REĠISTRU PUBBLIKU - TRASFERIMENT TA' PROPRJETA'
11381. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti ta' trasferiment ta' proprjeta' fir-Reġistru Pubbliku matul Diċembru 1997?
ONOR. GAVIN GULIA: Matul Diċembru ġew irreġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta u Għawdex 2,305 - Noti ta' atti ta' trasferimenti ta' proprjeta' inklużi atti Causa Mortis u testmenti pubbliċi.
KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - UFFIĊĊJU
11428. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa u jekk ix-xogħol għadu ma spiċċax kollu kemm se jiġi jiswa r-refurbishment ta' l-uffiċċju ġdid tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispiża u għal kull item jindika: a) jekk inħarġitx tender jew quotation u jekk tender meta u fejn ġiet ippubblikata; b) min ittenderja jew min ġie avviċinat biex jikkwota; c) kemm kienet kull tender jew quotation; d) min ħa x-xogħol jew ipprovda s-servizz; u e) min kien jagħżel it-tenders jew quotations?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
DEVELOPMENT PLANNING ACT 1992
11521. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet it-talba għar-rikonsiderazzjoni taħt id-Development Planning Act 1992, Section 37? X'eżitu se jkollu jew mistenni li jkollu l-appell?
ONOR. GEORGE VELLA: L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħti tagħrif dwar liema talba għar-rikonsiderazzjoni qed jirriferi sabiex inkunu nistgħu nagħtu t-tagħrif mitlub.
WSC - FINANCIAL CONTROLLER
11522. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-Financial Controller tal-Water Services Corporation?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
FGURA - ILMA KKONTAMINAT
11523. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni ta x'ġara dan l-aħħar fil-Fgura meta r-residenti rrapportaw li l-ilma tal-vit kien kontaminat bid-drenaġġ? Kemm għadda żmien mill-bidu tal-kontaminazzjoni bid-drenaġġ? Kemm għadda żmien mill-bidu tal-kontaminazzjoni sakemm indunaw in-nies?
Jidhirlu l-Ministru li każ bħal dan seta' ħalla u għadu jista' jħalli konsegwenzi koroh fuq is-saħħa tan-nies li xorbu dan l-ilma? Kien hemm lok ta' inkjesta pubblika?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
GŻIRA - XOGĦLIJIET FIX-XATT
11524. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jispjega d-dewmien, anzi waqfa, mix-xogħol li kellu jitlesta fix-Xatt tal-Gżira żmien twil ilu, partikolarment fid-dawl tal-Press Conference mill-Kunsill Lokali tal-Gżira?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Id-dewmien fix-xogħol fix-Xatt tal-Gżira kien dovut għal nuqqas ta' materjal.
SKEJJEL - MARIA ASSUNTA
11527. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm free periods matul Diċembru f'Form II fl-iskola sekondarja Maria Assunta, fil-Ħamrun?
ONOR. EVARIST BARTOLO: a) Kien hemm 15-il jum ta' skola matul ix-xahar ta' Diċembru. Matul dawn il-ġranet kien hemm 57 free periods f'Form 2 fl-iskola sekondarja Maria Assunta.
b) Dawn il-free periods jirrigwardjaw 15-il għalliem li kienu neqsin kif se nsemmi:
7 għalliema - jum wieħed
6 għalliema - jumejn
1 għalliem - tlett ijiem
1 għalliem - ħamest ijiem (tlieta minnhom kienu marriage leave)
u żewġ għalliema kienu qegħdin jakkompanjaw grupp ta' studenti waqt ħarġiet edukattivi fl-istess perjodu.
SKEJJEL - GĦALLIEMA
11528. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni huwiex se jaħdem fuq xi proġettazzjoni ta kemm se jkollu bżonn għalliema f'Settembru li ġej? Jekk fl-affermattiv, f'liema oqsma ta' l-edukazzjoni hemm bżonnhom l-aktar?
ONOR. EVARIST BARTOLO: L-Operations Department qiegħed jistudja kemm se jirtiraw teachers sas-sena d-dieħla u kemm se naħsbu li se jkun hemm promozzjonijiet.
Iżjed 'il quddiem meta tinħadem il-classification inkunu nafu wkoll kemm ikollna bżonn teachers ġodda.
Trid tittieħed deċiżjoni wkoll kemm se jikber, jekk hemm bżonn, il-complement ta' għalliema peripatetiċi u complementary teachers.
Id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni Adulta bħal kull sena se jipproġetta kemm se jkollu bżonn għalliema fis-settur.
Fil-mument ma jidhirx li se jkun hemm xi suġġett partikolari li se jkollu bżonn ta' aktar għalliema minn ieħor.
Fis-settur ta' l-Edukazzjoni Speċjali (Skejjel Speċjali) inkunu ninħtieġu:
(a) għalliema biex jissostitwixxu oħrajn li se jirtiraw u
(b) sabiex insaħħu s-servizzi ta' l-Edukazzjoni Terawpetika. Dan l-eżerċizzju fil-fatt qed isir.
EDUKAZZJONI - INSTRUCTORS
11529. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jieħdu l-arretrati dawk l-instructors li għadhom ma ħaduhomx?
ONOR. EVARIST BARTOLO: L-Instructors kollha barra dawk il-part-time li ġew impjegati qabel Diċembru, 1995, ħadu sew l-iskala l-ġdida kif ukoll l-arretrati dovuti lilhom.
Dawk il-part-time Instructors li qegħdin fl-impjieg tħallsu l-arretrati dovuti lilhom flimkien mas-salarju bl-iskala l-ġdida f'Jannar, 1998. Dawk li spiċċaw se jitħallsu dalwaqt minħabba li l-proċess huwa itwal.
SKEJJEL - TA' L-ISTAT - CHARWOMEN
11530. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm charwomen on clerical duties fl-iskejjel tal-gvern u jinsabu f'dan il-grad ta' clerk b'riżultat ta' xi ċertifikat mediku? Jista' jgħid f'liema skola qegħdin, skola bi skola?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn verifika li saret dan l-aħħar irriżulta li hemm 8 charwomen li qed jagħmlu xi forma ta' xogħol klerikali fl-iskejjel. L-iskejjel huma Żebbuġ 'B' Primary, Birżebbuġia 'B' Primary, Skola Sekondarja tal-Bniet, Mosta, Skola Sekondarja Bniet, Marsa, Tarxien 'B' Primary, Naxxar Higher Secondary, Art and Design, Valletta. Dawn ma tpoġġewx fuq dan ix-xogħol minħabba xi ċertifikat mediku.
Qed ngħaddi lill-Onor. Interpellant lista sħiħa ta' mpjegati fl-iskejjel li qed jagħmlu xogħol differenti mill-grad li jinsabu fih.
MARSA - KUMPLESS SPORTIV
11531. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni u min ħa d-deċiżjoni li ssir gate fl-entratura għall-Kumpless Sportiv tal-Marsa min-naħa ta' Ħal Qormi? Kemm swiet din il-gate? Meta jinżamm miftuħ? Jaf il-Ministru li minħabba l-għargħar li dan il-post tant magħruf għalih u li reġa' kien il-każ fil-25 ta' Jannar, din il-gate magħluqa kellha tiġi sgassata minn pulizija/suldati tar-Rescue?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
DJAR - APPLIKAZZJONI NRU. H 11643
11532. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni H 11643 rigwardanti ta' Angela Balzan ta' 75, St. Anthony Str, Mosta, liema każ ilu issa ħames snin?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ, li jirrigwarda persuna waħda li hi sharing li trid tmur biss il-Mosta jew in-Naxxar qed ikun ikkonsidrat, iżda postijiet adattati għaliha ftit li xejn jidħlu d-dipartiment.
GĦARGĦUR - TRIQ KARMNU ZARB
11533. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri dwar tender għat-tkomplija ta' xogħol tal-bini fil-fond ta' Louis Gauci li jinsab fi Triq Karmnu Zarb, Għargħur u dan wara li l-istess qorti ddeċidiet a favur l-istess Gauci?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Qegħdin jiġu ffinalizzati t-tender documents biex tkun tista' toħroġ l-offerta biex jinbena l-post imsemmi.
MOSTA - STREET LIGHTING
11534. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir street lighting bżonnjuż bejn Triq Ġanni Vella u Triq Karmenu Darmanin, fil-Mosta, liema parti ta' triq bejniethom hija wżata ħafna imma mudlama ħafna?
ONOR. LEO BRINCAT: It-talba għal aktar dawl qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
MOSTA - TELEPHONE BOOTH
11535. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir it-telephone booth fi Triq il-Battaljun, Mosta fejn hija tant meħtieġa u meta diġa' għaddejjin il-wires tat-telephone mill-inħawi nkluż l-istess triq?
ONOR. JOE MIZZI: It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
SAĦĦA - HEALTH ASSISTANTS
11536. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir l-għażla fost l-applikanti għall-Health Assistants?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Qed tiġi pproċessata s-sejħa għall-applikazzjonijiet interna għall-mili ta' postijiet ta' Health Assistants minn fost dawk il-Hospital Auxiliaries li għandhom 15-il sena servizz skond il-ftehim bejn il-Gvern u l-Unions.
BUSIETTA GARDENS - BORD TA' INKJESTA
11537. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Bord ta' Inkjesta dwar Busietta Gardens li twaqqaf fis-17 ta' Marzu, 1997 lestiex l-istħarriġ tiegħu u jekk fl-affermattiv, jistax ipoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk fin-negattiv, meta se jkun lest?
ONOR. ALFRED SANT: Jiena nformat li l-Bord ta' Inkjesta dwar Busietta Gardens lesta l-istħarriġ tiegħu. Ir-rapport mistenni li jkun lest dalwaqt.
DIPARTIMENTI GOVERNATTIVI - SPETTORAT
11538. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta twaqqf l-ispettorat li, skond il-Prim Ministru f'laqgħat pubbliċi, twaqqaf biex jinvestiga l-operat tad-dipartimenti tal-Gvern?
Minn fejn qed jopera dan l-ispettorat u kemm għandu nies impjegati miegħu?
Xi spezzjonijiet saru s'issa, fejn saru u x'kienu r-riżultati individwali ta' dawn l-ispezzjonijiet? X'passi se jittieħdu?
ONOR. ALFRED SANT: Kif ġie mħabbar fl-istqarrija għall-Istampa u ppubblikata fuq il-mezzi kollha tax-Xandir, il-Gvern, permezz tal-Kumitat tal-Kabinett dwar l-Effiċjenza fis-Settur Pubbliku, waqqaf sezzjoni ta' Spettorat biex jirrapporta
lil dan il-Kumitat. Dan l-ispettorat li jikkonsisti f'numru ta' uffiċjali beda jiffunzjona minn nhar il-Ġimgħa 23 ta' Jannar 1998. Sa l-Erbgħa 28 ta' Jannar kienu saru aktar minn 110 spezzjoni fuq diversi lantijiet tax-xogħol ma Malta kollha, li jaqgħu taħt il-Ministeri ta' l-Edukazzjoni u tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Il-każi kollha qed ikunu rriferuti lill-Kap tad-dipartiment ikkonċernat għall-investigazzjoni biex jittieħdu l-passi kollha kif ipprovdut fir-regolamenti.
TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET - XOGĦLIJIET
11539. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-taqsima tax-xogħlijiet fi ħdan il-miniseru waqqfet lill-ħaddiema tagħha fid-diversi lokalitajiet milli jkomplu jaħdmu xogħlijiet mogħtija lilhom mill-kunsilli lokali?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: It-taqsima tax-xogħlijiet ma waqfet lill-ebda ħaddiem milli jkompli jaħdem fuq xogħlijiet mogħtija mill-kunsilli lokali.
BURMARRAD - TRIQ IL-MAGĦSAR
11540. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq il-Magħsar, f'Burmarrad tingħata wiċċ sodisfaċenti billi minkejja li ħafna minnha mimlija residenti għadha sal-lum ma ngħatatx wiċċ?
Jista' l-Ministru jieħu wkoll il-passi neċessarji biex toroq oħra mhux lesti f'Burmarrad jitkomplew?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
TURIŻMU - STUDJU
11541. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Billi riċentement kelliem ta' l-Air Malta semma li l-Air Malta stess u l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu għamlu studji flimkien dwar is-suq turistiku Amerikan u kif jistgħu jikkollaboraw flimkien f'dan il-qasam, jista' l-Ministru jgħid min għamel l-istudji msemmija, kemm sewa, x'kienu r-rakkomandazzjonijiet tiegħu u x'passi ttieħdu jew qed jittieħdu miż-żewġ organizzazzjonijiet flimkien jew individwalment? Jista' l-Ministru jqiegħed kopja ta' dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
ONOR. KARMENU VELLA: L-istudju dwar is-suq Amerikan sar minn kummissjoni interna komposta minn uffiċjali ta' l-Air Malta u l-NTOM. Naturalment f'dan l-istadju, ir-rakomandazzjonijiet li saru huma ta' natura konfidenzjali.
PULIZIJA - MEWT TA' TIFEL
11542. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni u l-inkjesta maġisterjali wara l-mewt tat-tifel Christian Buhagiar mill-Mosta li miet fil-31/12/97 wara li dan, għal darbtejn matul il-jum, ittieħed il-poliklinika tal-Mosta u wara li l-ġenituri tiegħu kienu nsistew għal diversi drabi li jittieħdulu l-x-rays?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi kemm l-investigazzjoni tal-Pulizija kif ukoll l-inkjesta tal-Maġistrat dwar dan il-każ għadhom m'humiex konklużi.
UNION PRESS - REKLAMI
11543. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min kien ħa d-deċiżjoni li l-gazzetti ta' l-Union Press u tal-Partit Laburista jieqfulhom ir-reklami fihom matul il-kampanja ta' l-introduzzjoni tal-VAT?
ONOR. ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
VAT - KAMPANJA PUBBLIĊITARJA
11544. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-kampanja pubbliċitarja konnessa ma' l-introduzzjoni tal-VAT, jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta x'ġie bbukkjat bħala pubbliċita' fuq Radio 101 u dak li ġie bbukkjat ma' l-istazzjonijiet tar-radios l-oħra privati? Jista' l-Prim Ministru jagħti wkoll ir-rati relattivi li kull stazzjon ġie mħallas għal kull item ta' pubbliċita'?
ONOR. ALFRED SANT: Il-kampanja pubbliċitarja konnessa ma' l-introduzzjoni tal-VAT seħħet matul l-1994. It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.
TRADE FAIR - MALTA PAVILLION
11545. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid lil min ingħata l-kuntratt jew kuntratti biex ilesti l-Malta Pavillion għat-Trade Fair bejn is-snin 1988 - 1995? Kemm kienet l-ispiża totali tal-gvern u jekk għadx baqa' ħlasijiet xi jsiru u kemm? Jista' jgħid ukoll meta ġew ippubblikati t-tenders relattivi, min ikkwota u kemm ikkwota kull wieħed?
ONOR. ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
IMPJIEGI - PROTECTIVE CLOTHING
11546. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadek tara daqshekk ħaddiema li jaħdmu mingħajr protective clothing? Meta se jidħlu regolamenti dwar dan?
ONOR. EDWIN GRECH: Ir-regolamenti preżenti dwar il-ħarsien u saħħa fuq il-post tax-xogħol diġa jipprovdu għall-użu ta' protective clothing. Madankollu għad m'hemmx kultura biżżejjed dwar il-ħtieġa ta' tagħmir protettiv, kemm minn naħa ta' min iħaddem, kif ukoll tal-ħaddiema nfushom. Fost l-inizjattivi li qegħdin jittieħdu biex din il-mentalita' tinbidel hemm il-ftuħ ta' kors fl-Universita' li jwassal għal diploma fis-Social Sciences (Occupational Health and Safety), l-ingaġġ ta' trainee inspectors u ħidma edukattiva li qegħda ssir mill-Kummissjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq ix-Xogħol.
WSC - QARI TAL-METERS
11547. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm djar li s'issa għadhom ma ġewx jaqrawlhom il-meters ta' l-elettriku u ta' l-ilma minkejja li l-eżerċizzju kellu jispiċċa sa l-aħħar ta' Novembru 1997?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet wettqet kampanja fuq skala nazzjonali minħabba li kellu jsir eżerċizzju straordinarju ta' qari ta' l-arloġġi ta' l-ilma u dawl bejn il-bidu ta' Novembru u l-bidu ta' Diċembru 1997. Permezz ta' dan l-eżerċizzju setgħu jinħarġu l-kontijiet bit-tariffi ta' qabel il-Budget li għadda. Dawn il-kontijiet bdew jinħarġu x-xahar li għadda. Il-persentaġġ fejn il-qari ma tteħidx kien baxx ħafna. Konsumaturi li ma nqralhomx il-qari għaliex ma' kienux fil-proprjetajiet tagħhom ngħatalhom l-opportunita' li jibagħtu bil-miktub il-qari lill-Korporazzjoni sa l-aħħar ta' Jannar 1998. Għaldaqstant dawn il-kontijiet jistgħu jiġu regolarizzati fil-kont ta' wara.
UNIVERSITA' - PORTERS
11548. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti għadhom fis-seħħ rigward porters li kienu/għadhom ma' l-Universita'?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-porters ta' l-Universita' ġew impjegati b'dawn il-kondizzjonijiet:
1. li jagħmlu dmirijiet ta' porter u xogħol ta' messaġġiera;
2. jaħdmu xogħol wara l-ħinijiet normali tax-xogħol sa siegħa kuljum mingħajr ħlas;
3. li jindukraw il-post u l-bini kollu;
4. jirrispondu t-telephone meta hu meħtieġ u jieħdu messaġġi bit-telephone wara l-ħinijiet normali tax-xogħol;
5. ikunu ġene
Dostları ilə paylaş: |