Debates tal-kamra tad-deputati


MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB



Yüklə 0,55 Mb.
səhifə8/8
tarix07.05.2018
ölçüsü0,55 Mb.
#50274
1   2   3   4   5   6   7   8

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB




KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI
W330. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, boards u enti pubbliċi oħra (msejħa kif ikun) u li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il-Gvern għandu sehem fin-nomina tagħhom - inkluż ukoll enti sussidjarji - u għal kull enti jindika: liema Ministeru hu responsabbli għaliha; il-liġi/regolament li jirregola t-twaqqif tagħha, jekk hemm; min huma l-membri tagħha; meta kull membru ġie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; il-ħlas li jirċievi kull membru; allowances u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, telecell, driver, etc) li jirċievi kull membru; u minn min jiġi nominat kull membru?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Lista ta' Kumitati li għandhom x'jaqsmu mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


UFFIĊĊJU KONĠUNT - ORDINARY RESIDENCE

W604. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jidhirlu l-Ministru li r-regoli li proprjeta' li għandha tiġi kkonsidrata bħala ordinary residence għal skop ta' xiri ta' proprjeta' li tkun waqgħet f'idejn il-Joint Office tinkludi wkoll dawk li għax next of kin ta' min ikun abita fiha sakemm miet kien irid jixtriha anke bi prezz ogħla minn tas-soltu, u dan b'arrikkament għall-Gvern?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat li fil-preżent, jekk inkwilin li jkun applika taħt l-iskema li l-applikazzjonijiet tagħha għalqu f'Diċembru, 1996 imut, l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jikkonsidra talbiet biex jixtru l-proprjeta' minn persuni li kienu joqogħdu f'dik id-dar bħala l-ordinary residence tagħhom meta miet l-inkwilin.
Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant jiġi kkonsidrat fil-każ ta' skemi oħra li jistgħu joħorġu 'l quddiem.


DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA

W618. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' għall-għajnuna hemm għall-tnejn min-nies mill-Belt li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li tkeċċew minn dan il-post, biex ma jorqdux barra t-triq? Dan il-każ ilu jaf bih il-Ministru sa mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni meta wera kull appoġġ?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Dan hu każ fejn żewġ aħwa ġuvintur sgassaw żewġ appartamenti fi blokk ta' l-Uffiċċju Konġunt, ħadu wieħed kull wieħed mhux wieħed bejn tnejn. Għalhekk ma tantx issa wieħed jista' jgħinhom mingħajr ma jkun qed jistieden lill-applikanti l-oħra jagħmlu bħalhom.
Ħadd m'għandu jaqbad u jidħol f'post mingħajr l-awtorita' li jagħmel dan. Inkella ma tkun qegħda titwettaq ebda ġustizzja soċjali fil-qasam tal-housing soċjali. Kull min ġie quddiemi u qalli li hu squatter mill-ewwel għamilthielu ċara li jiena assolutament ma naqbilx li bniedem għandu jagħmel hekk.


MARSA - POST VAKANT

W619. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid sar mir-rapport li sar lill-Housing dwar fond Nru. 56, Marsa Rd, Marsa, li ilu vakant għal snin twil u mhux użat mill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li ħa post tal-Gvern u għadu ma rritornax iċ-ċwievet?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat li d-dipartiment se jieħu pussess tal-fond imsemmi permezz ta' żgumbrament.


DJAR - FILE NO. H 13161/R0459

W627. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-każ tal-persuna mill-Marsa li isimha qed jintbagħat separatament bil-File No. H13161/R0459 li qed jipponta biex jingħata l-fond Nru. 50, Marsa Rd, Marsa li ilu vojt għal żmien twil, li s-sid tiegħu kuntent li jagħtihulu u li l-persuna li għandu dan il-fond kien għadu ma rritornax iċ-ċwievet lill-Housing u qed jitlob anke rigal?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-każ H 13161 miexi ma' oħrajn bħalu. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor. Interpellant hu mitlub jara r-risposta li qiegħed nagħti għall-mistoqsija parlamentari W 619.


DJAR - XIRI MILL-INKWILINI

W629. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-każ tal-persuna mill-Belt li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li trid tixtri dan il-fond (Awtorita' tad-Djar)?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Mir-records ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jidhirx li hemm applikazzjoni mingħand din il-persuna. Pero' jekk l-Onor. Interpellant għandu xi riferenza ta' l-Awtorita' tad-Djar hu mitlub li jgħaddihilna.


DJAR - XIRI MILL-INKWILINI

W630. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' ipproċessar waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li applikat biex tixtri dan il-fond?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Fit-8 ta' Mejju, 1997 il-persuna indikata intbagħtitilha il-formola neċessarja biex tkompli tiġi pproċessata t-talba tagħha għax-xiri. Sa l-20 ta' Mejju, 1997 din il-formula kienet għadha ma ġietx lura l-Awtorita' tad-Djar.


DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI

W639. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Riferibilment għax-xahar ta' April, 1997, jista' l-Ministru jgħid:- kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond kull lokalita'; kemm ġew allokati djar mid-dipartiment; kemm saru rikonoxximent ta' kera; kemm postijiet ġew lura f'idejn id-dipartiment matul ix-xahar; x'kien in-numru ta' postijiet li kellu f'idejh id-dipartiment fl-aħħar ġurnata tax-xahar; u x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ġurnata tax-xahar?
ONOR. ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.
Din it-tabella qed turi l-informazzjoni dwar l-ewwel parti tad-domanda.
Dwar il-kumplament tal-mistoqsija: matul ix-xahar ta' April 1997 ġew allokati 31 post u saru 4 rikonoxximenti ta' kera. Fl-aħħar tax-xahar, id-Dipartiment kellu 22 proprjeta' li tista' tiġi allokata u 11-il post ġew lura f'idejn id-dipartiment. Fl-aħħar ġurnata tax-xahar kien hemm 4867 applikazzjoni pendenti.


MINISTERU TAD-DJAR - IMPJEGATI ON A CASUAL BASIS
W652. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 ta' Marzu, 1997 kemm ġew impjegati persuni on a casual basis fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż korpi statutorjament indipendenti, korporazzjonijiet u kumpanniji li fihom il-Gvern għandu nteress u jekk fl-affermattiv, jindika fejn u f'liema grad?
ONOR. ALFRED PORTELLI: L-uniku mpjieg on a casual basis kien ta' charwoman fil-Ministeru stess għall-perijodu mit-28 ta' Ottubru, 1996 sal-31 ta' Jannar, 1997.


MINISTRU MINGĦAJR PORTAFOLL - IMPJEGATI ON A CASUAL BASIS
W654. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jgħid bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 ta' Marzu, 1997 kemm ġew impjegati persuni on a casual basis fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż korpi statutorjament indipendenti, korporazzjonijiet u kumpanniji li fihom il-Gvern għandu nteress u jekk fl-affermattiv, jindika fejn u f'liema grad?
ONOR. JOE MIZZI: Jien ninsab informat li bejn l-1 ta’ Novembru 1996 u l-31 ta’ Marzu 1997 ma ġiet impjegata l-ebda persuna on a casual basis fid-dikasteru li għalih jien responsabbli.
KUMPANNIJA REDIFFUSION

W661. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Peress li meta fl-1975 l-assi tal-Kumpannija Rediffusion għaddew għand il-Korporazzjoni Telemalta u fin-negozjati bejn il-GWU u l-Kumpannija l-impjegati tar-Rediffusion kienu ġew imwiegħda li se jieħdu terminal benefit ta' mhux inqas minn ħames ġimgħat paga għal kull sena servizz, iżda meta ġiet iffurmata l-Korporazzjoni Telemalta dawn l-impjegati ngħataw biss ġimgħa waħda, filwaqt li dawk tal-Cable and Wireless ħadu ħamsa, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-fehma tiegħu saritx inġustizzja ma' l-ex impjegati tar-Rediffusion? Jekk fl-affermattiv, jista' jara li l-Gvern jew il-Korporazzjoni Telemalta jsibu mezz kif jirrikompensaw lil dawn l-impjegati?
ONOR. ALFRED SANT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien intlaħaq ftehim bejn il-GWU u l-Korporazzjoni Telemalta fl-1975 dwar il-kumpannija Rediffusion. GĦaldaqstant it-Telemalta tqis lil dan il-każ bħala wieħed magħluq.


DJAR - KAŻ TA' APPLIKANTA

W663. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' applikanta li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ H 6386 ilu kkanċellat minn Ottubru 1990. L-istess persuna reġgħet għamlet applikazzjoni oħra s-sena l-oħra li ma ġietx aċċettata peress li qed tagħti l-indirizz tagħha f'post fejn mhux toqgħod.

IMPJIEGI

W664. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5113, peress li l-perijodu indikat għall-ewwel tliet domandi kien ukoll ix-xahar ta' Marzu, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel tliet partijiet tal-mistoqsija?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba fl-ewwel tlett partijiet tal-mistoqsija numru 5113 hija din:
F'Marzu, 1997 ġew impjegati:
- Personal Assistant mas-Segretarjat għall-Anzjani b'kuntratt definit u,
- Consultant Neurosurgeon mad-Dipartiment tas-Saħħa b'kuntratt definit għal tliet snin.
Kopja tal-kuntratti tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


DJAR - APPARTAMENT F'NIGRET IŻ-ŻURRIEQ

W667. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li se tingħata għax ġie lilha allokat il-fond Ent. A. Appt. 5, second floor, Nigret, Żurrieq, għadha ma ngħatatx iċ-ċwievet? Meta hu ttamat li dan isir?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-kuntratt ta' lokazzjoni tal-persuna ndikata ma setax isir għax hi naqqset milli tipproduċi r-riċerki kif mitluba tagħmel mill-Awtorita' tad-Djar. Issa wara li ħadet id-dokumenti l-awtorita' l-ġimgħa l-oħra, se jsirilha l-kuntratt u tingħata ċ-ċwievet.


DELEGAZZJONIJIET - XIRI TA' BILJETTI TA' L-AJRU

W676. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Riferibilment għall-perjodu 1 ta' Novembru 1996 sal-31 ta' Marzu 1997 u għad-dikasteru li għalih l-Onor. Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar li mingħandhom inxtraw biljetti ta' l-ajru għas-safar ta' delegazzjonijiet barra minn Malta u jindika kemm intnefaq ma' kull aġenzija?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Kif diġa' kelli l-okkażjoni ngħid fi tweġiba għall-mistoqsija oħra ma sar l-ebda safar fil-perijodu msemmi minn membri tal-Ministeru jew ta' l-entitajiet fid-dikasteru tiegħi.


DELEGAZZJONIJIET - XIRI TA' BILJETTI TA' L-AJRU

W678. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Riferibilment għall-perjodu 1 ta' Novembru 1996 sal-31 ta' Marzu 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar li mingħandhom inxtraw biljetti ta' l-ajru għas-safar ta' delegazzjonijiet barra minn Malta u jindika kemm intnefaq ma' kull aġenzija?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li ma saru l-ebda spejjeż rigward xiri ta’ biljetti tal-ajru mill-uffiċċju tiegħi matul iż-żmien imsemmi fil-mistoqsija, kien hemm aġent wieħed tal-ivvjaġġar li ntuża mill-Korporazzjoni Telemalta. Il-korporazzjoni kienet ilha tagħmel użu mis-servizzi ta’ dan l-aġent sa mix-xahar ta’ Marzu 1993.
Fil-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru, 1996 sal-31 ta’ Marzu, 1997 il-valur imħallas mill-Korporazzjoni għax-xiri ta’ biljetti tal-ajru mingħand dan l-aġent kien jammonta għal Lm 9,663.60.


DELEGAZZJONIJIET - XIRI TA' BILJETTI TA' L-AJRU

W682. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Riferibilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997 u għad-dikasteru li għalih l-Onor. Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar li mingħandhom inxtraw biljetti ta' l-ajru għas-safar ta' delegazzjonijiet barra minn Malta u jindika kemm intnefaq ma' kull aġenzija?
ONOR. EDWIN GRECH: Bejn l-1 ta’ Novembru, 1996 u l-aħħar ta’ Marzu 1997, il-biljetti ta’ l-ajru għas-safar ta’ delegazzjonijiet għal esteru inxtraw kif ġej:
Mingħand l-Air Malta - Lm142.20 - (Nefqa tad-Dipartiment tax-Xogħol).
Mingħand Enrico Travel - Lm409.90 - (Nefqa ta’ l-Aġenzija għax-Xogħol u Taħriġ).
Mingħand Resort Travel Bureau Ltd. - Lm504.65 - (Nefqa ta’ l-Aġenzija SEDQA).


AĠENZIJI TAR-REKLAMAR

W694. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampannji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istamperiji (barra dik tal-Gvern) li ġw użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-somma ta’ Lm 473.00 kienet meħtieġa mis-segretarjat tiegħi biex jiġu mixtrija u stampati kartolini tal-Milied mingħand Carlai Print Ltd. B’riferenza għall-partijiet l-oħra tal-mistoqsija ma sar l-ebda nfieq.
Il-Korporazzjoni Telemalta għadha tagħmel użu mis-servizzi tal-istess aġenziji tar-reklamar li kienu jintużaw qabel l-1 ta’ Novembru 1996. L-Onor. Interpellant japprezza wkoll il-fatt li l-korporazzjoni tqis din l-informazzjoni mitluba bħala waħda ta’ natura strettament kummerċjali u għaldaqstant tħoss li m’għandhiex tpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Onor. Interpellant, madankollu, jekk irid nista’ ngħaddilu din l-informazzjoni b’mod konfidenzjali.


AĠENZIJI TAR-REKLAMAR

W698. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istamperiji (barra dik tal-Gvern) li ġw użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
ONOR. EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru 1996 u l-aħħar ta’ Marzu 1997 hija din:
Dipartiment tax-Xogħol
Sar reklamar ma’ d-ditti imsemmija hawn taħt:


Ditta

Ammont

Tip ta’ Xogħol

PBS Ltd.

Lm1207.80

Trażmissjoni ta’ clip promozzjonali rigward l-użu tas-Safety Helmet.

Allied Newspapers Ltd.

Lm 59.51

Reklam rigward il-Premju Haddiem tas-Sena.

Multi Comm Ltd.

Lm 59.51

Reklam rigward il-Premju Ħaddiem tas-Sena.

Standard Publications Ltd

Lm 75.04

Reklam rigward il-Premju Ħaddiem tas-Sena.

Union Press

Lm 137.66

Reklam rigward Merħba ‘96.

Aġenzija tax-Xogħol u Taħriġ


Aġenziji ta’ reklamar użati:



Ditta

Ammont

Tip ta’ Xogħol

M&M Advertising Ltd.

Lm1698.84

Reklamar u pubblikazzjoni tal-Labour Market News.

Crest Publicity

Lm 187.75

Reklamar.

Ritescan Ltd.

Lm 494.99

Pubblikazzjoni ta’ brochure.

Federazzjoni ta’ l-Industriji

Lm 92.00

Reklamar.

Federazzjoni għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani

Lm 336.37

Reklamar.

Ir-reklamar sar kollu fl-istampa u ma ntefaq xejn fuq il-mezzi tar-radju u tat-televiżjoni.


Stamperiji użati kienu:


P.E.G. Ltd.

Lm490.00

Treeprint Ltd.

Lm720.00

Beta Printers

Lm 85.50

Printex

Lm748.08

Salesian Press

Lm318.26

F’dawn l-istamperiji ġew stampati formoli, ċekkijiet, file covers, ċertifikati, letterheads u business cards.

Aġenzija SEDQA
Sar reklamar ma’ d-ditti msemmija hawn taħt:


Ditta

Ammont

Tip ta’ Xogħol

Allied Newspapers Ltd.

Lm303.83

Reklamar f’The Times.

Business Marketing Ltd.

Lm43.70

Reklamar fil-leaflet tal-UĦM

"Kollega"



Edizzjoni Kerygma

Lm25.00

Reklamar f’Impenn Kristjan.

Dipartiment tal-Edukazzjoni

Lm 240.00

Reklamar fil-booklet “Career’s Convention”.

Multi-Comm Ltd.

Lm190.44

Reklamar f’In-Nazzjon.

Union Press

Lm 290.15

Reklamar f’L-rizzont.

Five Star Printing and

Lm13,802.00

Stampar ta’ leaflets u booklets “Tajjeb li tkun Taf”.

Design Ltd.

Lm 3,910.38

Stampar ta’ kotba fuq il-Parental Skills u ta’ diversi stickers, ċertifikati, leaflets u logos.

Outlook Ltd.







Typeset Co. Ltd.

Lm1,076.40

Stampar tal- booklets “Peer Leadership” u ta’xogħol ta’ artwork għar-reklami.

PBS Ltd.

Lm 8,000.00

Ma’ din il-kumpanija hemm ftehim li jiġbor fih kemm reklami kif ukoll produzzjoni ta’ programmi.

Rigward il-mistoqsijiet numru 8 u 9, ma ntużat l-ebda kumpanija ta’ l-iscanning.



AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI

W708. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997, u għad-dikasteru li għalih il-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati; u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
ONOR. JOE MIZZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Kwerelant tinsab fit-tabella segwenti.
Segretarjat Privat


Ace Car Hire

Lm 529.00

Marshalls Car Rental & Lease

Lm 354.04


Korporazzjoni Telemalta


Buvell Car Hire

Lm 4,270.07

James Falzon Ltd.

Lm 5,540.05

John’s Garage

Lm 1,128.71

Merlin Car Hire

Lm 13,151.92

Wembley Motors

Lm 4,876.02


AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI

W712. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997, u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati; u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
ONOR. EDWIN GRECH: Bejn l-1 ta’ Novembru, 1996 u l-aħħar ta’ Marzu 1997, inkrew karozzi mingħand l-aġenziji msemmija hawn taħt. Ħdejn kull aġenzija hemm l-ammont ta’ flus li nntefaq mid-dipartiment jew entita’ li l-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali hu responsabbli minnha:



Aġenzija

Ammont

Entita

Meli Car Rentals

Lm 772.51

Ministeru

Zaren Co. Ltd. (Silverstar)

Lm 759.01

Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni

Super Car Hire

Lm 3,450.00

Aġenzija SEDQA

Budget Rent a Car

Lm 651.00

Co-Operatives Board

Meli Car Hire

Lm 604.00

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’

Supreme Travel Ltd.

Lm 164.22

Aġenzija

Swallow Garage

Lm 546.60

tax-Xogħol

Gozo Garage

Lm 232.00

u Taħriġ

Mini Buses Co-Operative Ltd.

Lm19,466.76

Adult Training

Unscheduled Bus Service

Lm 1,476.44

Centres


VALLETTA - TRIQ IL-LVANT - PARKEĠĠ

W715. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li ma jibqax isir parking illegali fi Triq il-Lvant, kantuniera ma' Triq San Kristofru, l-Belt Valletta, liema parking qed jikkaġuna ħsara lill-bankini, u dwar dan kien hemm menzjoni fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta bid-deċiżjoni li dan il-kunsill kellu jagħmel laqgħa mal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija qed tagħmel patrols sabiex tissorvelja li ma jkunx hemm ksur tar-regolamenti tat-traffiku fil-lokalita' msemmija.
Yüklə 0,55 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin