn ħaddiema tal-Gvern jimtlew minn persuni oħra b'kuntratt. Dan iseħħ biss meta l-post vakant ikun jirrikjedi kapaċita' f'xi professjoni jew sengħa li ma tkunx disponibbli fost l-impjegati tal-Gvern, bħalma ġara fil-każ li qed jirriferi għalih l-Onor. Interpellant. Ikun hemm okkazjonijiet fejn din il-persuna tiddaħħal taħdem temporanjament fuq bażi każwali sakemm tiġi pproċessata t-talba tad-dipartiment biex il-persuna tiġi nġaġġata b'kuntratt. Dan il-kuntratt ma jkunx wieħed indefinit iżda wieħed li jiġġedded minn sena għal sena skond il-ħtiġijiet biex jingħata ċ-ċans li meta mpjegati tal-Gvern jottjenu l-prattika jew kwalifiki li jkunu jinħtieġu, ix-xogħol ikun jista jgħaddi f'idejhom, dejjem skond il-proċeduri stabbiliti.
Hija ħaġa mistennija minn kull min ikun qed imexxi, ukoll fuq bażi ta' kuntratt li jagħti dawk id-direzzjonijiet li jidhirlu xierqa biex ix-xogħol isir sew.
Fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5577 il-Ministru l-Onor. Charles Buhagiar diġa' spjega kif instabet il-persuna ndikata u stqarr li qatt ma kellu relazzjoni ta' xogħol jew negozju magħha la qabel u lanqas wara li nħatar Ministru. Għaldaqstant ma jidhirlix li hemm lok għall-investigazzjoni.


MLP - PROPRJETA' MOGĦTIJA MILL-GVERN

5684. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu t-taħdidiet li f'mistoqsija parlamentari numru 1073 intqal li qed isiru bejn id-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-Malta Labour Party dwar ir-rilaxx tal-Maċina u jekk il-Malta Labour Party hux qed jitlob xi flus mill-Gvern?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bini magħruf bħala l-Maċina ġie f'idejn il-Gvern taħt l-amministrazzjoni preċedenti u dan fl-24 ta' Jannar, 1996. Nikkonferma l-Malta Labour Party ma talbu l-ebda flus jew konsiderazzjoni oħra għar-rilaxx ta' din il-proprjeta'.

SPORTS - FAĊILITAJIET SPORTIVI

5685. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali : Jista' l-Ministru jgħid meta jistenna li l-faċilitajiet sportivi se jgħaddu f'idejn l-end users tagħhom u f'idejn il-kunsilli lokali kif kien ippjanat mill-Amministrazzjoni preċedenti?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Malli l-programm dwar it-trasferiment tal-faċilitajiet lill-għaqdiet jiġi ffinalizzat, dan jiġi mħabbar pubblikament. Minkejja li l-Amministrazzjoni preċedenti ħabbret din l-intenzjoni, ma sarx ix-xogħol meħtieġ biex dan it-trasferiment isir kif suppost.


EDUKAZZJONI - ARRETRATI LILL-INSTRUCTORS

5709. L-ONOR. LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni wasal biex iħallas l-arretrati lill-instructors dovuti lilhom bħala riżultat tal-ftehim li sar fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa previst li tkun is-somma globali li se jitħallas?
Kemm hemm instructors li se jibbenefikaw minn dawn l-arretrati?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Jien informat li l-instructors li se jirċievu l-arretrati huma 642. Bejniethom se jirċievu Lm1,110,339.45c.


UNIVERSITA' - FAKULTA' TA' L-ARKITETTURA U L-INĠINERIJA

5993. L-ONOR. LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu lill-Fakulta' ta' l-Arkitettura u l-Inġinerija tbiddel il-valutazzjoni tagħha dwar il-kwalifiki akkademiċi tal-Perit Martin Debono? Minn min ittieħdet id-deċiżjoni li biddlet din l-evalwazzjoni? Il-Bord tal-Fakulta' iddiskuta l-aħħar valutazzjoni? Fil-każ, meta u liema membri kienu preżenti u minn ippresjeda l-laqgħa tal-Bord? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-valutazzjoni miktuba u mogħtija lill-Gvern fl-1993 u ta' dik li ġiet mogħtija din is-sena?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Skond tagħrif mgħoddi lili mill-Universita', il-Fakulta' ta' l-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili ma biddlitx il-valutazzjoni tagħha dwar il-kwalifiki akkademiċi tal-Perit Martin Debono.
Jien informat li wara li saret l-evalwazzjoni f'Lulju ta' l-1993, il-Bord ma reġax għamel xi evalwazzjoni ġdida.
Il-kopja tal-evalwazzjoni li saret fl-1993 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.


SIĠĠIEWI - WESGĦAT IL-PALAZZ

5994. L-ONOR. LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għat-tweġiba tal-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni għall-mistoqsija parlamentari numru 5601, jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li l-Joint Office qed iħaffef il-proċess biex l-art imsemmija fit-tweġiba tiġi trasferita mill-aktar fis lid-Dipartiment tat-Toroq? Jekk m'hemmx diffikultajiet, jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li l-proċedura tkun kompleta? Jekk hemm diffikultajiet, x'inhuma u x'qed isir biex jingħelbu?
ONOR. CHARLES MANGION: Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

SAJJIEDA - SALVATAĠĠ FUQ IL-BAĦAR

5995. L-ONOR. LOUIS GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jikkonsidra l-Prim Ministru li l-Gvern għandu jaddotta politika li jkun hemm kopertura adatta ta' assigurazzjoni biex jiġi faċilitat li tobba u nurses ikunu jistgħu jieħdu sehem f'operazzjonijiet ta' sokkors u salvataġġ ta' sajjieda li jinqalgħalhom xi ħaġa f'saħħithom waqt li jkunu fuq xogħolhom fuq il-baħar, operazzjonijiet li jinvolvu periklu u sogru speċjalment meta l-mezz involut ikun il-helicopter ta' l-Armata?
ONOR. ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.


SAĦĦA - MEDIĊINA NEULIN

6035. L-ONOR. LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni dwar il-mediċina NEULIN għal dawk li huma ntitolati għall-mediċina b'xejn?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Il-mediċina Neulin 250mg tablets waslet fis-17 ta' Mejju, 1997. Id-dipartiment irċeva ċ-ċertifikat ta' l-analisi fid-29 ta' Mejju, 1997 u għalhekk l-istock issa jista' jitqassam.


ŻGĦAŻAGĦ - POLITIKA NAZZJONALI

6047. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4471, jista' l-Ministru jgħid xi progress sar dwar il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ minn meta ta dik it-tweġiba?

ONOR. EVARIST BARTOLO: F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4471.


YOUTH FOR EUROPE - PARTEĊIPAZZJONI

6048. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4473, li fiha l-Ministru qal li l-exchanges li jorganizza d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport m'hux se jkunu mfixkla mill-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programm Youth for Europe, għandi nifhem li d-dipartiment se jibqa' ikollu l-fakulta' li jorganizza exchanges bilaterali ma' pajjiżi li huma msieħba fl-Unjoni Ewropea?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

ŻGĦAŻAGĦ - YOUTH EXCHANGES

6049. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4488, jista' l-Ministru jgħid fejn hemm il-ħsieb li jiġu akkomodati ż-żgħażagħ li se jinġiebu Malta din is-sena bħala parti mill-programm tal-Youth Exchanges?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


SPORT FOR ALL IN LARGE CITIES

6050. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4493 dwar il-Kungress Sport for All in Large Cities: billi t-tweġiba li ta l-Ministru hija skorretta għaliex, kuntrarjament għal dak li qal hu, Malta setgħet tieħu sehem fil-Kungress u kienet ukoll effettivament mistiedna b'ittra datata 19 ta' Awissu, 1996; u billi t-tweġiba hija wkoll skorretta għaliex m'hux veru li s-suġġett tal-kungress ma kienx direttament ta' interess fil-kontest ta' Malta (tant kien ta' interess għal Malta li s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti kellu l-ħsieb li jattendi imma wara li ma rnexxilux jipposponi l-laqgħat f'Ruma spiċċa biex ma attendiex għaliex kellu funzjoni oħra x'jaqdi f'pajjiżna stess), ma jidhirlux il-Ministru li għandu jesiġi li jkun jaf għaliex ingħata informazzjoni kompletament żbaljata u jgħaddi mbagħad biex jagħti tweġiba kredibbli?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Filwaqt li l-Onor. Segretarju Parlamentari Joe Cilia jikkonferma t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4493, jidher illi l-informazzjoni li għandu l-Onor. Interpellant hija skorretta. Uffiċjal mit-Taqsima Sport kien qed jippressa biex l-Onor. Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti jattendi din il-laqgħa li l-Onor. Interpellant bħala predeċessur tiegħi diġa' kien ikkonferma li se jattendi għaliha. Intqal ukoll lis-Segretarju Parlamentari Joe Cilia mill-istess uffiċjal li fl-istess waqt ikun jista' jagħmel laqgħat oħrajn ma' xi personalitajiet importanti sportivi fl-isess żmien. Malli s-Segretarju Parlamentari ma kellux konferma li dak li kien qed jiġi propost kien se jimmaterjalizza, iddeċieda li la hu u lanqas l-uffiċjal in kwestjoni ma kellhom għalfejn jattendu għal din il-laqgħa.


YOUTH FOR EUROPE

6051. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru W371, jista' l-Ministru jivverifika jekk l-informazzjoni li ta rigward il-kompożizzjoni ta' l-aġenzija għall-programm Youth for Europe hijiex korretta?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Bi żvista tħalla barra l-isem ta' persuna għall-programm Youth for Europe.
Il-kompożizzjoni korretta kellha taqra kif ġej:
Youth for Europe III
Mr A. Callus - Chairman

Ms R. Briffa - }


Mr A. Tonna - } Ministeru tal-Ġustizzja u Kultura
Mr J. Sammut - Ministeru tal-Edukazzjni u Riżorsi Umani
Ms C. Buġeja - Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ
Mr C. Mamo - Universita' (Istitut għall-Istudji taż-Żgħażagħ)
Mr R. Balzan - Kummissjoni Nazzjonali Persuni b' Diżabilita'


U.E. - PROGRAMMI

6052. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru W371 u partikolarment għar-rimarki finali, jista' l-Ministru jgħid jekk l-agenziji tal-programmi Socrates, Leonardo u Youth for Europe ġewx rikostitwiti?
ONOR. EVARIST BARTOLO: In-National Co-ordinating Units għall-Programmi Socrates u Leonardo da Vinci għadhom ma ġewx rikostitwiti.
In-National Co-ordinating Unit għall-Youth for Europe ġie kostitwit.

SPTARIJIET - WARD CLERKS

6198. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jipprovdi breakdown ta' kif u fejn tqassmu l-ward clerks ġewwa l-isptarijiet?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6194. Il-ward clerical assistants tqassmu fis-sezzjonijiet ġewwa l-isptarijiet skond l-esiġenzi tas-servizz.


SPTARIJIET -SAHRA

6199. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhi l-policy tad-dipartiment dwar l-għoti ta' overtime u time-off-in-lieu fid-dipartiment, ġewwa l-isptarijiet u f'sezzjonijiet differenti u l-gradi differenti?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Wara li l-working party fuq id-Deployment Nurses u l-Midwives ippreżentali r-rapport tiegħu issa qed jiġu indirizzati mill-istess grupp, issues ta' natura ġenerali bħalma huma l-overtime u t-time-off-in-lieu.
Fi ħdan il-working party, li fih hemm rappreżentanti n-Nursing Managers u l-unions qed isir ħafna xogħol siewi biex fil-Ministeru ikun hemm guidelines uniformi dwar overtime u time-off-in-lieu, filwaqt li tiġi rrispettata d-diversita' tal-ħtiġijiet li hemm fl-isptarijiet u fis-sezzjonijiet differenti u l-gradi differenti. Nittama li dan ikun konkluż mill-aktar fis.
KUNSILLI LOKALI - XOGĦOL TA' BANKINI

6212. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5234 ċioe' jgħid kemm nefaq kull kunsill lokali fuq tqegħid ta' manutenzjoni ta' bankini f'kull lokal fis-snin 1994, 1995 u 1996 sena b'sena?
ONOR. CHARLES MANGION: Tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.

KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORTS

6233. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl tal-fatt li l-Onor. Joe Cilia meta kien ir-rappreżentant tal-MLP fuq il-Kunsill Malti għall-iSports attenda żewġ laqgħat minn disa' laqgħat u l-istess Onor. Cilia f'Diċembru 1996 kien irrapportat fl-orizzont li qal li "l-Kunsill Malti għall-iSports mhux miexi bi trasparenza", kif l-Onor. Cilia wasal għal din il-konklużjoni; jista' jagħti raġunijiet għal din l-opinjoni; u jista' jispjega kif qed jesiġi l-Ministeru li dan il-Kunsill Malti għall-iSports ikun trasparenti?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


SWIEQI - PERMESS TA' WORKSHOP

6234. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fi Triq S. Cannataci, fis-Swieqi hemmx permessi mill-Pulizija sabiex jopera workshop ta' mastrudaxxa?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi m'hemmx permessi ghall-workshop ta' mastrudaxxa fit-triq imsemmija.


P.A. - KAWŻI PENDENTI

6235. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-Qorti mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kontra persuni li jkunu injoraw enforcement notices?
ONOR. GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni.


SKEJJEL:SPEĊJALI - WAITING LIST

6236. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi twila l-waiting list ta' tfal li qed jistennew li jidħlu fl-iskejjel speċjali?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nista' ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta' tfal li qed jistennew biex jidħlu fl-iskejjel speċjali hi kif ġej:
San Miguel Febres Cordero School, St Andrews: 2

Dun Manwel Attard School, Wardija: 5

Skola Specjali, Qrendi: 3

Santa Marija Day School, Msida: 0

Mater Dei School, Msida: 0

Skola għat-tfal bi problemi tas-smiegh, Pieta: 0

Guardian Angel School, Hamrun: 0

ESN, Sannat Ghawdex: 0

TOTAL 10
Jista' jkun hemm każijiet oħrajn li jkunu għadhom għaddejjin mis-CDAU u li wkoll ikunu se jiġu riferuti għall-iskejjel speċjali.


NON-GOVERNMENTAL ORGANISATIONS LIAISON COMMITTEE

6239. L-ONOR. LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kif inhu kompost u minn min hu presedut in-Non-Governmental Organisations Liaison Committee; kemm hu l-ammont li ġie vvotat għas-sena kurrenti u li qed jiġi kkonsidrat minn dan il-Kumitat qabel jagħti l-pariri tiegħu lill-Ministru dwar l-allokazzjoni lill-għaqdiet volontarji; kif se jiġu allokati l-għajnuniet; u liema għaqdiet ibbenefikaw mill-vot din is-sena u f'liema ammonti?
ONOR. EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.


QRATI - SENTENZI TA' ĦABS

6263. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi ta' ħabs fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm ingħataw probations din is-sena sal-lum u kemm ingħataw sentenzi sospiżi mill-bidu ta' din is-sena sal-lum?
ONOR. CHARLES MANGION: "Dwar l-ewwel domanda, fil-Qorti ma tinżammx statistika. Lanqas ma tinżamm statistika dwar in-numru ta' Probation Orders mogħtija mill-Qrati.
In-numru ta' sentenzi sospiżi mogħtija fil-1997 sa l-aħħar ta' April,1997 huwa ta' ħamsa u ħamsin (55)."


IMPJIEGI - NIES JAĦDMU BLA PERMESS

6264. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies jaħdmu bla permess fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm minn dawn kienu barranin?
ONOR. EDWIN GRECH: Fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena, l-ispetturi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ qabdu jaħdmu bla permess; 109 barrani, 306 li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, 25 persuna li suppost għadhom jattendu l-iskola, 738 ma kienux irreġistrati li qed jaħdmu (mingħajr ktieb tax-xogħol) u 289 persuna oħra li ma kellhomx il-part-time irreġistrat mal-korporazzjoni.


SPTAR SAN LUQA - PERSUNI B'OVERDOSE

Yüklə 0,55 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin