ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 3)
THE EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO 3) BILL
L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri. FIL-KUMITAT L-Onor. Anglu Farrugia, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi. THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 4. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried. ONOR. MEMBRU: Division. Billi ntalbet votazzjoni, fid-9.00 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet għoxrin minuta wara. THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija. Il-mistoqsija hija klawsola 4. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried. ONOR. MEMBRU: Division.
VOTAZZJONI NRU. 134 FAVUR : 35 L-Onor.
Klawsola 4 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi. It-Titolu għadda u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi. ONOR. LEO BRINCAT: Mr Chairman, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u xi renumbering li jista' jkun hemm bżonn.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel? (Onor. Membri: Iva)
Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u xi renumbering li jista' jkun hemm bżonn. Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.
ONOR. ANGLU FARRUGIA: Madam Speaker, nixtieq nirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Emenda Nru. 2), Abbozz Nru. 56, u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni, Abbozz Nru. 41, ġew mgħoddija b'emendi fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Sar il-ħin. Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.