Debates tal-kamra tad-deputati

Sizin üçün oyun:

Google Play'də əldə edin


Yüklə 0.76 Mb.
səhifə1/10
tarix23.01.2018
ölçüsü0.76 Mb.
  1   2   3   4   5   6   7   8   9   10

MALTA

DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Ufficjali u Rivedut)


IT-TMIEN PARLAMENT

Seduta Nru. 179


It-Tnejn, 2 ta' Frar, 1998

Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan

Kamra tad-Deputati

MALTA

Prezz Lm1


IT-TMIEN PARLAMENT


Seduta Nru. 179


It-Tnejn, 2 ta' Frar, 1998

Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament,

il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.

Talba

SEDUTA NRU. 179
It-Tnejn, 2 ta' Frar, 1998


WERREJ

MINUTI 192

MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 192

TQEGĦID TA' KARTI 197

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 199

ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAT-TAXXA 199

THE INCOME TAX MANAGEMENT (AMENDMENT) BILL 199

ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 3) 201

THE EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO. 3) BILL 201

ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMERĊ TA' L-ASSIGURAZZJONI 214

THE INSURANCE BUSINESS BILL 214

227

ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 3) 228



THE EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO 3) BILL 228

AĠĠORNAMENT 229

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 235

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 267





MINUTI



Il-Minuti tas-Seduta Nru. 178 li saret fit-28 ta' Jannar, 1998 ġew konfermati.


MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI



MINISTERU TAL-FINANZI - TASK FORCE

10114. L-ONOR. CENSU GALEA (f'isem l-Onor. Tonio Borg) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il task force ġiet maħtura minnu fl-oqsma differenti tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu?
ONOR. LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi nħatret task force dwar ix-xogħol tad-duty free services fis-seaport u oħra dwar statistics board.

MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor. Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.
ONOR. CARMELO ABELA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar dawn it-task forces u jekk kienx hemm xi task force jew task forces oħrajn li diġa' temmew xogħolhom?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.
ONOR. LEO BRINCAT: Biex nibda mill-aħħar parti tal-mistoqsija, kien hemm task force oħra li kienet qiegħda tagħmel studju fuq is-sistema ta' parallel trading. Fil-fatt din lestiet ix-xogħol tagħha matul l-1997 u r-rapport was made public u tqassam lill-istampa.
Irrid ngħid li qatt ma kienet l-intenzjoni li dan id-dokument fuq parallel trading ikollu xi binding effect imma kien intiż biss biex jistimola dibattitu dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' parallel trading. Jekk niftakar sewwa, kien hemm riżervi min-naħa taċ-Chamber of Commerce imma mbagħad kellek organizzazzjonijiet oħrajn bħall-GRTU li kienu favur parallel trading.
Aħna qgħadna attenti li fil-kompożizzjoni ta' din it-task force ikollna ċertu bilanċjat biex ikun hemm rappreżentanza kemm min-naħa ta' min hu favur parallel trading u anke min-naħa ta' min hu kontra. Fil-fatt għalkemm parallel trading huwa permess anke mill-Competition Act, jekk niftakar sewwa, fil-konklużjoni ta' dak ir-rapport konna ħallejna triq miftuħa sabiex wieħed jiżen, biex ngħid hekk, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' din is-sistema. Nerġa' ngħid li l-intenzjoni prinċipali tagħna kienet li nistimolaw diskussjoni fil-pajjiż dwar dan is-suġġett. Ħalli niġi issa għaż-żewġ bordijiet jew task forces li għandna riferenza għalihom f'din il-mistoqsija.
Waħda minn dawn it-task forces qiegħda tagħmel studju dwar statistics board li, kif ħabbarna lill-istampa, hija chaired mis-Sur Reno Camilleri, bniedem ta' ċertu integrita', li għamel żmien twil konness ma' l-istatistika u li taħt l-amministrazzjoni l-oħra kien anke permanent secretary fil-ministeru għas-servizzi ekonomiċi. F'dan l-istastics board ke

llna rappreżentanza kemm min-naħa ta' l-Istatistika, kemm min-naħa ta' l-Economic Planning mill-ministeru tal-finanzi u anke rappreżentanti tal-korpi kostitwiti. Tajjeb li wieħed jgħid li bħalissa qegħdin inħejju leġislazzjoni li twassal għall-ħolqien ta' istitut nazzjonali dwar l-istatistika.


Dan l-advisory board għandu sitt għanijiet prinċipali fix-xogħol tiegħu. L-ewwelnett li jassisti l-ongoing programme li għaddej bħalissa biex is-Central Office of Statistics jiġi upgraded. It-tieni nett biex jagħmel stocktaking tas-sorsi statistiċi available u anke jidentifika sorsi potenzjali addizjonali bil-ħsieb li jkun hemm kordinazzjoni aħjar u kollaborazzjoni aħjar fil-kompilazzjoni ta' ċerta data. It-tielet biex ifassal pjan li jwassal għall-ħolqien tan-national institute of statistics - u tajjeb li wieħed jgħid li l-abbozz ta' liġi diġa' tlesta u qed jiġi mifli min-naħa ta' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali - u r-raba' li ssir assessment kritika tas-sistema preżenti nazzjonali li għandna ta' l-istatistika u tal-metodoloġiji u anke biex isiru rakkmandazzjonijiet dwar kif dawn is-sistemi jistgħu jiġu mtejba u, biex ngħid hekk, tittieħed azzjoni rimedjali. Il-ħames punt huwa li tiġi promossa l-kredibilita' ta' l-official statistics fil-pajjiż, u tiġi promossa fost il-pubbliku in ġenerali. Dan għaliex taħt diversi amministrazzjonijiet, biex ma nkunx kontroversjali, dejjem kien hemm ċertu xettixiżmu dwar l-istatistika uffiċjali li joħroġ il-gvern tal-ġurnata, hu liema hu. Aħna nħossu li nkunu wasalna mhux biss meta nwaqqfu l-istitut nazzjonali ta' l-istatistika fil-pajjiż iżda meta l-pubbliku in ġenerali jkun qiegħed iħares lejn l-istatistika uffiċjali b'sens qawwi ta' kredibilita'. Jien naħseb li dan għandu jkun l-għan ta' kull amministrazzjoni, u fil-limitazzjoni tar-riżorsi tagħna nista' nwiegħed li kemm aħna kif ukoll il-bord nazzjonali ta' l-istatistika, meta jitwaqqaf, se naħdmu f'din id-direzzjoni. L-aħħar punt li jirrigwarda l-istatistics board huwa intiż biex jiffaċilita t-transizzjoni jew il-fażi tat-transizzjoni b'mod smooth kemm jista' jkun, b'mod li jikkonċerna r-riforma fl-istatistika li hemm bżonn isir fil-pajjiż, il-proċess innifsu u anke t-trasformazzjoni ta' l-uffiċju preżenti għal istitut ta' l-istatistika.
Rigward it-task force dwar id-duty free services at the seaport, kont ħadt l-inizjattiva li nwaqqfu għal raġuni sempliċi. Kienu qegħdin jasluli diversi rapporti li l-istandards, speċjalment f'Pinto Wharf, kienu qegħdin jiddeġeneraw. Ir-rapporti li kellna dwar il-fatt li seta' kien hemm xi abbużi ta' duty free services, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ivvjaġġar tal-passiġġieri permezz tal-Libyan ferries, u l-mod kif kien qed jiġi kondott il-business hemmhekk, kien qed jagħti l-impressjoni li konna qisna xi bazaar u fil-fatt wieħed mill-ewwel kummenti li għamluli kienet proprju li qiegħed jipprevali "a bazaar environment." Allura waqqafna din it-task force li għadha għaddejja bix-xogħol tagħha u pprovajna naraw li f'din it-task force ikun hemm rappreżentanza wiesgħa jew firxa wiesgħa kemm jista' jkun. Fil-fatt hemm rappreżentanza min-naħa tal-ministeru tal-finanzi, rappreżentanza min-naħa tal-ministeru għat-trasport u portijiet u ovvjament rappreżentanza mid-dwana, mill-pulizija u mill-Malta Maritime Authority. Ħassejna wkoll li għandhom jidħlu ċ-Chamber of Commerce, li huma rappreżentati mid-direttur ġenerali tagħhom, is-Sur Tony Borg Cardona, u wkoll iċ-chairman ta' l-assoċjazzjoni tat-traders li huma liċenzjati li joperaw duty free shops, li huwa Dr. Joe Micallef Stafrace, persuna prominenti u rinomata fis-soċjeta' Maltija.
Naturalment għadu kmieni wisq biex nirrapporta l-konklużjonijiet ta' dan it-task force, biss ovvjament meta jikkonkludi x-xogħol tiegħu nkun lest li nagħti t-tagħrif kollu neċessarju li din il-Kamra.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.
ONOR. JOE CASSAR: Billi l-Ministru semma l-istatistika, jista' jgħidilna jekk huwiex se joħroġ dalwaqt il-figuri dwar kemm nies qegħdin jaħdmu bi qligħ u kemm nies huma qiegħda?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Hekk kif il-figuri jkunu available ninsisti li jiġu ppubblikati minnufih. Jiena la qiegħed nagħmel xi pressure biex ma joħorġux u lanqas se nindaħlilhom b'xi mod ieħor. GĦalhekk meta jibagħtuli draft copy - u kull meta jibagħtuli draft copy ta' l-istatistika jiena nawtorizzahom dejjem, hu x'inhu s-settur li jikkonċernaw - jiena ovvjament ngħaddihom għall-pubblikazzjoni.


SEGRETARJAT PARLAMENTARI TAS-SELF-EMPLOYED - REFURBISHMENT TA' UFFIĊINI

10578. L-ONOR. CENSU GALEA (f'isem l-Onor. Austin Gatt) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa jew, jekk ix-xogħol għadu ma spiċċax, kemm se jiġi jiswa r-refurbishment tal-uffiċċju l-ġdid tas-Segretarjat Parlamentari għas-Self Employed? Jista' l-Ministru jagħti wkoll breakdown ta' l-ispiża u għal kull item jindika: jekk inħarġitx tender jew quotation, u jekk inħarġet tender meta u fejn ġiet ippubblikata; min ittenderja jew min ġie avviċinat biex jikkwota; kemm kienet kull tender jew quotation; min ħa x-xogħol; u min kien jagħżel it-tenders jew quotations?
ONOR. LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.


MINISTERU TAL-FINANZI - BORD TA' DIXXIPLINA

10837. L-ONOR. CARMELO ABELA (f'isem l-Onor. Adrian Vassallo) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu li matul l-1997 tressqu quddiem xi bord tad-dixxiplina? Minn liema dipartimenti kienu? Xi grad kellhom? Ta' xiex kienu akkużati u x'weħlu f'kull każ?
ONOR. LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qiegħed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.


ENEMALTA - SERVIZZ TAD-DAWL

11007. L-ONOR. CENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar kemm kienu t-talbiet f'Malta u f'Għawdex sabiex jinqata' s-servizz tad-dawl, xahar b'xahar, fil-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru 1997?
ONOR. LEO BRINCAT: L-Onor. Membru talab indikazzjoni iżda jiena se nagħtih il-fatti.
L-Enemalta rċeviet dawn l-applikazzjonijiet biex jitneħħa s-servizz ta' l-elettriku:
Ottubru 1997 99

Novembru 1997 334

Diċembru 1997 305

TOTAL 738


It-tagħrif mitlub raħal b'raħal u xahar b'xahar qiegħed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma jkunx ħażin, Madam Speaker, li wieħed ikun jaf ukoll kemm irċeviet applikazzjonijiet l-Enemalta fl-istess perijodu biex jiddaħħal is-servizz ta' l-elettriku jew biex tiżdied il-kapaċita' tal-kurrent elettriku:
Talbiet għal servizzi ġodda
Ottubru 1997 417

Novembru 1997 344

Diċembru 1997 331
TOTAL 1091
Talbiet għal servizzi addizzjonali:
Ottubru 1997 50

Novembru 1997 34

Diċembru 1997 47

TOTAL 131




TARXIEN - TRIQ SAN BARTILMEW - BINI

11037. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-bini u l-ambjent fi Triq San Bartilmew, Ħal Tarxien huwiex f'xi mod imħares mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
ONOR. GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Triq San Bartilmew f'Ħal Tarxien - li qiegħda wara l-Knisja ta' San Bartilmew fi Triq il-Kbira - ġiet skedata fis-26 ta' Marzu, 1996; din tidher fil-Gazzetta tal-Gvern li ġġib l-istess data u f'avviż numru 199/96. (Ara mappa 4 Ref. 427/95, sit innumerat 71, paġna numru 2485)
Din it-triq qiegħda wkoll f'żona protetta jew aħjar f'area ta' konservazzjoni urbana skond l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Cassar, mistoqsija supplimentari.
ONOR. JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jispjega kif dan l-aħħar f'din it-triq twaqqgħet dar? Ta' min jgħid li dwar dan kien hemm rapporti mill-Kunsill Lokali ta' Hal Tarxien lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar pero' din ta' l-aħħar qalet li dik iż-żona m'hijiex protetta.
MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.
ONOR. GEORGE VELLA: Madam Speaker, jiena dawn l-affarijiet ma nkunx informat bihom għaliex dawn huma affarijiet tal-Planning Authority. GĦalhekk nitlob lill-kollega tiegħi jagħtini d-dettalji dwar dan il-każ ħalli nkun nista' nikkonfronta l-awtoritajiet tal-Planning Authority rigward din l-inkongruwenza. Dan għaliex, kif qed ngħid, mill-informazzjoni li għandi din hija żona protetta jew aħjar qiegħda f'area ta' konservazzjoni urbana. Allura jekk il-kollega tiegħi qed jgħid li twaqqgħet xi dar bil-permess tal-Planning Authority, nitolbu jagħtini l-informazzjoni biex inkun nista' ninvestiga.


AMBAXXATI - KORSIJIET FIL-LINGWI

11066. L-ONOR. CENSU GALEA (f'isem l-Onor. Joe Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru: jgħidilna, jekk jista' jkun f'forma ta' tabella, kemm intnefqu flus minn fondi pubbliċi f'liri Maltin u f'munita tal-post f'korsijiet fil-lingwi minn kull ambaxxata individwalmnt fis-snin 1996 u 1997 separatament; u jindika wkoll in-nil returns, jiġifieri l-ambaxxati u s-snin fejn ma kien hemm l-ebda nfiq ta' din in-natura?
ONOR. GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba dwar infiq minn fondi pubbliċi għal korsijiet fil-lingwa f'kull ambaxxata Maltija barra minn Malta għas-snin 1996 u 1997 tinsab skedata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

PEMBROKE - XOGĦLIJIET

11250. L-ONOR. CENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10340 u r-risposta għaliha, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-21-il applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar huma applikazzjonijiet tad-dipartimenti tal-gvern? Ta' liema dipartimenti huma dawn l-applikazzjonijiet? Meta saru dawn l-applikazzjonijiet f'kull każ? Kemm mill-applikazzjonijiet huma tal-privat jew tal-kunsilli lokali u liema huma fuq sit tal-Gvern?
ONOR. GEORGE VELLA: Fil-fatt sas-26 ta' Jannar, 1998 kien hemm 20 applikazzjoni pendenti ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, li tlieta minnhom ġew sottomessi mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar, u applikazzjoni oħra saret mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni.
Rigward l-applikazzjonijiet mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar, applikazzjoni PA 3810/97 ġiet sottomessa fl-24 ta' Ġunju, 1997 filwaqt li l-applikazzjonijiet PA 4406/97 u PA 4407/97 ġew sottomessi fil-21 ta' Lulju, 1997.
L-applikazzjoni PA 4192/97 tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni ġiet sottomessa fl-14 ta' Lulju, 1997.
Applikazzjoni waħda saret mill-Kunsill Lokali ta' Pembroke u s-sit jinsab fuq art tal-gvern.
Il-15-il applikazzjoni l-oħra pendenti saru minn individwi jew organizzazzjonijiet privati. Minn dawn erbgħa huma fuq art tal-gvern.


GĦARGĦUR - SQAQ L-IMNIEQA

11300. L-ONOR. ANGLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitranġa Sqaq l-Imnieqa li jinsab bejn in-Naxxar u l-Għargħur?
ONOR. JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 9536.


PA - HEIGHT LIMITATIONS

11496. L-ONOR. CENSU GALEA (f'isem l-Onor. Jesmond Mugliett) staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkunu riveduti l-height limitations fiż-żona li tinkludi l-Imsida, il-Gżira, Tas-Sliema, San Ġiljan u Paceville?
ONOR. GEORGE VELLA: Fil-kontest tal-pjan lokali tal-portijiet tat-tramuntana, il-height limitations taż-żoni ta' l-Imsida, il-Gżira, Tas-Sliema, San Ġiljan u Paceville qegħdin jiġu studjati vis-a-vis l-effett preżenti u tal-futur li jista' jkollhom dawn l-istess height limitations. Fuq l-ispazji urbani, bħala linja ġenerali l-height limitations preżenti se jibqgħu in vigore.
Meta jibdew jinħadmu l-policies rilevanti għaż-żoni partikolari huwa l-ħsieb tal-Pjan Lokali li jidħol aktar fid-dettal u jelimina ċerti inċertezzi li jeżistu preżentement.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Galea, mistoqsija supplimentari.
ONOR. CENSU GALEA: L-Onor. Mugliett hawnhekk qed jagħmel domanda fuq l-inħawi ta' l-Imsida, il-Gżira, Tas-Sliema, San Ġiljan u Paceville. Issa lkoll nafu li l-proġett tal-Maltacom jikkontempla ferm iktar għoli mill-height limitations preżenti. Jista' l-Ministru jgħidilna kif jinkwadra dan il-proġett fil-limitazzjonijiet ta' dawn l-istess height limitations?
MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.
ONOR. GEORGE VELLA: Madam Speaker, bħal proġetti oħrajn li hemm għal dawk l-areas, dan il-proġett m'iniex se niddefendih jien. Dan huwa xi ħaġa li jrid jagħmel min qed jissottometti l-pjan għal dan l-iżvilupp, li mbagħad irid jagħmel ukoll id-diskussjonijiet li għandu jagħmel ma' l-awtoritajiet tal-Planning Authority, kemm mill-aspett tekniku u anke mill-aspett amministrattiv.
Pero' naħseb li l-kollega tiegħi jaf li meta ntkellmu dwar height limitations, ġeneralment inkunu qegħdin nitkellm fuq dawk li huma djar abitabbli. Dan għaliex fejn għandek kostruzzjonijiet bħalma huma lukandi u bini ieħor, il-height limitations huma storja oħra. U safejn naf jien, minkejja li hemm il-height limitations, fil-każ ta' proġetti bħal dawn isiru studji għal kull każ partikolari u kull każ jittieħed on its own merits u mbagħad tittieħed id-deċiżjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jaf il-Ministru li din id-distinzjoni li qed jagħmel illejla l-ewwel darba li qegħdin nisimgħu biha? Barra minn hekk, jekk qed jipprova jagħmel distinzjoni fuq bażi ta' djar abitabbli, japprezza li l-proġett tal-Maltacom jinkludi numru sostanzjali ta' appartamenti bi prezz diġa' ndikat u li se jkunu f'livelli ogħla mill-height limitations li nafu bihom f'Malta?
MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.
ONOR. GEORGE VELLA: Madam Speaker, il-Planning Authority qiegħda hemmhekk biex tieħu d-deċiżjonijiet tagħha fuq proġetti li jersqu quddiemha. Dan il-proġett qiegħed quddiem il-Planning Authority, u l-kollegi tiegħi u l-pubbliku ġenerali għandhom l-opportunita' li jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom meta jkun hemm il-public hearing u anke qabel. Huwa hemmhekk fejn wieħed jista' jagħmel ċerti oġġezzjonijiet u kummenti. Jien żgur ma neħux deċiżjonijiet. Din hija kwestjoni tal-Planning Authority li tieħu d-deċiżjonijiet tagħha fil-kontest tal-policies li għandha.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda. Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.
Il-Prim Ministru.


Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4   5   6   7   8   9   10
Orklarla döyüş:

Google Play'də əldə edin


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2017
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə