MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB
ŻEJTUN - TRIQ ŻABBAR
11502. L-ONOR. JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir resurfacing ta' Triq Ħaż-Żabbar fiż-Żejtun peress li t-triq ilha abbandunata għal ħafna snin u minn informazzjoni li għandi mill-kunsilli xi disa' xhur ilu ġie espert tal-Public Works iżda kollox baqa' kif kien?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Din it-triq hija waħda mit-toroq li hu responsabbli tagħha l-kunsill lokali u għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirriferi l-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.
AZJENDI/KORPORAZZJONIJIET - PAYE
10888. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min huma u kemm huwa l-għadd ta' kumpanniji, azjendi u korporazzjonijiet li għadhom ma ħallsux il-PAYE fil-ħin sa l-aħħar ta' l-1997? Kemm minn dawn għandhom arretrati xi jħallsu għal aktar minn sena?
ONOR. LEO BRINCAT: In-numru ta' azjendi u korporazzjonijiet irreġistrati mad-dipartiment bħala employers fl-1997 jammonta għal 11,424.
Minn dan huwa stmat li madwar tlett elef (3,000) minnhom m'għadhomx attivi.
Mill-kumplament jiġifieri 8,474 m'għamlu l-ebda pagament u 2,219 għamlu anqas minn 12-il pagament matul l-1997.
Għas-snin ta' qabel l-1997 huwa stmat li 658 m'għamlu l-ebda pagament u 1,559 għamlu anqas minn 12-il pagament.
PULIZIJA - SIDIEN TA' ĦWIENET
10889. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sidien ta' ħwienet li ttellgħu l-qorti matul is-sena 1997? X'kienu r-reati li dawn il-persuni allegatament ikkommettew?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi matul l-1997 in-numru ta' sidien ta' ħwienet li ttellgħu l-Qorti kien ta' 506. Dawn ittellgħu l-Qorti fuq ksur, fost l-oħrajn, tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, u ta' l-Att dwar il-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ħwienet u tal-Bejjiegħa fit-Toroq.
PULIZIJA - KAŻI TA' PROSTITUZZJONI
10890. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfajliet u rġiel illi ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija għax tlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni fl-1997? X'kienu l-etajiet tagħhom? Kemm minn dawn kienu diġa' mtellgħin il-Qorti fil-passat għall-istess raġuni?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li fl-1997 in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija għax tlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni kien ta' 71, li minnhom 44 kienu ttellgħu l-Qorti f'okkażjoni preċedenti akkużati bl-istess reat. L-etajiet tagħhom kienu jvarjaw bejn 15 u 44 sena.
PULIZIJA - REATI
10891. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati lill-pulizija li seħħew ġewwa Paceville fl-1997? Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' x'kienu dawn ir-reati?
ONOR. ALFRED SANT: Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ewwel parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6379, ninsab informat li l-informazzjoni mitluba li tkopri Paceville u San Ġiljan hi kif tidher fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.
PORT ĦIELES - CONTAINERS
10892. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' containers li tħattew fil-Freeport fl-1997? Kemm kienu għas-suq lokali u kemm għal trasbord?
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: In-numru ta` containers TEU`s (Twenties Equivalent Unit) li tħattew fil-Freeport fl-1997 kien ta`662,648 li 54,889 minnhom kienu għas-suq lokali.
IMPJIEGI - XOGĦOL BLA PERMESS
10893. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqabdu jaħdmu bla permess fl-1997? Kemm minn dawn kienu barranin?
ONOR. EDWIN GRECH: Fl-1997, l-ispetturi tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ qabdu jaħdmu bla permess 199 barrani, 576 li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, 104 persuna li suppost għadhom jattendu l-iskola, 1,836 ma kienux irreġistrati li qed jaħdmu (mingħajr ktieb tax-xogħol) u 787 persuna oħra li ma kellhomx il-part-time irreġistrat mal-korporazzjoni.
SLIEMA - TRIQ NAZZARENU
11320. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb il-fanal li hemm fi Triq Nazzarenu, f'Tas-Sliema, biex jerġa' jibda jixgħel kif kien jagħmel sa xi xahrejn ilu?
Sketch biex jindika fejn jinsab dan il-fanal qed jintbagħat separatament.
ONOR. LEO BRINCAT: Il-manutenzjoni meħtieġa issa saret.
ĊITTADINANZA
11321. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jipprattikaw jew kienu jipprattikaw l-isports ma' diversi clubs lokali ta' football u basketball li għandhom nazzjonalita' barranija u applikaw sabiex jakkwistaw nazzjonalita' Maltija mill-1990 'il hawn?
Kemm minn dawn il-persuni ġew mogħtija nazzjonalita' Maltija? Meta saret l-applikazzjoni f'kull każ u meta ġiet milqugħa t-talba għal nazzjonalita' Maltija?
ONOR. ALFRED SANT: Ma tinżammx statistika dwar il-professjoni jew l-impjieg li għandhom jew kellhom persuni barranin (inklużi dawk li jipprattikaw l-isport) li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija.
MDC/METCO
11322. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-MDC u l-METCO għandhomx il-ħsieb li jagħlqu l-uffiċċji li dawn l-organizzazzjonijiet għandhom barra minn Malta?
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: Il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp tagħmel reviews regolari ta` l-operat ta` l-uffiċċji tagħha barra minn Malta.
Fejn jinstab li dan l-operat, jiġifieri l-investment promotion, qed isir b`mod suffiċjentement effiċjenti u ekonomiku (cost effective), il-Korporazzjoni tħalli l-operat għaddej kif inhu jew saħansitra tespandih. Fejn le, l-investment promotion għal dak il-pajjiż isir minn Malta.
Il-METCO ma jaqax taht il-Ministeru tiegħi.
WSC - ĦLAS TAL-METER TA' L-ILMA
11323. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10,830, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-iskont fil-ħlas tal-meter ta' l-ilma mill-bidu ta' Novembru 'l hawn?
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal dan l-iskont f'kull area office tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?
ONOR. EDWIN GRECH: In-numru ta' applikazzjonijiet għall-iskont fil-ħlas tal-meter ta' l-ilma mill-bidu ta' Novembru skond kull area office tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali hu kif ġej:-
Balzan 69
Birkirkara 215
Cospicua 408
Hamrun 290
Luqa 127
Marsa 105
Mosta 100
Msida 176
Naxxar 49
Paola 145
Qormi 192
Rabat 82
San Gwann 84
Sliema 85
St Paul's Bay 59
Valletta 115
Żabbar 200
Zebbug 132
Zejtun 160
Zurrieq 134
2927
Victoria 191
Nadur 44
3162
TA' ĠIORNI - KULLEĠĠ TAL-LIBJANI
11324. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10,773, jista' l-Ministru jintervjeni ma' l-awtoritajiet tal-Kulleġġ Edukattiv tal-Libjani f'Ta' Ġiorni sabiex jitneħħew il-karozzi mitluqa li hemm fil-konfini ta' l-istess kulleġġ, peress li minn Triq San Mark din l-area tidher qisha scrapyard tal-karozzi? (Ritratt provdut mir-residenti li joqogħdu fi Triq San Mark qed jintbagħat separatament).
ONOR. GEORGE VELLA: L-Onor. Interpellant mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.
SCANCRAFT LTD./J.P. ADVERTISING LTD.
11341. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid xi tħallsu l-kumpannija Scancraft Ltd. u J.P. Adveritising Ltd. fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar ta' l-1987 u l-31 ta' Ottubru ta' l-1997, sena b'sena, mid-Dipartiment tat-Teżor għal xogħlijiet u servizzi li dawn il-kumpanniji taw lill-Gvern Malti?
ONOR. LEO BRINCAT: Id-Dipartiment tat-Teżor mhux f'pożizzjoni li jagħti t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għax is-sistema wżata s'issa ma tippermettix li jinħareġ dan it-tagħrif elettronikament. Li kellu jinġabar dan it-tagħrif, dan irid isir billi jkunu eżaminati l-eluf kbar ta' vouchers wieħed wieħed u dan mhux possibbli fiċ-ċirkostanzi.
PMO - SEWERAGE MASTER PLAN
11342. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal li l-Project Management Office tal-Malta University Services Ltd. ma jiġix prikwalifikat mid-Dipartiment tad-Drenaġġ tat-Taqsima tax-Xogħlijiet biex jagħti servizz ta' project management fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tas-Sewerage Master Plan wara li l-istess uffiċċju kien ilu jagħti dawn is-servizzi għal aktar minn sentejn?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
SAĦĦA - IMPJEGATI
11343. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6696, jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati li kienu ġew trasferiti b'riżultat taċ-ċirkolari maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet u li b'kollox kienu jammontaw għal 19? Jista' wkoll il-Ministru jagħti l-lokalita' reġistrata ta' kull impjegat hekk kif kienet nhar il-25 ta' Ottubru, 1996?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.
SPTAR ĠDID - XOGĦLIJIET
11344. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rati tax-xogħlijiet tal-konkos li qiegħed jitħallas il-kuntrattur fuq il-bini ta' l-isptar il-ġdid skond l-ittra ta' aċċettazzjoni maħruġa mill-Gvern?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA:
'NEW HOSPITAL PROJECT
CONSTRUCTION, FINISHING & ENGINEERING SERVICES WORK TR2393/94
1. List of Rates for Concrete Works
(Extracted from Bills of Quantities)
1.01 Lean concrete - 15 Mpa Lm24.000/metri kubi
(including additives)
1.02 Foundations concrete - 25 Mpa Lm29.400/metri kubi
(including additives)
1.03 Walls concrete - 30 Mpa Lm33.360/metri kubi
(including additives)
1.04 Pillars concrete - 30 Mpa Lm33.360/metri kubi
(including additives)
1.05 Beams concrete - 30 Mpa Lm32.460/metri kubi
(including additives)
1.06 Slab and staircase concrete Lm32.460/metri kubi
- 30 Mpa (including additives)
1.07 Lean concrete - blinding - tank Lm25.800/metri kubi
foudation 15 Mpa
(including additives)
1.08 Lean concrete - blinding - pipe Lm25.800/metri kubi
bedding surround and kerb base
- 15 Mpa (including additives)
1.09 Cast in place concrete - for Lm31.200/metri kubi
chambers and manholes - 25 Mpa
(including additives)
1.10 Cast in place concrete - for Lm34.800/metri kubi
tanks, manholes and services
30 Mpa (including additives)
2 List of Rates for Predalles Concrete Works
(Extracted from bills of quantities)
2.01 Predalles concrete slab 15cm
- 30 Mpa Lm8.080/metru kwadru
2.02 Predalles concrete slab 24cm
- 30 Mpa Lm10.970/metru kwadru
2.03 Predalles concrete slab 30cm
- 30 Mpa Lm12.200/metru kwadru
2.04 Predalles concrete slab 40cm
- 30 Mpa Lm13.670/metru kwadru
MOSTA - POMPA TAD-DRENAĠĠ
11345. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jassigura li tikber il-pompa tad-drenaġġ li tinsab biswit l-iskola sekondarja "Lily of the Valley" fil-Mosta peress li kull darba li din ma tibdiex tlaħħaq mal-volum tal-materjal dan qiegħed imur lura fil-katusi stess ta' l-iskola bil-konsegwenza li jfur il-basement ta' l-iskola b'detriment għal saħħet l-għalliema u t-tfal?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ta' min wieħed jinnota li d-Dipartiment tad-Drenaġġ b'kollaborazzjoni ma' l-Awtoritajiet ta' l-Iskola Lily of the Valley fil-Mosta diġa' ħadu inizjattiva biex dan l-inkonvenjent jiġi eliminat.
Minn stħarriġ li sar s'issa, rriżulta li dan il-fawran qed iseħħ kull meta tagħmel ix-xita, speċjalment minn mindu tqabbad is-servizz tad-drenaġġ tal-basement ta' l-iskola mas-sistema tad-drenaġġ pubblika.
Għaldaqstant, id-dipartiment se jkompli jieħu dawk il-passi meħtieġa biex din il-problema tissolva.
TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET - AĠĠUDIKAZZJONI
11346. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-Bord Dipartimentali ta' l-Aġġudikazzjoni fi ħdan id-Dipartiment tad-Drenaġġ tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fir-rigward ta' l-offerta ppubblikata mid-Direttur tal-Kuntratti f'isem l-istess Dipartiment għal Servizzi ta' Konsulenza fl-upgrading ta' l-infrastruttura tad-drenaġġ fit-Tramuntana ta' Malta?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-proċess ta' aġġudikazzjoni, kif jiġri f'tenders oħra li għandha x'taqsam magħhom it-Taqsima tax-Xogħlijiet, jibda l-ewwelnett b'rapport tekniku ta' tliet uffiċjali li ġeneralment jiġu magħżula internament mid-dipartiment ikkonċernat u li dawn jagħmlu rapport tagħhom lill-Bord Ċentrali tat-Tenders tat-Taqsima tax-Xogħlijiet li hu mwaqqaf skond il-Financial Regulations. Wara li dan il-Bord jiddelibera fuq ir-rakkmandazzjonijiet li jkunu għamlu t-tekniċi, il-Bord jagħmel ir-rakkmodazzjonijiet tiegħu jew lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, f'każ ta' tender dipartimenti, jew lill-Kumitat tal-Kuntratti fi ħdan il-Kumitat tal-Kuntratti.
Allavolja l-kompożizzjoni tal-Bord Ċentrali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet kif ukoll tal-Kumitat tal-Kuntratti qegħdin hemm fuq bażi permanenti, kważi fit-tul, u n-nies li jifformaw dawn il-bordijiet huma magħrufa, fil-każ tat-tekniċi dawn jitbiddlu skond in-natura tat-tender partikolari u għalhekk ma nħossx li huwa prudenti li l-ismijiet jixxandru fil-pubbliku.
Biss jekk l-Onor. Interpellant għandu xi dubju fuq il-kompożizzjoni ta' xi bord partikolari jew jekk għandu xi ilment x'jagħmel fuq il-proċess ta' l-aġġudikazzjoni, nitolbu jagħtini aktar dettalji fil-privat u nkun nista' ninvestiga iżjed.
PROPRJETA' - REĠISTRAZZJONI TA' KUNTRATTI
11376. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta' trasferimenti ta' proprjeta': (a) inter vivos; u (b) causa mortis mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Diċembru 1997?
ONOR. LEO BRINCAT: In-numru ta' kuntratti li ġew irreġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Diċembru, 1997 jammontaw għal 1,417 inter vivos u 227 causa mortis.
PULIZIJA - FTUĦ TA' ĦWIENET
11377. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-Pulizija biex jinfetħu ħwienet f'Diċembru 1997?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi f'Diċembru 1997 kien hemm 48 applikazzjoni mal-Pulizija għall-ftuħ ta' ħwienet.
VETTURI - REĠISTRAZZJONI
11378. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vejikoli ġodda f'Diċembru 1997 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' vejikoli?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi reġistrati ġodda f'Diċembru 1997 huwa kif jidher hawn taħt:
Vetturi Privati 759
Vetturi Kummerċjali 254
Karozzi għall-Kiri 12
Buses u Mini-Buses -
Muturi . 3
TOTAL 1028
DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI
11379. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Referibbilment għax-xahar ta' Diċembru 1997, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond kull lokalita'; (b) kemm ġew allokati djar mid-dipartiment; (iii) kemm saru rikonoxximent ta' kera; (iv) kemm postijiet ġew lura f'idejn id-dipartiment matul ix-xahar; (v) x'kien in-numru ta' postijiet li kellu f'idejh id-dipartiment fl-aħħar ġurnata tax-xahar; u (vi) x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ġurnata tax-xahar?
ONOR. ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.
1) Daħlu 31 applikazzjonijiet skond il-lokalitajiet imsemmija fl-anness.
2) 19 -il post ġie allokat.
3) Sar rikonoxximent wieħed ta' kera.
4) 16 -il post ġew lura f'idejn id-Dipartiment.
5) Fl-aħħar ta' Diċembru id-Dipartiment kellu 34 proprjeta' li tista' tiġi allokata.
6) Fl-aħħar ta' Diċembru kien hemm 4,752 applikazzjonijiet pendenti*
* Peress li kontinwament ikun hemm tibdil fin-numru ta' applikazzjonijiet minħabba allokazzjonijiet ta' postijiet u kanċellamenti ta' applikazzjonijiet, in-numri mogħtija huma validi biss fil-ġurnata partikolari li fiha tkun inġabret l-istatistika mid-database tad-Dipartiment - f'dan il-każ it-28 ta' Jannar 1998.
QRATI - KAWŻI
11380. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Referibbilment għax-xahar ta' Diċembru 1997, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm ġew introdotti kawżi maqsuma skond kull qorti kompetenti; (ii) kemm ġew deċiżi kawżi kategorizzati skond kull qorti kompetenti; (iii) kemm kien hemm kawżi pendenti kategorizzati skond kull qorti kompetenti; u (iv) kull Imħallef u Maġistrat kemm kellu kawżi pendenti fl-aħħar tax-xahar?
ONOR. GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din:-
Qorti
|
Introdotti
|
Decizi
|
Pendenti
|
Kriminali
|
|
|
|
Onor.V.Degeatano
|
1
|
2
|
35
|
Onor.V.Caruana Colombo
|
-
|
1
|
43
|
Onor.G.Caruana Demajo
|
-
|
-
|
1
|
|
|
|
|
Appelli Kriminali
|
|
|
|
Onor.C.A.Aguis
|
-*
|
-
|
36
|
Onor.V.Caruana Colombo
|
1*
|
21
|
181
|
Onor.V.DeGaetano
|
-*
|
10
|
185
|
|
|
|
|
Appelli Superjuri
|
29
|
18
|
994
|
Appelli Inferjuri
|
8
|
2
|
123
|
Civili Prim Awla
|
302
|
107
|
9005
|
Magistrati Civili
|
263
|
107
|
2549
|
Magistrati Kriminali
|
1231
|
1389
|
10891
|
* 51 appelli kriminali introdotti fix-xahar ta' Diċembru, iżda ma kienux ghadhom ġew assenjati.
Imhallef
|
Pendenti
|
Magistrat
|
Pendenti Civili
|
Pendenti Kriminal
|
Onor.J.Filletti
|
125
|
Magt.M.Mallia
|
374
|
44
|
Onor.A.Manche' 648
|
|
Magt.A.Mizzi
|
-
|
245
|
Onor.F.Depasquale
|
243
|
Magt.J.Padovani (Family Court)
|
70
|
392
|
Onor.F.Depasquale
|
675
|
Magt.S.Meli
|
-
|
161
|
Onor.F.G.Camilleri
|
724
|
Magt.J.Apap Bologna
|
820
|
2090
|
Onor.A.J.Magri
|
524
|
Magt.P.Vella
|
-
|
207
|
Onor.N.Arrigo
|
3482
|
Magt.C.Peralta
|
-
|
1824
|
Onor.v.Degaetano
|
382
|
Magt.N.Cuschieri
|
-
|
690
|
Onor.G.Valenzia
|
559
|
Magt.D.Scicluna
|
696
|
197
|
Onor.G.Caruana
|
751
|
Magt.D.Demajo Montebello
|
589
|
-
|
Onor.G.Camilleri
|
677
|
Magt.C.Scerri Herrera
|
-
|
781
|
Onor.C.Farrugia Sacco
|
215
|
Magt.G.Grixti
|
-
|
1796
|
|
|
Magt.S.Demicoli
|
-
|
114
|
|
|
Magt.Micallef Trigona
|
-
|
1564
|
|
|
Magt.A.Lofaro
|
-
|
786
|
Dostları ilə paylaş: |