Debates tal-kamra tad-deputati


SKEJJEL - TA' L-ISTAT - ASSENTEIŻMU



Yüklə 1,42 Mb.
səhifə13/18
tarix30.01.2018
ölçüsü1,42 Mb.
#41308
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   18

SKEJJEL - TA' L-ISTAT - ASSENTEIŻMU

432. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Matul l-ewwel "term" ta' din is-sena skolastika, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm assenteiżmu fl-iskejjel ta' l-Istat maqsuma fi skejjel sekondarji, tekniċi, eċċ? X'qed isir biex studenti jiġu mħajjra jattendu l-iskola u mhux ifallu? L-iskejjel tal-Knisja u privati huma obbligati li jirrapportaw meta studenti ma jattendux l-iskola? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti l-figuri għal dawn l-iskejjel?
ONOR. EVARIST BARTOLO: 1. Matul l-ewwel term tas-sena skolastika 1996-97, kienu rrapportati lis-sezzjoni tal-Welfare - Diviżjoni tal-Edukazzjoni mill-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat dawn in-numri ta ġenituri kif jidher hawn taħt. Fit-tabella jidhru wkoll in-numru ta ġenituri li, eventwalment, ittellgħu l-Qorti minħabba l-assentejiżmu ta uliedhom.


Skola

Numru ta każi

Numru




ta' assnteiżmu

rraportat







l-Qorti

Primarja

211

100

Sekondarja

1470

615

Skejjel Sekondarji







oħra

441

127

Skejjel ta Snajja

456

180

Skejjel Speċjali

13

10

Skejjel tal-Knisja

1

-

Skejjel Privati

-

-

N.B. Il-figuri ta ġenituri li ttellgħu l-Qorti huma relevanti għax-xhur ta Ottubru u Novembru 1996 biss peress li l-figuri ta Diċembru għadhom qed jinħadmu.


2. Is-support services fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, flimkien mal-kapijiet ta l-iskejjel u l-għalliema, jagħmlu kull mezz possibbli mal-ġenituri u l-istudenti biex jevitaw jew inaqqsu l-assenteiżmu fl-iskejjel. Is-servizzi tal-Welfare, Guidance u Psikoloġiċi jaħdmu flimkien ma' l-iskejjel biex l-assenteiżmu jonqos u, meta jkun il-bżonn, jinfurzaw il-liġi dwar l-attendenza ta' tfal taħt is-16 il-sena fl-iskejjel.
3. L-iskejjel tal-Knisja u Privati huma wkoll obbligati, skond l-Att dwar l-Edukazzjoni, Kap 327, 1988, li jirrapportaw l-istudenti li jfallu mill-iskola.


ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI

433. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-Gvern biex fil-Ħabs ta' Kordin: 1) persuni li qegħdin jistennew sentenza ma jitħalltux ma' dawk diġa' issentenzjati; u 2) ħabsin żgħażagħ ma jitħalltux ma' dawk li jmorru l-ħabs għal żmien twil u li huma magħrufa bħala "hardened criminals"?
ONOR. ALFRED SANT: Fil-preżent, safejn hu possibbli, il-priġunieri li huma sentenzjati jinżammu f'diviżjonijiet separati minn dawk il-priġunieri li qegħdin taħt arrest preventiv.

Riċentement, infetħet sezzjoni għaż-żgħażagħ li tikkonsisti fi ħdax-il ċella u li, fil-preżent hija okkupata minn disa' priġunieri.




PERSUNI B'DIŻABILITA'

439. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li joqogħdu f'Mount Carmel u f'San Vinċenz de Paule minħabba li m'għandhomx familjari sabiex jieħdu ħsiebhom? Kemm minnhom għandhom diżabilita' mentali u kemm minnhom għandhom diżabilita' fiżika?
ONOR. EDWIN GRECH: Peress illi kemm l-Isptar Monte Karmeli kif ukoll ir-Residenza San Vinċenz de Paule ma jaqgħux taħt id-dekasteru tiegħi, nitlob lil Onor. Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.


BULEBEL - FABBRIKI

440. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jinformana kemm hemm fabbriki vojta fil-Qasam Industrijali ta' Bulebel u fl-oqsma industrijali l-oħra?
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: Fil-Qasam Industrijali ta` Bulebel hemm tliet (3) fabbriki vojta. Għal wahda minnhom hemm applikazzjoni pendenti quddiem il-Bord ta` l-MDC. Ghall-ohra hemm applikazzjoni li qed tigi ezaminata qabel matitressaq quddiem il-Bord.
Fl-Oqsma Industrijali l-oħra hemm ħamsa w erbgħin (45) fabbrika ta` daqs divers li huma preżentament vojta. Minnhom wieħed u tletin (31) huma mahsuba ghall-progetti godda jew relokazzjoni ta` operazzjonijiet ezistenti

FORZI ARMATI - "PATROL BOATS"

441. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm 'patrol boats' fl-Armata Maltija u kemm minnhom huma 'sea worthy'? Kemm kienu nxtraw ajruplani 'fixed wings' mill-Armata u kemm minnhom illum għandhom 'air worthiness certificate' validu?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li l-Forzi Armati ta' Malta għandha13-il 'patrol boat' li huma kollha 'sea worthy' ħlief għal xi wħud li bħalissa fuqhom qed isir xogħol ta' tiswija u manutenzjoni perjodika.
Ninsab informat ukoll li l-Forzi Armati kienu xtraw sitt ajruplani 'fixed wing' li minnhom erba għandhom 'air worthiness certificate'.


STATISTIKA TA' SETTIJIET TAT-TELEVISIONS/TELEPHONES

442. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta' kemm hawn settijiet tat-televiżjoni liċenzjati, settijiet tat-telefon, mobile phones, fax machines, washing machines, fridges, video recorders u microwave ovens fil-gżejjer Maltin? Din l-istatistika, jekk tinżamm, tista' titqabbel mas-snin ta' qabel?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li statistika dwar l-għadd ta' settijiet tat-televizjoni u tat-telefon tinżamm fuq bażi regolari u tista' titqabbel fuq medda ta' snin. Iżda statistika dwar l-apparat l-ieħor imsemmi mill-Onor. Interpellant ma tinġabarx b'mod regolari.


QRATI - KSUR TA' 'COPYRIGHT' TA' SOFTWARE

443. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każijiet s'issa fil-Qorti dwar ksur ta' 'copyright' ta' 'software' tal-computers? X'kienet is-sentenza li ngħatat f'kull każ?
ONOR. CHARLES MANGION: l-Onor.Interpellant huwa mitlub li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru responsabbli mill-Pulizija.


MALTA GOVERNMENT NETWORK MAGNET

444. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huwa responsabbli mit-tħaddim tal-Malta Government Network Magnet li tieħu ħsieb il-paġna tal-Gvern ta' Malta fuq l-Internet? Min huwa l-amministratur ta' din il-paġna?
ONOR. ALFRED SANT: L-MSU hija responsabbli għat-tħaddim tal-Malta Government Network (MAGNET). Il-Parti ta' l-MSU f'dan is-servizz huwa ta' 'service provider' li jieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta' l-Internet 'node' biex jassigura ċertu 'standards', kwalita' u kontinwita għad-Dipartimenti tal-Gvern u l-klijentela kollha.


FONDAZZJONI GAIA - MANAGEMENT TA' GĦAJN TUFFIEĦA

450. L-ONOR. JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet li bihom il-Fondazzjoni Gaia se tieħu l-management ta' Għajn Tuffieħa? X'se tieħu u x'se tagħti lid-Dipartiment ta' l-Ambjent? L-obbligazzjonijiet jinkludu t-tindif tar-ramla nnifisha? Jekk iva, allura il-kunsill lokali ta' hemm mhux se jibqa' responsabbli? Għalkemm il-sena sar dan il-ftehim? U tul dan iż-żmien kif se jkun involut id-Dipartiment ta' l-Ambjent? Dan hu l-ewwel "pilot project" ta' din il-fondazzjoni? Minn meta se jibda dan il-proġett? Kemm-il fondazzjoni oħra ta' dan it-tip għamlu applikazzjonijiet simili lid-dipartiment?
ONOR. GEORGE VELLA: Il-kondizzjonijiet li bihom il-Fondazzjoni Gaia se tieħu l-management ta` Ghajn Tuffieha jinkludu:
li kull ma jsehh irid ikun skond l-iskjedar tal-post tal-Planning Authority;
li jkun zviluppat management plan skond pariri minn Advisory Board maghmul minn rapprezentanti tal-Kunsilli Lokali ta` l-Imgarr u tal-Mellieha, tad-Dipartiment ghall-Harsien ta` l-Ambjent, tal-Planning Authority u tad-Dipartiment ta` l-Agrikoltura, bil-hsieb li l-ambjent tas-sit ma jkomplix diddegrada anzi jkun imtejjeb;
li l-management plan irid ikun approvat mid-Dipartiment ghall-Harsien ta` l-Ambjent;
li ma teskludix l-attivita` tan-nies dejjem skond l-iskjedar tal-post; u
li timplimenta l-management plan.
Il-Gaia Foundation se tipprovdi ukoll facilitajiet ta` beach safety; u ghalkemm hi mhix responsabbli ghall-indafa tar-ramla nfisha, xorta se tkun kommessa biex tara li din tkun mizmuma nadifa. I-ftehim sar ghal sena u l-Fondazzjoni giet moghtija is-somma ta` 10,000 Lira Maltin. Dan il-ftehim jista` jiggedded ghall-disa` snin ohra jekk il-pjan matul l-ewwel sena jirnexxi. Il-Gaia Foundation behsieba wkoll timpjega wardens biex jiehdu hsieb il-post. Ir-rwol tad-Dipartiment ghall-Harsien ta` l-Ambjent se jkun li jissorvelja li l-pjan approvat ikun implimentat tajjeb. Dan hu l-ewwel pilot project ta` din il-Fondazzjoni li fil-fatt twaqqfet ghal dan il-ghan. Il-progett diga beda jsehh bil-preparazzjoni tal-management plan.
L-ebda fondazzjoni ohra ta` dan it-tip ma ghamlet xi talba simili.


NISA - DISKRIMINAZZJONI F'ĦATRIET

451. L-ONOR. JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li minn diskorsi vari ta' kelliema soċjalisti nifhem li se tkun il-politika tal-Gvern preżenti li tiddaħħal id-diskriminazzjoni pożittiva fil-konfront tan-nisa f'ħatriet f'istituzzjonijiet nazzjonali, jista' l-Prim Ministru jara li dan jiġi kkonfermat?
ONOR. ALFRED SANT: Id-diskorsi li għalihom qed jirriferi l-Onor Membru għandhom bħala sors komuni l-programm elettorali tal-Gvern. Dan jgħid li l-politika ġdida Laburista ttenni l-impenn tal-Partit favur il-jeddijiet indaqs għan-nisa u għall-irġiel. Dan l-impenn ta` ugwaljanza sħiħa u effettiva, jissarraf fit-tħaddim tar-riżors uman kollu ta` pajjiżna.
Hemm bosta miżuri li l-Gvern, skond il-programm elettorali tiegħu, irid jieħu biex jintlaħaq dan il-għan, fosthom :
-li tletin fil-mija (30%) tan-nominazzjonijiet tal-ħatriet kollha f'bordijiet tal-Gvern iridu jkunu ta` nisa; u
-li għall-inqas għoxrin fil-mija (20%) tal-ħatriet kollha fil-livell eżekuttiv tas-Servizz Ċivili jridu jimtlew minn impjegati nisa kwalifikati għal dik il-ħatra.
Il-Gvern diġa' ta' xhieda ta' l-impenn tiegħu bil-għadd ta' nisa maħtura s'issa f'bordijiet pubbliċi. Fil-fatt, kif jidher mit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta, huwa ċar li fil-każ ta' 49 bordijiet li ġew maħtura s'issa, waqt li qabel it-28 ta' Ottubru 1996, minn 414 membri, 70 kienu nisa (perċentwal ta' 16.9%), il-pożizzjoni wara it-28 ta' Ottubru 1996 turi li minn 413 membri, hemm 87 mara (perċentwal ta' 21.1%).


DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - KWESTJONI DWAR IL-BAĦRIJA

452. L-ONOR. JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi ħafna mill-kampanja ta' bejn il-Baħrija u l-kosta tal-baħar hi magħluqa għal pubbliku, kemm b'tabelli informattivi kif ukoll b'għeluq fiżiku, jista' d-Dipartiment ta' l-Artijiet jindika x'inhi s-sitwazzjoni uffiċjali, u dan mhux lanqas minħabba l-fatt li ta'sikwit ikun hemm tilwim bejn min irid jippasseġġja fl-inħawi u gwardjan volontier għassa hemmhekk?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: L-Art indikata mill-Onor. Interpellant mhijiex reġistrata bħala proprjeta' tal-Gvern mad-Dipartiment ta' l-Artijiet, u normalment tiġi kkonsidrata bħala ta' sid privat. Madankollu, in vista tal-ftehim bejn knisja u stat teżisti possibilta' li l-art msemmijja hija proprjeta' tal-Knisja u għalhekk riferenza għal "Joint Office" hija rakkomandata.


TURIŻMU - KONFERENZA INTER-MINISTERJALI

453. L-ONOR. JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu u xi progress ġie rreġistrat mid-deċiżjonijiet li ttieħdu fil-Konferenza Inter-Ministerjali tat-Turiżmu "Marketing the Mediterranean as a Region"? X'hemm ppjanat għall-futur biex dan ir-reġjun ikollu l-promozzjoni mwegħda?
ONOR. KARMENU VELLA: Ma hemm xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 232.


VAT - KSUR TA' REGOLAMENTI

454. L-ONOR. JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imħarrka xahar b'xahar fl-1996 persuni li kisru r-regolamenti tal-VAT?
ONOR. LINO SPITERI:Jien mgħarraf li n-numru ta` persuni li ġew mħarrka fl-1996 hu:


Xahar

Malta

Gozo

Total













Jannar

95

6

101

Frar

181

32

213

Marzu

170

4

174

April

190

120

210

Mejju

193

-

313

Ġunju

170

64

170

Lulju

196

-

260

Awissu

204*

-

204

Settembru

470**

-

470

Ottubru

44

-

44

Novembru

321

-

321

Dicembru

517***

-

517




2751

246

2997

* 41 persuna ssottomettew id-denunzja/denunzji tal-VAT qabel is-seduta

tal-Qorti.
** 57 persuni ssottomettew id-denunzja/denunzji tal-VAT qabel is-seduta

tal-Qorti.


*** 43 persuni ssottomettew id-denunzja/denunzji tal-VAt qabel is-sedutatal-Qorti.

SERVIZZ PUBBLIKU - REKLUTAĠĠ

455. L-ONOR. JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema "guidelines" qiegħed isir ir-"recruitment" fis-Servizz Pubbliku u dak parastatali? Kemm daħlu nies jaħdmu f'dan is-settur u f'liema gradi fix-xahar ta' Novembru?
ONOR. ALFRED SANT: Ir-reklutaġġ fis-Servizz Pubbliku jsir skond il-provvedimenti ta' l-artikolu 110 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u dak fil-kumpaniji u entijiet parastatali skond il-provvedimenti ta' l-istess imsemmi artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u skond l-artikolu 15 ta' l-Att ta l-1990 dwar is-Servizzi ta' Impiegi u Taħriġ.
Barra minn hekk, kull reklutaġġ isir skond l-esiġenza tas-servizz u skond il-provvedimenti li jkun hemm f'kull ftehim ma' l-Unions li jirrigwardjaw il-klassi jew grad relevanti.
In-nies li daħlu jaħdmu f'Novembru 1996 jidhru fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta. F'diversi każi, dan ir-reklutaġġ kien bħala riżultat ta' proċess li kien inbeda qabel l-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta' Ottubru tal-1996.


KUMPANNIJI/AZJENDI/KORPORAZZJONIJIET - ĦLAS TA' PAYE

456. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija s-somma totali ta' arretrati dovuti lill-Gvern minn kumpanniji, azjendi u korporazzjonijiet bħala kontribuzzjonijiet mill-ħaddiema f'forma ta' PAYE? Kemm huwa l-għadd ta' kumpanniji, azjendi u korporazzjonijiet li għad ma ħallsux il-PAYE fil-ħin sas-sena l-oħra? Kemm minn dawn għandhom arretrati għal aktar min sena sħiħa, u kemm hemm li baqgħu lura għal aktar minn sentejn?
ONOR. LINO SPITERI: Is-sistema komputerizzata eżistenti ma taħsibx għall-ġbir ta' l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Iżda d-dipartiment qed jieħu l-passi meħtieġa biex is-sistema l-ġdida tkun taħseb għall-ġbir ta` aktar informazzjoni.


UFFIĊJALI TA' SCOTLAND YARD - INVESTIGAZZJONIJIET

457. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsiet lill-Prim Ministru: Il-Prim Ministru huwa f'pożizzjoni li jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm żviluppi pożittivi wara ż-żjara riċenti f'Malta minn uffiċjali ta' Scotland Yard biex jagħmlu investigazzjonijiet relatati ma' każi ta' kriminalita' li għal snin twal ma kienux solvuti?
ONOR. ALFRED SANT: Peress li aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, mhux opportun li wieħed jikkummenta dwar l-istadju tagħhom.


TRIBUNAL TA' L-ARBITRAĠĠ - KAŻI

458. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi li ġew trattati din is-sena quddiem it-Tribunali ta' Arbitraġġ? Hemm ħsieb li s-servizz ta' arbitraġġ dwar tilwim fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali għandux ikun imsaħħaħ partikolarment billi jkollu sede fejn jista' jaħdem bil-faċilitajiet meħtieġa?
ONOR. EDWIN GRECH: Matul is-sena 1996 ġew riferuti lit-Tribunal Industrijali 80 każ ta` tkeċċija inġusta, 13-il tilwima industrijali u żewġ talbiet għal interpretazzjoni ta` deċiżżjonijiet. It- Tribunal żamm b`kollox 801 seduti.
Qed jiġu kkonsidrati proposti biex jiġu msaħħin is-servizzi li qegħdin jiġu provduti bħalissa fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali.


UFFIĊĊJU TA' L-ISTATISTIKA - RAPPORT TAĊ-ĊENSIMENT

459. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġi mxandar ir-riżultat jew rapport finali taċ-ċensiment tal-popolazzjoni u "housing" li sar żmien ilu? Huwa mistenni li ta' lanqas joħroġ tagħrif dwar aspetti parzjali taċ-ċensiment bħal, ngħidu aħna l-"housing"?
ONOR. LINO SPITERI: L-Uffiċċju ta` l-Istatistika għarrafni li, skond kif kien programmat, ir-rapport finali taċ-Ċensiment se jiġi ppubblikat is-sena d-dieħla. Bħalissa, l-Uffiċċju Centrali ta` l-Istatistika qiegħed jagħmel l-aħħar tħejjijiet biex jibda` jipproċessa u janalizza r-rapporti meħtieġa għal din il-pubblikazzjoni.
Tagħrif parzjali dwar ic-Ċensiment kien inħareġ f`Marzu 1996 bil-pubblikazzjoni tar-rapport preliminari dwar ic-Ċensiment. Iżda is-suġġeriment li jinħareġ tagħrif ieħor parzjali dwar aspetti oħra tac-Ċensiment jista` jiġi kkonsidrat.


SMALL CLAIMS TRIBUNAL - KAŻIJIET

460. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu każi quddiem is-Small Claims Tribunal minn mindu dan twaqqaf sal-lum? Kemm każi inqatgħu amikevolment u kemm kienu l-każijiet li dwarhom kienu jenħtieġu deċiżjonijiet mit-Tribunal
ONOR. LEO BRINCAT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Membru li s-Small Claims Tribunal ma jaqax taħt il-Ministeru tal-Kummerċ.


PROPRJETA' ESPROPRJATA MILL-GVERN - ĦLAS

461. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa il-ħlas totali li l-Gvern għandu jagħti lil sidien privati għal proprjeta' li ġiet esproprjata mill-Gvern? Kemm min dan il-ħlas ilu dovut għal ħames snin u aktar? X'arranġamenti hemm biex il-kumpens dovut jitħallas u jekk hemmx arranġamenti biex dawk li ilhom jistennew kumpens l-aktar, jitħallsu l-ewwel?

ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Id-dipartiment tal-Artijiet għadu qiegħed fil-proċess li jikkomputerizza l-informazzjoni relattiva għal-akkwist ta' Art, u għalhekk mhux f'posizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba, billi din tista' tinkiseb biss minn eżami ta' numru kbir ta' files u rekords manwali li jieħdu ħafna żmien.
Nixtieq inżied li hu diffiċli biex wieħed jasal għal ammont dovut fuq dawn l-akkwisti, billi l-valur tal-art ivarja kontinwament u għalhekk kwalunkwe figura li tista' tingħata għal dan ir-rigward tista' tqarraq.
Il-Gvern qed jeżamina bir-reqqa din il-problema u sa jagħmel ħiltu biex il-ħlas tal-kumpensi relattivi jibda jitħaffef.

SAĦĦA - INFERMIERA

463. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' nurses fil-gradi kollha impjegati mal-Gvern li ma humiex qegħdin jagħmlu xogħol ta' nurses? Fejn huma posted u x'inhu sew ix-xogħol tagħhom fil-preżent?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' nurses impjegati mal-Gvern li m'humiex qed jagħmlu xogħol strettament ta' nurses huwa ta' 39. It-tieni parti tal-mistoqsija se titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

SAĦĦA - IMPJEGATI KLERIKALI

464. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa n-numru ta'nies nieqsa fil-grad klerikali fid-Dipartiment tas-Saħħa fil-preżent? Hemm xi pjanijiet kif u meta sejrin jimtlew?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Skond kif jiena nfurmat, in-numru ta' nies nieqsa fil-gradi klerikali fid-Dipartiment tas-Saħħa huwa mija u ħamsa u tletin (135). Huwa ppjanat li dawn jimtlew fil-futur.


MEDICAL STORES - MEDIĊINI

465. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jforni lista ta' mediċini (sew dawk tal-formularju u dawk non-formularly) li jinsabu nieqsa mill-Medical Stores mis-16 ta' Diċembru, 1996?
Yüklə 1,42 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   18




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin