Debates tal-kamra tad-deputati



Yüklə 0,76 Mb.
səhifə9/10
tarix23.01.2018
ölçüsü0,76 Mb.
#40416
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10

ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-ministru konċernat


TOROQ - TARMAK

11574. L-ONOR. HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5431 li ngħatat fit-12/5/97 dwar tqegħid ta' tarmak fi Triq il-Kunsill ta'l-Ewropa bejn Ħal-Luqa u r-roundabout fit-tarf ta' Triq Garibaldi, jista' l-Ministru jgħid jekk wara dan iż-żmien ingħelbux id-diffikultajiet li kien hemm fuq il-makkinarju kif intqal fir-risposta?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Hu l-ħsieb li peress li din it-triq tifforma aċċess importanti għall-bqija tal-pajjiż, din tiġi upgraded kif jixraq wara li d-diskussjonijiet li hemm għaddejja ma' l-Awtorita' tal-Ippjanar jiġu konklużi.
Ix-xogħol li sar hu stmat li jiswa Lm49,746 li minnu tħallsu Lm38,000.

SENSJI - ĦADDIEMA

11575. L-ONOR. HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-ħaddiema li ġew mogħtija s-sensji fix-xhur bejn Marzu 1997 u Diċembru 1997 kienu nisa? X'persentaġġ hu dan tal-ħaddiema kollha ssensjati?
ONOR. EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.


IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL

11576. L-ONOR. HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol taħt il-Part 1, Part II u Part III (separatament) matul ix-xhur Ottubru, Novembru u Diċembru 1997? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?
ONOR. EDWIN GRECH: In-nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet parti tar-Reġistru maqsuma f'nisa w irġiel għax-xahar ta' Ottubru 1997 huma hekk:

Ottubru 1997 Irgiel Nisa

-------------------------------------------------

Fl-ewwel Parti 5856 1081

Fit-tieni Parti 451 144

Fit-tielet Parti 359 81


BIEDJA - GĦAJNUNA FINANZJARJA

11581. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont finanzjarju li l-gvern se jalloka biex jgħin lill-Qasam tal-Biedja minħabba l-ħsarat ikkaġunati mill-maltempata tal-Ħadd li għadda?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Id-dipartiment għadu qed jistma u jispezzjona l-ħsara li saret.
Jekk ikun il-kaz l-informazzjoni mitluba tingħata aktar 'il quddiem.


BIEDJA - ĦSARAT KAĠUN TAL-MALTEMP

11582. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Għall-perijodu bejn l-1981 u l-aħħar ta' l-1997, jista' l-Ministru jgħid, għal kull darba li seħħet maltempata fuq il-gżejjer Maltin ta' gravita' bħalma seħħ fil-25 ta' Jannar, 1998: (a) meta seħħet kull maltempata; (b) kemm kien l-ammont finanzjarju maħruġ mill-gvern biex jirrimedja ħsarat li affettwaw lill-Qasam tal-Biedja f'kull maltempata; (ċ) kemm minn kull ammont kien ġie allokat biex jagħmel tajjeb għall-ħsarat ikkaġunati mill-maltemp; (i) f'uċuħ ta' raba' li ġew meqruda; (ii) bini ta' ħitan tas-sejjiegħ li ġew imwaqqa'; (iii) biex terġa' tiġi pprovduta ħamrija li tkun ġiet imkaxkra; (iv) f'bini ta' serer u tunnels tal-plastic li kienu ġew imfarrka; (v) f'tiswija ta' ġibjuni u ġwiebi ta' l-ilma; (vi) biex jiġu rranġati toroq rurali; (vii) biex jiġu mibdula/pprovduti kaxxi ta' kolonji tan-naħal li sofrew ħsarat?

ONOR. NOEL FARRUGIA: Għall-perjodu bejn l-1981 u l-aħħar ta' l-1997 kien hemm żewġ maltempati ta' gravita' li kienet tirrikjedi intervent tal-gvern fuq bażi nazzjonali.
L-informazzjoni mitluba hija hekk:
a. Diċembru 1988 u Ottubru 1994
b. Lm 199,300 u Lm152,100
c. Fl- 1988 il-flus kollha ġew imħallsa fuq bażi ta' 80% tat-telf lill-bdiewa u sajjieda full time u 40% tat-telf lill-bdiewa u sajjieda part-time. Il-ħsara kienet tikkonsisti f'kumpens għall-uċuħ meqruda, tkissir ta' serer, tiswija ta' ġwiebi, ħsara fil-bhejjem u tjur u tkissir ta' rkaptu tas-sajd u bastimenti tas-sajd. Ma kienx tħallas kumpens għal twaqqigħħ ta' ħitan tas-sejjiegħ u għat-telf ta' ħamrija.
Fl-1994 ġew ipprovduti Lm 150,000 sabiex jiġu rranġati toroq rurali u Lm2,100 għall-provvista ta' kompost mill-impjant ta' Sant'Antnin.


IMPJIEGI - LONG-TERM UNEMPLOYED

11583. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' long-term unemployed fl-aħħar ta' Diċembru 1997?
ONOR. EDWIN GRECH: In-numru ta' long-term unemployed fl-aħħar t'Ottubru 1997 f'Malta u Għawdex kien ta' 2,900.


IMPJIEGI - XOGĦOL PART-TIME

11584. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1997 għaddew minn xogħol full time biex jagħmlu biss xogħol part-time?
ONOR. EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.


IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL

11585. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies li kienu self-employed u bdew jirreġistraw għax-xogħol matul l-1997 sabu mpjieg ieħor sal-lum jew reġgħu bdew jaħdmu għal rashom?
ONOR. EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.


DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - ĦADDIEMA

11586. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fir-Restoration Unit fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u x'inhu l-grad tagħhom?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: L-istaff professjonali fi ħdan ir-Restoration Unit huwa:
2 Periti fi grad ta' Architect & Civil Engineer

2 Periti fi grad ta' Casual Junior Architect & Civil Engineer.


L-istaff tekniku huwa:
Officer in grade 9 2

STO 3

TO 3

ATO 5

Supervisor 10

Senior Tradesman 8

Senior Operative 11

Tradesman 13

Operative 13

General hand 16

Labourer 1

Ex auxiliary 1

Health attendant 1

HPD 1

MTD 1

Marbler 1

Airport attendant 1

Repairer of records 1


PROPRJETA' - ESPROPRJAZZJONI

11587. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu jagħti flus id-Dipartiment ta' l-Artijiet għall-esproprjazjoni ta' proprjeta' sa l-aħħar tas-sena 1997?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-Book Value ta' l-esproprjazzjonijiet pendenti huwa ta' Lm14,473,557. Din hi figura bbażata fuq stimi li jsiru preliminarjament mal-ħruġ tal-Ordni ta' l-Esproprjazzjoni, u għalhekk mhix waħda realistika billi l-valur ta' l-art ivarja kontinwament. Il-figura ma tinkludiex ukoll id-danni li jitħallsu mal-kuntratt li huma kalkolati bil-5% fis-sena mid-data tal-pussess sad-data tal-kuntratt.


MALTA/UE - RELAZZJONIJIET

11588. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni tal-EU ppreżentatx il-komunikat ossia rapport tagħha dwar ir-relazzjonijiet ġodda bejn Malta u l-Unjoni Ewropea jew jekk dan huwiex se jiġi ppreżentat fil-jiem li ġejjin; u illi missjoni mill-kummissjoni beħsiebha tiġi Malta matul Frar sabiex tispjega l-kontenut ta' dan il-komunikat jew rapport?
ONOR. GEORGE VELLA: L-imsemmi rapport tal-Kummissjoni Ewropea mistenni jiġi ppreżentat f'dawn il-ġranet. Delegazzjoni minn Brussell għandha żżur Malta fil-5 ta' Frar.


KUNSILL TA' L-EWROPA - CLONING OF HUMAN PERSONS

11589. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk Malta kenitx waħda mill-firmatarji tal-protokoll tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-banning of the cloning of human persons li ġie ffirmat f'Pariġi fit-12 ta' Jannar, 1998 u li huwa test vinkolanti ta' liġi internazzjonali - l-ewwel ta' dan it-tip f'dan il-qasam?
ONOR. GEORGE VELLA: L-Onor. Interpellant mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.

MOSKA - AMBAXXATA MALTIJA

11590. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta li l-Viċi Prim MInistru ta għall-mistoqisja parlamentari numru 9693, fejn qal li s-Sur Lino Inguanez kellu posting bħala first secretary fl-Ambaxxata ta' Moska mill-24 ta' Novembru, 1986 sa l-1 ta' Novembru 1989, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna x'irċieva, xahar b'xahar, is-Sur Inguanez matul il-posting tiegħu f'liri Maltin u f'munita tal-post f'salarju u separatament fi ħlasijiet oħra nklużi allowances?
ONOR. GEORGE VELLA: L-Onor. kollega jirrealizza li qiegħed jitlob informazzjoni li tmur lura aktar minn ħdax il-sena.
Filwaqt li ma nikkontestax id-dritt tiegħu bħala Membru ta' din il-Kamra li jistaqsi għal dik l-informazzjoni kollha li għandu bżonn, u li m'hijiex pubblika, nitolbu jirrealizza li risposta bħal din titlob ammont ta' riċerka ġmielu.
Safejn jien informat, is-salarju relattiv mal-grad ta' First Secretary u l-allowances permessi ma' posting bħal dan fil-perjodu li tirriferi għalih il-mistoqsija kienu pubbliċi.
Jekk l-Onor. Membru għandu f'rasu xi ħaġa rregolari li setgħet seħħet dak iż-żmien u mill-persuna li qiegħed jagħmel riferenza għaliha, nitolbu jkun aktar speċifiku u nwiegħdu li ninvestiga.


PROĠETT TA' TRIQ REĠJONALI

11591. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11311 dwar xogħlijiet fuq il-proġett ta' Triq Reġjonali, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett oriġinali mħejji mill-amministrazzjoni preċedenti huwiex se jitkompla?
Għaliex intqal li se jsiru biss traffic lights?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Kif diġa' semmejt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1131 jekk jirriżulta, mill-analiżi tad-Dipartiment tat-Toroq, li bit-traffic lights it-traffiku jimxi tajjeb ma jkunx hemm lok li għalissa issir xi forma oħra ta' junction bħal flyover f'din in-naħa tal-pajjiż din speċjalment peress li hemm ħafna proġetti li għadu qiegħed jiġi studjat impatt tagħhom fuq it-Triq Reġjonali.

SERVIZZ ĊIVILI - SKRIVANI

11592. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'se jsir minn dawk l-applikanti li għaddew mill-eżami għal skrivani mal-gvern f'Settembru 1997? Daħlu skrivani mal-gvern minn dik id-data u kemm daħlu? Sa kemm huwa validu l-eżami li sar?
ONOR. ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9864, 10813 u 11424.
Inżid ngħid li minn meta ħareġ ir-riżultat ta' dan l-eżami ma ġewx ingaġġati skrivani mal-gvern.


DJAR - SUSSIDJU TAL-KERA

11593. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Dawk l-applikanti għas-sussidju tal-kera ta' djar privati li jkun għalqilhom għaxar snin mill-ewwel darba li jkunu ħadu s-sussidju u reġgħu applikaw għal sussidju ieħor, jista' l-Ministru jgħid meta se jingħatalhom sussidju mill-ġdid fuq il-kera?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Is-sussidju fuq il-kera baqa' jingħata kif kien jingħata qabel.


TA' KANDJA - OPERATIONS CENTRE

11594. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett imfassal u mibni taħt Gvern Nazzjonalista sabiex jinbena Operations Room f'Ta' Kandja mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?
ONOR. ALFRED SANT: L-Onor. Interpellant għandu żball jekk jaħseb li sar xi xogħol ta' bini fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti fuq l-Operations Centre ta' Kandja. Ix-xogħol ta' kostruzzjoni beda taħt din l-amministrazzjoni u issa wasal fl-istadju finali tiegħu. It-tender fuq l-apparat qiegħed fi stadju avvanzat.


PULIZIJA - INTERVENT FIL-MALTEMP

11595. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il intervent sar mill-forzi ta' l-ordni fil-maltempata li ġrat fil-25 ta' Jannar, 1998?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li l-forzi ta' l-ordni bejniethom intervenew għal mill-inqas 210 darba fil-maltempata li laqtet Malta fil-25 ta' Jannar 1998. Dan in-numru ma jinkludix numru determinat ta' interventi li għamlu l-forzi ta' l-ordni dak inhar waqt li kienu qed jitraġittaw bejn post u ieħor waqt il-ħidma ta' għajnuna u salvataġġ.


MALTEMP - KUMPENS TAL-ĦSARAT

11596. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'se tkun il-proċedura rigward applikazzjonijiet għal kumpens għal ħsara wara l-maltempata tal-25 ta' Jannar, 1998? X'inhi l-policy tal-gvern dwar dawn l-applikazzjonijiet?
ONOR. ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.

MALTEMP - KUMPENS GĦAL ĦSARAT

11597. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva l-gvern għall-kumpens għal ħsarat li ġraw fil-maltempata ta' Settembru 1997? Saru xi ħlasijiet? Kemm mill-applikazzjonijiet kienu minn Birkirkara?
ONOR. ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11596.


WAS
11602. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Jista' l-Ministru jgħid kif ġiet magħżula l-World Aviation Systems bħala ESA għall-Amerka? Liema kumpanniji oħra sar kuntatt magħhom għal dan il-għan? Saru xi proposti minn xi aġenti oħra?
ONOR. KARMENU VELLA: M'għandi xejn aktar xi nżid ma l-informazzjoni li tajt fir-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 11498 - Seduta 177

AIR MALTA - WAS

11603. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Meta tqis li l-World Aviation Systems hi kumpannija Awstraljana, jista' l-Ministru jgħid x'ġiegħel lill-Air Malta tagħżel lil din għas-suq Amerikan? Hu minnu li l-WAS kienu ilhom biss 26 xahar fl-Amerka? X'esperjenza għandu fis-suq Amerikan? Kif tista' din tikkompeti ma' operaturi Amerikani oħra li għandhom snin twal ta' esperjenza?
ONOR. KARMENU VELLA: Għalkemm il-W.A.S. hija kumpannija Awstraljana u m'ilhiex wisq stabbilita fl-Amerika, id-diretturi ta' l-uffiċċju fl-Amerika huma Amerikani b'esperjenza konsiderevoli fis-suq turistiku Amerikan.
Nispera li l-Onor Interpellant mhux qed jinsinwa li għax kumpannija tkun Awstraljana ikun ifisser li ma tkunx tajba.

BRITISH AIRWAYS - WAS

11604. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Huwa minnu li l-British Airways għandu sehem sostanzjali fil-World Aviation Systems ġewwa l-Amerka? Kif jistgħu dawn jiġbdu lejn l-interessi ta' l-Air Malta jekk dan hu hekk?
ONOR. KARMENU VELLA: L-ewwel parti tal-mistoqsija hija fl-affermattiv. L-Air Malta m'għandiex dubju rigward il-commitment ta' W.A.S. a favur tal-Kumpannija Nazzjonali. Fil-fatt ir-relazzjonijiet bejn WAS u Air Malta huma sodisfaċenti u jmorru lura bosta snin.


AIR MALTA - GENERAL SALES AGENT

11605. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Fejn f'lokalitajiet oħra l-Air Malta dejjem issostitwit General Sales Agent b'uffiċċju tal-linja nazzjonali? X'ġiegħel lill-Air Malta li fl-Amerka tagħmel il-kuntrarju? Jista' dan ifisser li l-Air Malta m'għandhiex interess f'dan l-akbar suq ta' vjaġġar fid-dinja?
ONOR. KARMENU VELLA: Għall-ewwel parti tal-mistoqsija l-Air Malta taddotta l-aħjar tattika skond iċ-ċirkostanzi.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Air Malta qed tagħmel l-aħjar li tista' biex tikseb riżultati aħjar.
Għall-aħħar parti nista ngħid illi, kontra dak li qed jaħseb l-Onor Interpellant, l-Air Malta għad għandha interess f'dan is-suq iktar milli qed jgħidulu.


SAĦĦA - PARAMEDIC AIDES

11606. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li joħroġ ir-riżultat ta' l-intervisti li saru għal Paramedic Aides? Kemm huwa n-numru li beħsiebu jdaħħal il-gvern minn dawn il-Paramedic Aides? Meta hemm il-ħsieb li dawk li għaddew jiġu mpjegati?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Qed jiġu rranġati klassijiet ħalli fihom ikun jista' jingħata l-parti teoretika. Dan qed isir ħalli ma jiġrix bħalma ġara fil-passat, fejn studenti simili bdew il-kors mingħajr lanqas kellhom fejn jingħataw it-teorija.


PRODOTTI AGRIKOLI

11607. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11361 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Biedja u Sajd u ċioe' kemm tħallset jew se titħallas lura levy fuq dawn il-prodotti lill-importaturi? Fuq liema kwantita' sar qbil li jingħataw lura lill-importaturi?
ONOR. LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara jekk hux qed jirriferi għal xi eżenzjonijiet li ħarġu fuq il-prodotti konċernati u jispeċifika wkoll il-perjodu li dwaru qed jistaqsi.

SAN PAWL IL-BAĦAR - PARADISE STREET

11608. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11048 li oriġinarjament saret lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, liema domanda kient tgħid:
"Billi f'Paradise Street, San Pawl il-Baħar wara l-bini tal-Bank of Valletta hemm biċċa art li qed tkun ta' periklu għal dawk li jgħaddu minnha b'mod partikolari għat-tfal, u billi din l-art hi mimlija kollha ilma u materjal ieħor li ntefa' fiha matul iż-żmien, jista' l-Ministeru jieħu l-passi neċessarji ħalli din il-biċċa art tingħalaq b'ċint biex jiġi evitat dan il-periklu, li fir-risposta ġiet riferuta lill-Ministeru tiegħu?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa qed jieħu l-passi kollha biex ilma u materjal ieħor li nġema f'din il-biċċa art jiġi mneħħi mis-sidien tagħha.
Fir-rigward tal-periklu msemmi, l-Ispettur tas-Saħħa tad-distrett informat lill-pulizija ta' San Pawl il-Baħar biex titlob lis-sidien itellgħu ċint madwar il-biċċa art msemmija u hekk ikun evitat kull periklu.

GĦAWDEX - IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ

11634. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'diffikulta' qiegħed isib li jwieġeb dwar meta ġie kkummissjonat Environment Impact Assessment biex jgħin jistabilixxi s-sit għall-bini ta' impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Ras il-Ħobż li jifforma parti mill-Master Plan tad-drenaġġ għal Għawdex?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ma hemm l-ebda diffikulta' biex jingħata tagħrif fuq il-progress ta' l-EIA. Wieħed irid jispjega li t-tender għal servizzi ta' konsulenza biex jitħejja EIA kien għalaq f'Diċembru 1995. Wieħed irid igħid ukoll illi fil-fażi ta' aġġudikazzjoni il-konsulent propost mid-Dipartiment tad-Drenaġġ ma kienx ġie approvat mid-Dipartiment għall-Protezzjoni ta' l-Ambjent minħabba illi dawn kienu ta' l-opinjoni li kien ikun aħjar jekk dan il-konsulent jaħtar konsulent Malti biex jipprepara dik il-parti li tikkonċerna l-flora u l-fawna. Dan il-konsulent qatt ma ta' dettalji ta' konsulenti Maltin fuq il-flora u l-fawna u għalhekk il-kuntratt ma setgħax jiġi konkluż. Irid jingħad illi s-sejħa għall-offerti ma kienetx marbuta biss ma' l-impjant tat-trattament f'Għawdex imma ma' l-impjanti fit-Tramuntana u fin-Nofs in-Nhar ta' Malta.
Mal-bidla fl-amministrazzjoni il-Gvern ħass illi l-metodu ta' kif kien qiegħed jitfassal il-pjan ta' l-infrastruttura tad-drenaġġ kellu jiġi studjat sabiex jitħejja pjan sħiħ illi jinkorpora t-titjib kollu meħtieġ u dan it-titjib ikun ukoll suġġett għall-studju dwar l-impatt ambjentali biex l-istejjer bħal dawk tal-mina bejn il-Pwales u ċ-Ċumnija ma jirrepetux ruħhom.
Għaldaqstant ġie deċiż illi filwaqt li l-iskop tax-xogħlijiet f'Għawdex ma kellux jinbidel, it-titjib fit-Tramuntana u fin-Nofs Inhar ta' Malta kellu jieħu l-forma ta' żewġ Master Plans għal dawn iż-żoni. Din il-bidla fil-filosofija kienet tirrikjedi illi t-Tender għall-EIAs fuq it-tlett impjanti jinbidel u jiżdied miegħu Revised Scope of Works sabiex dawk kollha li kienu ssottomettew l-offerti tagħhom f'Diċembru 1996 issa setgħu jirrivedu l-prezzijiet tagħhom biex jieħdu inkonsiderazzjoni t-tibdil stabbilit.
L-offerti reveduti ġew sottomessi fl-aħħar ta' Settembru w id-Dipartiment tad-Drenaġġ ipprepara r-rapport tekniku tiegħu li ntbagħat lill-Kumitat tat-Tenders fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet li għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kumitat tal-Kuntratti.
Sa llum għada ma tteħditx deċiżjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet magħmula minn naħa tad-Dipartiment tad-Drenaġġ u t-Taqsima tax-Xogħlijiet u għaldaqstant l-istudji dwar l-impatt ambjentali fuq l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex u fuq il-proposti li għad iridu joħorġu mill-Master Plans tat-Tramuntana u n-Nofs Inhar ta' Malta għadhom ma jistgħux jinbdew.
La darba toħroġ Letter of Acceptance favur wieħed mill-konsulenti li ssottomettew l-offerta tagħhom ix-xogħol fuq dawn il-proposti jkunu jistgħu jinbdew indipendentament minn xulxin u dan ifisser illi l-istudju fuq is-sit ta' Għawdex ikun jista' jinbeda minnufih.


CATAMARAN VICTORIA EXPRESS

11635. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11191, jista' l-Ministru jgħid minn fejn jirriżultalu li s-servizz tal-Catamaran ma kienx vijabbli u sostenibbli?
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: Risposta għal domanda analoga ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 6274 li fiha ngħataw il-parametri li waslu li l-operazzjoni ma tkunx vijabbli.

IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL

11636. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol f'Għawdex matul is-sena 1997, xahar b'xahar, u x'kienet ir-raġuni għall-qtugħ tagħhom?
ONOR. EDWIN GRECH: Tabella li għal matul is-sena 1997 turi n-numru ta' persuni li nqatgħu mill-ewwel parti tar-reġistru mill-ETC kif ukoll in-numru ta' dawk li nqatgħu minn jeddhom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.


BORD NAZZJONALI TAX-XOGĦOL - APPELLI

11637. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru appelli quddiem il-Bord Nazzjonali tax-Xogħol kawża ta' qtugħ mir-reġistrazzjoni ta' persuni residenti f'Għawdex matul is-sena 1997, xahar b'xahar, u kemm inqatgħu appelli fl-istess perijodu favur u kemm kontra?
ONOR. EDWIN GRECH: Matul is-sena 1997, l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol irċeviet 87 appelli minn Għawdex li minnhom 67 huma kawża tal-qtugħ mir-reġistrazzjoni:-

Jannar 5

Frar 6

Marzu 1

April 10

Mejju 3

Gunju 1

Lulju 8

Awissu 6

Settembru 1

Ottubru 1

Novembru 10

Dicembru 15

-----------------

Total 67

Matul is-sena 1997 ġew deċiżi 35 appelli kawża tal-qtugħ mir-reġistrazzjoni li huma hekk:-


16 konferma

10 mhux konferma

4 abbandunati

4 irtirati u



1 mhux fil-ġurisdizzjoni tal-Awtorita'

IMPJIEGI

11638. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f'Għawdex jaħdmu għal rashom, kemm mal-privat, kemm mal-Gvern, ma' korporazzjonijiet u kemm ma' kumpanniji parastatali? Jista' jagħti wkoll iċ-ċifra ta' Għawdxin li jaħdmu Malta u kemm bħalissa hemm persuni f'Għawdex li jinsabu jirreġistraw għax-xogħol? Kemm fuq l-Ewwel Parti u kemm fuq it-Tieni Parti?
ONOR. EDWIN GRECH: Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.

SIĠĠIEWI - QASAM TAD-DJAR BINJA ĦESRI

11639. L-ONOR. BERTU PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fl-inħawi tal-Govt. Housing Estate ta' Binja Ħesri fis-Siġġiewi hemm wesgħa kbira li se ssir ġnien pubbliku. Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibbilta' li taħt din l-area jsiru garaxxijiet minħabba l-ħtieġa kbia li hemm f'dawn l-inħawi għal garaxxijiet privati?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.


BREATHALYSER - APPARAT

11640. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ordnati apparat ta' Breathalyser sabiex ikunu jistgħu jintużaw skond id-dispożizzjoni tal-liġi li tinsab fl-istadju ta' approvazzjoni minn dan il-Parlament?
Meta ħarġet it-tender? Kemm kien hemm tenderers? Liema kienet l-aktar waħda vantaġġjuża? Ġie evalwat il-kwalita' ta' breathalyser li jkun ta' 150 specification?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li fid-9 ta' Jannar 1998 saret sejħa għal offerti mingħand disa' kumpanniji lokali li matul dawn l-aħħar sentejn urew l-interess tagħhom li kienu lesti li jipprovdu apparat ta' breathalyser. Tmienja minn dawn il-kumpanniji tefgħu offerta saż-żmien stipulat. Fuq rakkomandazzjoni tal-Bord Dipartimentali maħtur biex jeżamina u jirrapporta dwar dawn l-offerti ngħatat direct order lill-J.B. Sarotto Ltd, aġenti lokali tad-ditta 'Lion Laboratories plc' ta' l-Ingilterra għal provvista ta' għaxar (10) 'Lion Alcolmeter SD-400' u żewġ (2) 'Lion Intoxilyzer 6000'. Dan l-apparat huwa ċertifikat skond l-'ISO 9000'.


P.A. - WHITE AREA MARKED ZONE

11641. L-ONOR. KARMENU BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: a) x'tifhem biha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar zona mmarkata white area; b) min għandu l-awtorita' li din iż-zona ssir brown area i.e. li jista' jsir żvilupp fiha; u c) x'qed iżomm li tittieħed deċiżjoni fuq dawn iż-zoni, li kollha huma f'building areas, minkejja li issa ilhom is-snin immarkati hekk u l-proprjetarji tħallew bla risposta?
ONOR. GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l-informazzjoni.

AIR MALTA - TITJIRA KM 102

11659. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni ġiet ikkanċellata t-titjira lejn Londra ta' l-Air Malta KM102 li kellha titlaq minn Malta fis-27 ta' Jannar, 1998 fl-18.50? Kemm-il titjira ġiet ikkanċellata fix-xhur ta' Diċembru 1997 u Jannar 1998 u għal liema raġunijiet?
ONOR. KARMENU VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.


SPTAR SAN LUQA - CASUALTY DEPARTMENT

11660. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonferma li pazjenta li attendiet il-Casualty Department fis-26.1.98 kellha tistenna madwar tmien sigħat biex jeżaminaha t-tabib u li l-Ministru kellu personalment jintervjeni? Jidhirlu l-Ministru li minkejja x-xogħol ġewwa l-Casualty dan id-dewmien kien esaġerat?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Id-Dipartiment ta' l-Emerġenza hu l-uniku wieħed f'Malta li jieħu ħsieb l-emerġenzi kollha li jinqalgħu kuljum. In-numru ta' nies li jattendu għall-kura kuljum f'24 siegħa hu ta' madwar 300 pazjent li minnhom numru kbir jista' faċilment jiġi ttrattat fid-diversi ċentru tas-saħħa. X'ħin pazjent jidħol l-Emerġenza ssirlu t-Triage System. Dan ifisser li xi wħud mill-pazjenti se jiġu eżaminati u kkurati qabel oħrajn li ġew qabilhom. B'hekk jiżviluppa l-waiting time. Barra minn hekk, f'maġġoranza ta' każi l-kura titlob l-intervent ta' dixxiplini oħra u ta' servizzi anċillari. Dan ukoll iżid il-waiting time.
Is-sitwazzjoni fis-26 ta' Jannar 1998 kienet diffiċli ħafna peress li bejn it-7.45am u it-7.45pm attendew 213-il pazjent; minn dawn 75% minnhom kienu każijiet urġenti jew semi urġenti li jirrikjedu ħafna xogħol u attenzjoni medika. Minħabba f'hekk inħoloq waiting time imtawwal iżjed mis-soltu.
Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor Membru li f'laqgħa li saret riċentament dwar id-Dipartiment ta' l-Emerġenza ġie deċiż li jkun hemm is-support ta' riżorsi umani neċessarji ħalli f'ċirkostanzi simili l-ħin ta' stennija jkun l-inqas possibli.
Sadanittant, id-Dipartiment tas-Saħħa sr jagħmel kampanja ta' edukazzjoni dwar użu aħjar mid-Dipartiment ta' l-Emerġenza u ċ-ċentri tas-saħħa.


FURJANA - PLAYING FIELDS

11661. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet huma maħsuba li jsiru fil-playing fields tal-Furjana? Min hu responsabbli għalihom? Meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol? Kemm hu maħsub li se jiswa dan il-proġett? Kemm se jitħallsu mill-kunsill lokali?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Naħseb li l-Onor. Interpellant qed jirriferi għall-ġnien KGV. Dan il-proġett ta' ristrutturazzjoni ta' dan il-ġnien se jiġi mqassam fuq tlett snin. Din is-sena se ssir l-ewwel fażi biss li tikkonsisti f'faċilitajiet għall-parti sportiva tal-ġnien. Dab hu proġett tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta w Floriana fi ħdan il-Ministeru in kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Floriana. Il-fondi kollha għall-proġett qed joħorġu mill-Gvern Ċentrali.


VETTURI RREĠISTRATI

11662. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-karozzi privati rreġistrati f'Malta għandhom 'il fuq minn 5, 10, 15, 20, 30, 40 u 50 sena? Kemm hu n-numru ta' karozzi li n-number plate tagħhom ġie ritornat lill-pulizija f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-karozzi privati rreġistrati f'Malta li għandhom 'il fuq minn 5, 10, 15, 20, 30, 40 u 50 sena huma maqsumin kif ġej:-
'il fuq minn 5 snin 49,380

'il fuq minn 10 snin 21,588

'il fuq minn 15-il sena 19,703

'il fuq minn 20 sena 35,821

'il fuq minn 30 sena 12,007

'il fuq minn 40 sena 2,116

'il fuq minn 50 sena 224
Jiena nformat ukoll li n-numru ta' vetturi li s-sidien tagħhom rritornaw il-pjanċi lid-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet huwa kif ġej:-
Sena `Garaged' `Scrapped'
1993 - 2,261

1994 1,463 1,641

1995 2,088 1,761

1996 3,683 2,224

1997 7,959 2,480
Id-Dipartiment m'għandux statistika ta' kemm kien hemm vetturi `garaged' fl-1993.


KAROZZI PRIVATI

11663. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hawn karozzi privati f'pajjiżna?
Kemm hu n-numru (skond iċ-ċilindrata differenti) ekwivalenti għar-rati ta' ħlas ta' liċenzji ġodda?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi privati rreġistrati f'pajjiżna sa l-aħħar ta' Diċembru 1997 huwa ta' 179,633 maqsumin skond ir-rati ta' ħlas ta' liċenzji ġodda kif ġej:-

Rati ta' Licenzji fis-Sena Numru ta' Vetturi
Lm 30 112,902

Lm 40 24,941

Lm 45 20,593

Lm 75 15,468

Lm150 5,729

IMPJIEGI - INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL

11666. L-ONOR. JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar 1989 sal-lum kemm nies ġew ikkumpensati talli weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirhom u jagħti l-ismijiet u d-dettalji tagħhom?
ONOR. GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm (6) ħaddiema li ġew ikkumpensati b'injury leave wara li dawn weġġghu waqt il-qadi ta' dmirhom bejn Jannar 1989 sal-lum. Dawn kienu:-
Notary to Goverment

Mr Raymond Cassar - Gardener

mis-6 ta' Ottubru sal-14 ta' Ottubru 1992
Ms Marie Lourdes Lautier - Ass.Principal

mis-7 ta' Lulju sal-1 ta' Awwissu 1997


Qrat tal-Gustizzja
Mr Monolito Briffa - Court Messenger

mill-21 ta' April sat-23 ta' April 1993


Mr Adrian Seychell - General Hand

mill-14 ta' Novembru sas-16 ta' Novembru 1995


Ms Sonia Bonello - Postperson

mill-5 ta' Settembru sal-14 ta' Settembru 1997


Mr Godwin Darmanin - Clerk

mit-13 ta' Ottubru sas-17 ta' Ottubru 1997.




KUMMISSJONI NAZZJONALI B'PERSUNI B'DIŻABILITA'

11667. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10480, fejn intqal li d-Direttur "qabad u rriżenja", u fid-dawl tal-fatt illi l-ittra tar-riżenja tad-direttur hi ppubblikata, jista' l-Ministru jgħid jekk hu personalment jew xi ħadd ieħor f'ismu għamilx xi tentattiv biex dan id-direttur jikkonsidra d-deċiżjoni tiegħu, anke jekk temporanjament sakemm jinstab direttur ġdid?
ONOR. EDWIN GRECH: Nagħti risposta f'xi seduta oħra.


KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'

11668. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10480, jista' l-Ministru jispjega x'kien ir-rwol ta' l-assistent direttur tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' li nħatar mill-istess Ministru personalment fi Frar 1997 u b'mod partikolari x'kien il-kontribut li ngħata sal-lum speċjalment matul il-perijodu ta' żmien li l-kummissjoni kienet mingħajr direttur?
ONOR. EDWIN GRECH: Nagħti risposta f'xi seduta oħra.


KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'

11669. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jelenka l-ħaddiema kollha li llum jaħdmu fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u jindika l-kariga u x-xogħol li kull wieħed u waħda minnhom qegħdin jaqdu fi ħdan il-kummissjoni?
ONOR. EDWIN GRECH: Nagħti risposta f'xi seduta oħra.

KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'

11670. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-vot rikorrenti tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' għas-sena 1997 u kemm minnu ġie wżat u għal xiex?
ONOR. EDWIN GRECH: Nagħti risposta f'xi seduta oħra.


KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'

11671. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li l-persuna li bdiet taħdem matul is-sajf li għadda fil-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' bħala Direttur Eżekuttiv, m'aċċettatx li tkompli tokkupa din il-pożizzjoni?
ONOR. EDWIN GRECH: Nagħti risposta f'xi seduta oħra.


SKEJJEL - GĦALLIEMA

11672. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1997 sal-lum, kemm-il għalliem/a bdew jaħdmu għall-ewwel darba mat-Taqsima ta' l-Edukazzjoni Speċjali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u f'liema skejjel jew sezzjoni?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Minn Settembru 1997 sal-lum ġew impjegati żewġ għalliema u supply teacher.

Għalliema - YPU - Mount Carmel Hospital



Għalliema - Dun Manwel Attard Special School, Wardija

Supply Teacher - Mater Dei, Msida


FAĊILITAJIET SPORTIVI

11677. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11292, u fid-dawl ta' kopja tal-programm ta' l-attivita' in kwestjoni li qed tintbagħat separatament, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni li tlabt għall-mistoqsija parlamentari numru 11292?
ONOR. EVARIST BARTOLO: L-attivita' li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għaliha kienet organizzata għal għaqda sportiva waħda lokali u mhux distrettwali, kif jirriżulta mill-istess dokument mgħoddi taħt separate cover mill-Onor. Interpellant. Din l-attivita' ġiet organizzata mill-istess għaqda sportiva kkonċernata bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ,, Sport, Kultura w Arti li pprovda l-użu tal-palk u xi siġġijiet għal din l-attivita'. Il-bqija ta' l-ispejjeż ġew sponsorjati minn ditta privata.

SIGURTA' SOĊJALI - ASSISTENZA SOĊJALI

11695. L-ONOR. GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' familji Għawdxin li kienu fuq l-assistenza soċjali matul l-1996 u l-1997? Kemm minnhom huma b'żewġ ġenituri, b'ġenitur wieħed b'ġuvni jew b'xebba?
ONOR. EDWIN GRECH: In-numru ta' familji Għawdxin li kienu fuq l-assistenza soċjali matul is-sena 1996 u l-1997 huwa kif ġej:-
1996 1997*

---- -----
Familji: Familji (total) 322 276

B'zewg genituri 76 69

B'genitur wiehed

(guvni/ragel) 55 46

B'genitur wiehed

(xebba/mara) 191 161
* Matul l-1997 irriżulta li numru ta' persuni li kienu jirċievu l-għajnuna soċjali, fosthom dawk li kienu qed jirċievu din l-għajnuna bħala ġenitur waħdu, kienu laħqu l-eta' tal-pensjoni mhux kontributorja (60 sena). Għaldaqstant dawn il-persuni, minn dik is-sena, bdew jidhru bħala pensjonanti, u xi wħud ingħataw żieda b'arretrati għaliex kienu laħqu l-eta' sena qabel l-1997. Din hi r-raġuni prinċipali għaliex it-total għall-1997 hu anqas minn dak tas-sena ta' qabel.


UNIVERSITA' - STUDENTI

11696. L-ONOR. GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti Għawdxin li din is-sena se jiggradwaw bħala B.Educ u P.G.C.E.? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


GĦAWDEX - QASAM EDUKATTIV

11697. L-ONOR. GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm allokati flus għall-qasam edukattiv f'Għawdex għas-sena 1998? Kemm kien hemm fondi allokati għall-istess skop matul is-sena li għaddiet?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

SKEJJEL - STUDENTI

11698. L-ONOR. GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti: a) fis-settur primarju; b) fis-settur sekondarju; u c) fis-settur post sekondarju li marru fuq exchange visits matul l-1997? Kemm minnhom kienu bniet u kemm subien f'kull settur? Kemm minn dawn l-istudenti kienu minn skejjel Għawdxin? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti ta' l-iskejjel tal-Knisja u l-oħrajn privati indipendenti humiex eliġibbli għal dawn l-exchange visits? Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-exchange visits joriġinawx mill-YSO, minn xi skola partikolari jew minn xi organizzazzjoni oħra? Il-YSO jagħtu xi għajnuna lill-għaqdiet taż-żgħażagħ li jkunu jixtiequ jorganizzaw huma stess xi exchange visit ma' grupp barrani? Meta jiġu studenti minn barra minn Malta fejn jiġu alloġġjati?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


KUMITAT TAT-TRASPORT TA' MERKANZIJA

11699. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9144 ta' Ottubru 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' il-Kumitat tat-Trasport tal-Merkanzija minn dak ix-xahar sal-lum u meta hu mistenni li l-kumitat jikkonkludi t-tfittix tiegħu u jippreżenta r-rapport finali? Meta ġie mwaqqaf il-kumitat u jekk kellux żmien stipulat li fih ried joħroġ ir-rapport?

ONOR. LEO BRINCAT: Wara l-laqgħa ta' l-10 ta' Ottubru il-Kumitat iltaqa' ħames darbiet, kif ġej:-
fil-5 ta' Novembru, 1997

fl-14 ta' Novembru, 1997

fit-3 ta' Diċembru, 1997

fid-9 ta' Diċembru, 1997



fis-16 ta' Jannar, 1998
Il-Kumitat inħatar fit-8 ta' April, 1997, u wasal biex jikkonkludi x-xogħol tiegħu. Dan il-Kumitat kellu sena żmien biex ilesti dan ir-rapport.


TOROQ - TRAFFIC LIGHTS

11706. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10692, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jsir back-up supply ta' enerġija elettrika għall-junctions tat-traffiku bħal dawk tal-Barrani u ta' ħdejn iċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiġbor informazzjoni fuq il-prassi f'dan ir-rigward barra minn Malta u biex jiggwida ruħu skond il-bżonn.


ĦAMRUN - PJAZZA KAPPILLAN MUSCAT

11707. L-ONOR. ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi l-Ministru kien informa lis-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun li l-proġett ta' Pjazza Kappillan Muscat, fil-Ħamrun kellu jitlesta possibbilment qabel ma jispiċċa l-mandat tal-Kunsill preżenti, jiġifieri sa Marzu 1998, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid: a) jekk ħarġux it-tenders relatati ma' dan ix-xogħol; b) jekk iva, meta se jinbeda x-xogħol u meta hu previst li jitlesta; u c) jekk le, x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien fit-twettiq ta' dan il-proġett li l-gvern ċentrali ntrabat li jagħmel?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: It-tenders għall-proġett ta' Pjazza Kappillan Muscat issa tlestew u s-sejħa għall-offerti se tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin.


SERVIZZ ĊIVILI - UFFIĊJALI PRINĊIPALI

11708. L-ONOR. ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jsir minn dawk is-86 kandidat li għaddew mill-eżami kompetittiv għall-grad ta' Uffiċjali Prinċipali fis-Servizz Pubbliku li sar f'Mejju 1997? Jista' jindika meta se jsir l-ewwel ingaġġ ta' dawn l-uffiċjali pubbliċi wara li r-riżultat uffiċjali kien ippubblikat f'Settembru 1997?
ONOR. ALFRED SANT: Bħalma qed jiġri fil-każ ta' gradi oħra fis-servizz pubbliku, l-ingaġġ ta' impjegati fil-grad ta' prinċipal fis-servizz ġenerali jrid jiġi approvat mill-Kumitat tal-Kabinett dwar ir-reklutaġġ fis-settur pubbliku wara li tkun saret talba mis-Segretarji Permamenti kkonċernati. Fil-każ tas-servizz ġenerali dawn it-talbiet jiġu ntegrati mill-MPO f'talba waħda li tiġi sottomessa lill-Kumitat tal-Kabinett.
Il-Kumitat tal-Kabinett jikkonsidra dawn it-talbiet mhux biss fuq il-mertu tagħhom iżda wkoll fid-dawl tal-fondi li jkunu meħtieġa sabiex isir l-ingaġġ.

STA. VENERA - TRIQ IL-PALAZZ L-AĦMAR

11709. L-ONOR. LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-każ li r-residenti ta' Triq il-Palazz l-Aħmar, f'Sta. Venera ġew mgħarrfa li t-triq imħarbta tagħhom mhijiex inkluża fil-programm ta' l-1998? Jista' għallinqas ikun każ prijoritarju fl-Estimi għall-1999? X'jista' jsir biex l-istat ikrah tat-triq jiġi mtaffi?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.


PULIZIJA - DIRETTIVI FUQ IL-LEAVE

11717. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-pulizija ġew mogħtija d-direttivi: a) li l-leave ta' 14-il ġurnata jridu jittieħdu nhar ta' Ħadd; b) li issa għandhom biss 50 ltrs. fil-ġimgħa għal kull vettura minflok 90 ltrs.? c) Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed tkun tiswa l-gazzetta "Il-mixja" maħruġa mill-Korp tal-Pulizija għal finanzjament ta' l-istess korp? d) Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-korp tal-pulizija qed jaħseb li se jiffranka flus b'dawn il-miżuri? e) Jista' l-Prim Minstru jgħid jekk b'dawn il-miżuri l-pulizija humiex se jkunu f'pożizzjoni li jiddefendu liċ-ċittadini fil-komunitajiet tagħhom mill-kriminalita'? f) Jekk dawn il-miżuri msemmija ma ġewx mogħtija, jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu minflokhom jew ukoll b'żieda ma' dawn il-miżuri?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi huwa minnu li l-Pulizija ġew mogħtija struzzjonijiet sabiex l-14-il ġurnata vacation leave li għandhom żejda minħabba festi pubbliċi iridu jittieħdu nhar ta' Ħadd jew f'festi pubbliċi.
Fid-dawl tal-mezzi finanzjarji għad-dispożizzjoni tal-Korp tal-Pulizija għas-sena kurrenti, l-amministrazzjoni tal-Korp iddiskutiet kif għandhom jitqassmu l-fondi għad-dispożizzjoni tagħhom. Għalkemm kienet għadha ma ttieħdet ebda deċiżjoni finali, kien hemm min beda jimplementa l-miżura ta' 50 litru, pero' nħarġu ordnijiet sabiex sakemm ikun hemm direttivi finali, din il-miżura ma tibqax fis-seħħ.

Il-'Mixja' maħruġa mill-Korp sabiex, primarjament iżomm lill-membri tal-Korp aġġornati bil-proċess ta' Modernizazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, kif ukoll avvenimenti oħra konnessi mal-Korp. Din qed tiswa Lm250 kull ħarġa. S'issa ġew pubblikati sitt ħarġiet, waħda kull xahar, u s-seba' ħarġa qiegħdha għand l-istampatur.


Bil-miżuri msemmija mill-Onor. Interpellant, kif ukoll miżuri oħrajn proposti, li diġa' ġew spjegati lill-Assoċjazzjoni tal-Membri tal-Korp tal-Pulizija u li pero' għad irid isir qbil dwarhom ma' l-awtoritajiet, huwa maħsub li l-Korp jirnexxilu jnaqqas l-ispiża rikorrenti b'5% (Lm612,000 'approx.') mingħajr ma jnaqqas l-effiċjenza .


ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI

11718. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11125, fid-dawl tal-fatt li t-talba li ġejt mitlub biex nispeċifika kienet mehmuża mal-mistoqsija u kienet taqra hekk:
"Għażiż direttur,

Bħala deputat Mosti nixtieq li f'dawn il-jiem tal-festi tal-Milied tagħtini l-opportunita' li nara l-inmates Mostin u Naxxarin li hemm fil-C.C.F., u peress li d-direttur tal-C.C.F. immedjatament fuq l-istess fax bagħat jgħidli li "għalissa din it-talba ma tistax tiġi milqugħa",


jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġiet miċħuda t-talba tiegħi, meta dak li tlabt kien li ningħata l-opportunita' li nagħmel żjara lill-inmates Mostin u Naxxarin!
ONOR. ALFRED SANT: It-talba ma ġietx milqugħa billi din kienet bażata fuq il-pretensjoni li deputat politiku jista' jara kostitwenti tiegħu li hemm fil-ħabs.
Hija l-policy ta' l-amministrazzjoni tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi li kemm jista' jkun possibbli ma tiddaħħalx il-politika fil-Ħabs. Dan, għal raġunijiet ovvji u bażati fuq esperjenzi passati, hu l-aħjar metodu kif jistgħu jiġu evitati ċertu kontroversji li jistgħu min-naħa tagħhom jwasslu għal konsegwenzi mhux mixtieqa speċjalment f'post żgħir u magħluq bħalma hu l-ħabs.


KUNSILLI LOKALI - FINANZJAMENT

11719. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun il-finanzjament ta' din is-sena lil kull kunsill lokali? Jista' l-Ministru jgħid kemm kull kunsill se jitnaqqaslu mill-finanzjament li kien diġa' ngħata fl-1996 u fl-1997?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni lill-kunsilli lokali għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta'Marzu 1999 għad trid tinħadem biex tirrifletti t-tibdil tal-konfini li għandu jitwettaq f'qasir żmien mill-Kummissjoni Elettorali skond l-Artikolu 3 (3) ta' l-Att ta'l-1993 dwar Kunsilli Lokali.


P.A. - PROĠETTI GĦAL KUNSILLI LOKALI

11720. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien il-valur fi flus ta' proġetti li f'dawn l-aħħar ħames snin ġew approvati għal kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex?
ONOR. GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma jkollhiex informazzjoni dwar il-valur tal-proġett innifsu. Din l-informazzjoni tista' tinkiseb mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.


KUNSILLI LOKALI - ASSI KAPITALI

11721. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-assi kapitali ta' kull kunsill lokali li issa jistgħu jiġu kkalkolati wara l-ħidma ta' dawn l-ewwel ħames snin ta' ħidma?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba toħroġ mir-rapport ta' l-Udituri tal-Gvern Lokali għas-sena finanzjarja li għalqet fit-31 ta'Marzu 1997 li tpoġġa fuq il-Mejda ta' din il-Kamra mill-Ministeru tal-Finanzi nhar il-15 ta'Diċembru 1997.


MTARFA - KUMPLESS SPORTIV

11722. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Kunsill Lokali tar-Rabat ma kienx mistieden għall-ftuħ tal-kumpless sportiv fl-Imtarfa?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija għall-Istampa numru 167 datata 28 ta'Jannar 1998 li xandar il-Ministeru għad-Djar permezz tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.


SAĦĦA - BECOTIDE GĦALL-AŻŻMA

11727. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex min qiegħed fuq il-kura tal-Becotide għall-ażżma mhux qed jingħata dan meta għandu d-dritt għalih fuq l-iskema tas-saħħa?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li hemm stokk tal-prodott Beclomethasone 50mcg inhaler (Becotide) f'kull spiżerija tal-Gvern, fl-isptarijiet kif ukoll dawk fiċ-Ċentri tas-Saħħa.

AREI

11728. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fir-rigward tas-segwenti bliet/irħula imsemmija hawn taħt: (i) kemm kienet l-area totali ta' kull lokal li kienet fabbrikabbli (tajba għall-bini skond pjan regolatur) qabel ma ddaħħlu t-temporary provisions schemes; (ii) kemm mill-area ta' kull lokal kienet ġiet iffriżata fl-1988 għal raġunijiet ta' replanning eċċ; (iii) kemm huwa l-persentaġġ ta' ċifra (ii) fuq ċifra (i) għal kull lokal imsemmi hawn taħt: Żebbuġ (Malta), Rabat (Malta), Attard, Birkirkira, Birżebbuġia, Dingli, Gudja, Għaxaq, Iklin, Kirkop, Lija, Luqa, Marsascala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mqabba, Naxxar, Qrendi,Safi, San Ġiljan, San Gwann, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Sliema, Swieqi u Żurrieq?
ONOR. GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tkun tista' tingħata tweġiba.


WSC - ILMA

11729. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid, ġurnata b'ġurnata mill-15.11.97 sa 28.1.98, (i) kemm kienet id-domanda (konsum) ta' l-ilma fil-gżejjer Maltin; (ii) l-istess ċifri għall-perijodi: (a) 15.11.96 - 28. 1.97; (b) 15.11.95 - 28.1.96; u (ċ) 15.11.94 - 28.1.95?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

PATATA - IMPORTAZZJONI

11730. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fir-rigward ta' importazzjoni ta' patata taż-żriegħ għall-istaġun tas-sajf li ġej: (i) meta għalaq iż-żmien tar-reġistrar tal-patata taż-żriegħ; (ii) jekk ġietx importata iżjed patata taż-żriegħ mid-data msemmija f'(i) u jekk fl-afferamttiv, kemm kien l-ammont ta' żerriegħa tal-patata li ġiet importata?
ONOR. NOEL FARRUGIA: (a) Għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħata għall-mistoqsija parlamentari numru 8471.
(b) Naturalment, wieħed jifhem li l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-patata taż-żriegħ isiru wara l-egħluq tal-kitba tagħha mill-bdiewa.
(c) Il-kwantita' ta' patata taż-żriegħ li ġiet impurtata din id-darba laħqet l-2625 tunnellata.

ETI/ETP - DĦUL

11743. L-ONOR. JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti d-dħul nett u gross mill-ETI u ETP u stokk minn Lulju 1997 sa Diċembru 1997, kif ukoll id-dħul nett u gross mill-VAT għall-istess perjodu u għall-1996?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Membru li t-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.
Minħabba raġunijiet tekniċi, id-dħul mill-ETP u mill-ETS ma jistax jingħata separatament.
Iċ-ċifri għal Diċembru, 1997 huma proviżorji minħabba li d-Dipartiment tat-Teżor għadu m'għalaqx l-accounts għas-sena finanzjarja 1997.

Yüklə 0,76 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin