Debates tal-kamra tad-deputati


TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA



Yüklə 0,55 Mb.
səhifə2/8
tarix07.05.2018
ölçüsü0,55 Mb.
#50274
1   2   3   4   5   6   7   8

TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA



ONOR. ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
White Paper maħruġa f'Ġunju 1997 fuq il-modernizzazzjoni tal-Ħila Militari tal-Forzi Armati ta' Malta, flimkien ma' l-annexes A-P;
Lista li turi n-numru u l-ġeneru ta' ħwienet ġodda li nfetħu fil-11 u t-12-il distrett bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Mejju 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 6305; u
Kopja tal-press release tas-6 ta' Ġunju 1997 dwar l-indirizz tal-Prim Ministru matul it-Tielet Kungress tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej li sar f'Malmoe, l-Isvezja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6337.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-Viċi Prim Ministru.
ONOR. GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Informazzjoni dwar safar minn uffiċjali fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent mill-1 ta' Novembru 1996 sat-30 ta' April 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5148; u
Lista ta' kunsilli lokali li għandhom applikazzjonijiet pendenti ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5436.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Bartolo.
ONOR. EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Kopja ta' kuntratti ta' impjieg ta' konsulenti fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali u ta' xufier personali/messaġġier mal-Malta Council for Science and Technology, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5103;
Kopja ta' l-evalwazzjoni li saret fl-20 ta' Lulju 1993 dwar l-applikazzjoni għal A&CE warrant mis-Sur Martin J. De Bono, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5993; u
Lista tal-bordijiet u kumitati li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W330.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru. 78 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 li jemenda l-Ordni dwar Estradizzjoni (Pajjiżi Barranin Speċifikati); u
Tabella li turi l-infiq tal-kunsilli lokali fuq tqegħid u manutenzjoni ta' bankini bejn l-1986 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6212;
f'isem il-Ministru għat-Trasport u Portijiet inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru. 79 ta’ l-1997 - Regolamenti ta’ l-1997 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Ħaddiema tal-Port; u
f'isem il-Ministru tal-Biedja u Sajd inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Tabella li turi l-bejgħ ta' siġar tal-frott minn Novembru 1996 sa Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6315.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Buhagiar.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Informazzjoni dwar impjegat fil-Quality Control Laboratory f'Kordin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5577.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Michael Farrugia.
ONOR. MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Kopja tal-kuntratti ta' impjieg ta' konsulenta fid-Dipartiment tas-Saħħa u ta' assistenta personali fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Kura ta' l-Anzjani, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W664.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Portelli.
ONOR. ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Tabella li turi n-numru u l-lokalita' ta' applikazzjonijiet li daħlu fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għax-xahar ta' April 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W639.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Stqarrijiet ministerjali? Mozzjonijiet.

MOZZJONIJIET

ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JEMENDA L-ATT TA' L-1994 DWAR TAXXA TAR-REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR



ONOR. JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru għat-Trasport u Portijiet nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ "Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur".
MADAM SPEAKER: Min jissekonda?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nissekonda.
MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ "Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur" ikun moqri l-Ewwel Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.

ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI




MADAM SPEAKER: Il-Ministru Attard Montalto.
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija): Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ "Att biex ikompli jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap. 325".
Madam Speaker, hawn ftehim bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi mill-istadji kollha llum jew għada. Dan huwa abbozz tekniku u r-raġuni għaliex qed jerġa' jiġi propost hija li meta konna ersaqna fil-Parlament bl-emendi oriġinali għall-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali sibna li bil-ftehim li konna għamilna din il-parti tal-liġi setgħet tiġi interpretata b'mod ambigwu. Għalhekk konna ltqajna l-membri tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, inkluż ix-shadow ministers u ddeċidejna illi biex ma jkunx hemm ambigwita' nagħmlu din l-emenda. Nixtieq li l-kollega tiegħi min-naħa ta' l-Oppożizzjoni jikkummenta ftit dwar dan il-punt.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Josef Bonnici.
ONOR. JOSEF BONNICI: Madam Speaker, nikkonferma dak li għadu kemm qal il-Ministru pero' jien m'inix assolutament ċert jekk l-abbozz ta' liġi jridx jiġi ppubblikat qabel ma ngħadduh mill-istadji kollha għax f'dak il-każ ikollna nistennew sa għada.
MADAM SPEAKER: Meta nifhem li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu bejniethom li llum isir l-Ewwel Qari, l-abbozz ta' liġi jiġi ppubblikat illum stess u għada ngħadduh mill-istadji kollha.
L-Onor. John Attard Montalto.
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: Min-naħa tagħna m'hemmx oppożizzjoni li għada ngħaddu dan l-abbozz mill-istadji kollha.
MADAM SPEAKER: Min jissekonda l-mozzjoni mressqa mill-Ministru?
ONOR. JOSEF BONNICI: Nissekonda.
MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ "Att biex ikompli jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali" jkun moqri l-Ewwel Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.

Yüklə 0,55 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin