Debates tal-kamra tad-deputati



Yüklə 0,76 Mb.
səhifə2/10
tarix23.01.2018
ölçüsü0,76 Mb.
#40416
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10

TQEGĦID TA' KARTI



ONOR. ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Tabella li turi r-reati rapportati lill-Pulizija li seħħew f'Paceville u San Ġiljan matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10891; u
Tagħrif dwar il-kampanja pubbliċitarja fuq stazzjonijiet tar-radju konnessa ma' l-introduzzjoni tal-VAT fl-1994, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11544.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 28 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Doctor of Philosophy - Ph.D.;
Avviż Legali Nru 29 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Philosophy - M.Phil.;
Avviż Legali Nru 30 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti għall-Eżamijiet ta' l-Universita';
Avviż Legali Nru 31 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Gradi ta' Doctor of Philosophy - Ph.D. u Master of Philosophy - M.Phil;
Avviż Legali Nru 32 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1992 tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts - M.A.;
Avviż Legali Nru 33 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1993 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Arts - B.A.;
Avviż Legali Nru 34 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1995 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Arts (Honours) - B.A. (Hons);
Avviż Legali Nru 35 ta' l-1998 - Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Master of Philosophy - M.Phil. fl-Istitut tal-Mediterran;
Avviż Legali Nru 36 ta' l-1998 - Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Doctor of Philosophy - Ph.D. fl-Istitut tal-Mediterran; u
f'isem il-Ministru tal-Biedja u Sajd inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 24 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Inbid;
Avviż Legali Nru 26 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti fuq l-Esportazzjoni tal-Patata; u
Avviż Legali Nru 27 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Drittijiet li jitħallsu fil-Protezzjoni ta' Pjanti.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Brincat.
ONOR. LEO BRINCAT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 22 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Banking Credit Cards (Ħlas f'daqqa ta' Taxxa);
Avviż Legali Nru 23 ta' l-1998 - Regoli ta' l-1998 dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti dwar Taxxa dovuta fuq Poloz ta' Assigurazzjoni;
Avviż Legali Nru 25 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Bejgħ tal-Prodotti tal-Biedja;
Tagħrif dwar ingaġġ ta' ħaddiema mal-Korporazzjoni Enemalta matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11558;
Tabelli li juru d-dħul nett mill-VAT, ħlasijiet lura lit-taxpayers taħt l-iskema ta' rifużjoni fuq stock fil-31 ta' Diċembru 1994 matul l-1996 u l-1997, dħul nett mill-ETI, ETP u ETS matul l-1997, flimkien ma' dħul nett matul l-1997 minn ażjendi taħt l-iskema ta' ħlas ta' dazju fuq stock fit-30 ta' Ġunju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11560; u
Tabelli li juru d-dħul gross u nett mill-ETI, ETP/ETS, stock u VAT matul il-perjodu bejn Lulju u Diċembru 1997 u dħul gross u nett mill-VAT matul l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11743.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Michael Farrugia.
ONOR. MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Lista ta' impjegati fid-Dipartiment tas-Saħħa li ġew trasferiti b'riżultat taċ-ċirkolari maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara l-elezzjoni ġenerali ta' l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11343.
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.
ONOR. EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Kopja ta' rapport dwar ir-riskji tas-saħħa ta' persuni li joqogħdu viċin radar stations, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10717 li dehret f'seduta numru 171;
Madam Speaker, nixtieq ngħid li din il-mistoqsija kien għamilha l-Onor. Ninu Zammit u jiena kont għidtlu biex jirriferiha lill-ministeru ieħor. Pero' minn dakinhar irċevejt l-informazzjoni mitluba u għalhekk qed inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra u se ngħaddilu wkoll kopja separata għalih.
Barra minn hekk, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Tagħrif dwar persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol f'Għawdex matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11636; u
Tagħrif dwar il-labour force f'Għawdex kif kienet fl-aħħar ta' Settembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11638.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Portelli.
ONOR. ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Tabella li turi l-għadd ta' applikazzjonijiet ġodda għal akkommodazzjoni alternattiva li daħlu fid-Dipartiment għall-Akkommodazzjoni Soċjali matul Diċembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11379.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Stqarrijiet ministerjali? Mozzjonijiet? Ordnijiet tal-Ġurnata. Il-Ministru Brincat.

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA

ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAT-TAXXA

THE INCOME TAX MANAGEMENT (AMENDMENT) BILL



ONOR. LEO BRINCAT: Madam Speaker, qabel ma ngħaddu għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi nitlob li l-Kamra tirriżolvi ruħha f'Kumitat sabiex issir recommittal ta' klawsola 1.
Madam Speaker, kulma għandna quddiemna hija emenda żgħira li tbiddel id-data tal-bidu fis-seħħ ta' ċerti provvedimenti u ma naħsibx li hemm għalfejn inlaqqgħu il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.
Fil-fatt diġa' saru konsultazzjonijiet ma' l-Oppożizzjoni dwar dan.
MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?
ONOR. CARMELO ABELA: Nissekonda.
MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-konsiderazzjoni mill-ġdid fil-Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Il-mozzjoni għaddiet nem. con.

MADAM SPEAKER: Hawn permess biex dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi kkonsidrat mill-ġdid mill-Kumitat tal-Kamra kollha, kif talab l-Onor. Brincat? (Onor. Membri: Iva)
Il-permess ingħata.
MADAM SPEAKER: Il-Kamra issa tirriżolvi ruħha f'Kumitat.
L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.
FIL-KUMITAT
L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, kif aċċennajt iktar kmieni fil-preżenza ta' Madam Speaker, kulma għandna quddiemna hija sostituzzjoni ta' subklawsola (2) ta' klawsola 1 biex inġibu fis-seħħ id-data operattiva ta' din il-liġi.
"D" Minflok is-subklawsola (2) tal-klawsola 1, għandu jidħol dan li ġej:
"(2) Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (a) ta' l-artikolu 6, u tal-paragrafu (d) ta' l-artikolu 7 u ta' l-artikolu 8 ta' dan l-Att għandhom jitqiesu li bdew iseħħu fl-1 ta' Jannar, 1998; u d-dispożizzjonijiet tas-subartikoli (4) sa (9) u tas-subartikoli (11) u (12) ta' l-artikolu 23 ta' l-Att prinċipali kif emendati bl-artikolu 5 ta' dan l-Att, għandhom jitqiesu li bdew japplikaw mill-1 ta' Jannar, 1998.".
"D" For subclause (2) of clause 1, there shall be substituted the following:
"(2) The provisions of paragraph (a) of section 6 and of paragraph (d) of section 7, and of section 8 of this Act shall be deemed to have come into force on the 1 January, 1998; and the provisions of subsections (4) to (9) and of subsections (11) and (12) of section 23 of the principal Act as amended by section 5 of this Act shall be deemed to have come into force as from 1 January, 1998.".
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda "D" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda "D" għaddiet nem. con.

THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.
Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta klawsola 1 mgħoddija b'emenda.
ONOR. LEO BRINCAT: Madam Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.
MADAM SPEAKER: Hawn permess? (Onor. Membri: Iva)
ll-permess ingħata.
ONOR. LEO BRINCAT: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ "Att biex jemenda l-Att ta' l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa"
MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?
ONOR. JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Nissekonda.
MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ "Att biex jemenda l-Att ta' l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa" ikun moqri t-Tielet Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.

Yüklə 0,76 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin