Debates tal-kamra tad-deputati


QORMI - ĊENTRU TAS-SAĦĦA - ĠENERATUR



Yüklə 1,42 Mb.
səhifə15/18
tarix30.01.2018
ölçüsü1,42 Mb.
#41308
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   18

QORMI - ĊENTRU TAS-SAĦĦA - ĠENERATUR

525. L-ONOR. JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-poliklinika ta' Ħal Qormi hemmx ġeneratur tad-dawl? F'każ li fin-negattiv, x'jiġri kull meta jinqata' d-dawl?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal-Qormi ma hemmx ġeneratur iżda hemm sistema ta' backup ta' emergency lights. Hemm ukoll numru ta' lampi tal-gas li jintużaw meta l-qtuħ tad-dawl ikun fit-tul u l-batteriji tal-emergency lights jgħejjew.
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kura Primarja flimkien mal-Project Divison qed jagħmlu studju tal-ħtiġijiet elettriċi fid-diversi ċentri tas-saħħa waqt qtugħ ta' dawl. Dan l-istudju jinkludi wkoll il-possibilita ta' stallazzjoni ta' ġeneratur tal-elettriku.

QORMI - ĊENTRU TAS-SAĦĦA
526. L-ONOR. JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex fil-poliklinika ta' Ħal Qormi nhar is-Sibt 14 ta' Diċembru, 1996 ma kienx hemm tabib bejn is-7.00 a.m. u l-10.00 a.m.?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Mill-investigazzjonijiet li għamel id-dipartiment tal-Kura Primarja ninsab infurmat li l-informazzjoni li għandu l-Onorevoli interpellant hija skorretta.

INDAFA PUBBLIKA - XOGĦOL FIT-TOROQ

528. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk f'dipartiment li tiegħu huwa responsabbli hemmx xi direttiva li jżommu lill-ħaddiema ta' l-Indafa Pubblika milli jagħmlu xogħol f'toroq jew lokalitajiet li Kunsill Lokali jkun naddaf b'ħaddiema ta' kuntrattur privat?

ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-Policy ġenerali tat-taqsima servizzi pubbliċi fi ħdan il-"General Workers Union" hija li fejn jaraw li bla ħtieġa ta' xejn il-Kunsill Lokali idaħħlu kuntratturi privat biex jagħmlu xogħol li jista' facilment isir minn ħaddiema tal-gvern, dawn ma jagħmlux xogħol fejn ġie allokat għall-privat.


ENEMALTA - SUBSTATIONS/ DISTRIBUTION CENTRES

529. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il substation u distribution centres ġew commissioned minn Mejju 1987 sa l-aħħar ta' Novembru 1996? Fejn kienu l-lokalitajiet f'Malta u Għawdex? Kemm-il substation u distribution centres hemm ippjanati u għandhom il-permess tal-Planning Authority? Jista' l-Ministru jgħid meta se jkunu commissioned u jibdew jaħdmu?
ONOR. LEO BRINCAT: Kopja tas-substations u d-Distribution Centres li ġew `commissioned` minn Mejju 1987 sa l-aħħar ta` Novembru 1996 huma indikati f`Appendiċi I u II rispettivament qiegħda titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.

Bħalissa qed isir xogħol fuq żewġ Distribution Centres ġodda id-Distribution Centre ta` San Raffaele li għandu jitlesta s-sena d-dieħla, u d`Distribution Centre tal-Mosta li għandu jitlesta madwar sentejn oħra.


Rigward is-Substation, dawn ikunu ta` żewġ tipi: dawk li huma ffinanzjati mill-privat li huma l-maġġoranza u li l-permess joħroġ fuq min jiffinanzjahom, u substations oħra li għalihom l-EneMalta tapplika għall-permess peress li ser iservu biex tissaħħaħ il-provvista ta` l-elettriku f`diversi postijiet f`Malta u Għawdex. Is-Substations li nbeda x-xogħol fuqhom u li jinsabu f`diversi stadji ta` progress jidhru fAppendiċi III. Naħsbu li dawn is-substations jigu `commissioned` matul is-sena d-dieħla.


ENEMALTA - IMPJEGATI

530. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħtina n-numru ta' impjegati fil-preżent ma' l-Enemalta: (a) fit-taqsima ta' l-Elettriku; (b) fit-taqsima tal-Petroleum; u (c) fit-taqsima tal-Gas?
ONOR. LEO BRINCAT: Fil-preżent l-impjegati li jaħdmu ma` l-EneMalta jammontaw għal madwar 2159, li huma mqassmin fi tliet taqsimiet, kif jidher hawn taħt:






Taqsima ta' L-elettriku

Taqsima tal-Pitrolju

Taqsima tal-Gass

Haddiema full time

1721

227

82

Haddiema sekondati

17




2

Technician Apprenticeshhip Scheme

16







Extended Skill Training Scheme

77







Haddiema sekondati minn organizzazzjonijiet ohra

6

3




Haddiema b'kuntratt

8










1845








ENEMALTA - INĠINIERA

531. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħtina: (a) Kemm hemm inġiniera mpjegati ma' l-Enemalta fil-preżent; (b) x'inhuma l-gradi ta' l-inġiniera u kemm hemm f'kull grad; u (c) kif inhuma mqassmin fit-Taqsima ta' l-Elettriku?
ONOR. LEO BRINCAT: In-numru ta` inġiniera mal-Korporazzjoni EneMalta huwa ta` 86. Kopja ta` kif huma mqassmin qiegħda titqiegħed fuq il-mejda tal-kamra

ENEMALTA - ENERĠIJA ALTERNATTIVA

532. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-policy tal-Gvern preżenti fuq enerġija alternattiva partikolarment enerġija mix-xemx u mir-riħ?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-Gvern jinsab impenjat li jippromwovi kultura favur l-enerġija alternattiva, b`mod partikolari dik solari. Kien għal dan l-għan li diġa saru diversi kuntatti ma` organizzazzjonijiet f`Iżrael, l-Italja u Ċipru.
Is-sehem u t-taħditiet bilaterali tiegħi fl-ewwel konferenza Ewro-Mediterraneja dwar l-Enerġija Alternattiva li saret ġo Katanja f`Diċembru kellhom l-istess għan.
Ser tittieħed kull opportunita` biex nippromwovu l-użu u t-tkattir ta` l-enerġija alternattiva fuq livell prattiku aktar milli fuq wieħed teoretiku u akkademiku biss.

TURIŻMU - INDUSTRIJA TAT-TURIŻMU

533. L-ONOR. MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 312?
ONOR. KARMENU VELLA: In-numru ta' sodod li kienu se jkunu disponibbli sa l-1988 kienu ta' madwar sebgħin elf. Infatti in-numru ta' sodod (kif jidher fuq il-karta) huwa 58,844. Ma dan in-numru wieħed irid iżid is-sodod li kienu proġettati in konnessjoni mal-proġetti ta' Tigne', Manoel Island u l-White Rocks, it-tielet sodda fil-Kumplessi u fil-Holiday Flats, kif ukoll numru sostanzjali ta' sodod mhux liċenzjati.

KATEGORIJA

SODOD

1.1.96

SODOD 30.11.96

SODOD PR0GETTATI

31.12.97

SODOD PR0GETTATI

31.12.98

LUKANDI













5-STAR

1274

1774

3744

4644

4-STAR

9688

10153

11523

12513

3-STAR

8464

8500

8932

8932

2-STAR

2017

2377

2389

2389

1-STAR

372

372

372

372

VILLAGGI/KUMPLESSI/APARTHOTELS

13924 13502 14254 15440



GUEST HOUSES

1451 1374 1418 1444



HOTELS

118 100 100 100



HOLIDAY FLATS

8000 8000 8000 8000



GUEST ACCOMMODATION

5000 5000 5000 5000



TOTAL 50308 51152 55732 58844

Għat-tieni parti tal-mistoqsija qed nagħti lista ta' proġetti li ġew approvati mill-HCEB mill-1 ta' Jannar 1993 'l hawn. Uħud minn dawn il-proġetti għadhom ma ġewx approvati mill-Planning Authority u fil-fatt jista' jkun li ma jkunux approvati. Seba mit-tnax-il proġett imsemmija se jissostitwixxu lukandi jew flats diġa' eżistenti.



Progett

Lokalita'

Data ta' l-

Data ta' l-

Ftuh

Sodod







Applikazzjoni

Applikazzjoni







Lukandi
















Le Merchant (1)

Mgarr (Gozo)

15.07.93

30.11.93

1997

80

Dragonara (1)

San Giljan

24.08.93

25.08.94

1997

600

Victoria (1)

Sliema

20.01.95

14.07.95

1997

240

Qawra Sun (1)

Qawra

06.04.94

25.04.94

1998

270

Regina (1)

Sliema

17.06.94

01.03.95

1999

400

Charian (2) (4)

M'Scala

05.05.91

06.09.95

1996

50

Waterside & Hill Side (1)

San Giljan

05.04.94

23.05.94

1997

200

Kumplessi Turistici
















Tas-Sellum (3)

Mellieha

27.08.91

12.10.94

1999

190

Palm Beach (3)

Qawra

01.03.94

03.11.94

1998

300

Guest Houses
















Summer Nights (2)

M'Scala

20.12.94

16.01.95

1997

18

Plajja (2)

M'Scala

09.12.94

16.01.95

1998

36

San Antonio (4)

Xlendi (Gozo)

18.01.95

07.05.96

1997

26

(1) Proġetti li se jissostitwixxu lukandi oħra diġa' eżistenti iżda bi klassi ogħla u b'estenzjoni.

(2) Tlett proġetti żgħar approvati mill-Bord skond il-'policy' ta' dak iż-żmien li jikkonsidra proġetti żgħar simili fin-nofs inhar ta' Malta.

(3) Proġetti ta' żewġ kumplessi turistiċi, waħda minnhom li l-applikazzjoni tagħha saret fl-1 ta' Marzu 1994 b'kondizzjoni speċjali u skond il-'policy' ta' dak iż-żmien.

(4) Proġetti li jissostitwixxu 'holiday flats' eżistenti mingħajr żieda ta' sodod.



Għat-tielet parti tal-mistoqsija, ninsab informat li mill-1 ta' Jannar 1993 'l hawn inħarġu darba biss permessi ġodda għal appartamenti self-catering. Infatti inħarġu 850 permess ġdid mill-1 ta' Jannar 1995 wara avviż pubbliku li deher f'Ottubru 1994.

SAĦĦA - KONSULENTI ĠODDA

534. L-ONOR. JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li skond il-pjan ta' żvilupp li ġie ppubblikat mid-Dipartiment tas-Saħħa fl-1993 kien hemm imsemmi li kellu jkun hemm espansjoni u appointments ta' konsulenti ġodda f'diversi dipartimenti fil-qasam tas-saħħa u fil-fatt ġew appuntati konsulenti ġodda f'ħafna mill-ispeċjalitajiet, imma għal xi raġuni għalkemm kellu jiġi appuntat konsulent ġdid fid-Dipartiment tal-Ġilda sa l-1995/96 dan il-post qatt ma nħoloq, minkejja li l-problemi tal-ġilda fosthom kanċer tal-ġilda qegħdin dejjem jiżdiedu u minkejja li l-poplu qed isir dejjem aktar konxju mill-problemi li jaffetwaw il-ġilda, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet jeżistu biex dan il-vojt f'dan id-Dipartiment tal-Ġilda jiġi rimedjat?

ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Bħalissa qed tiġi pproċessata sejħa pubblika biex jimtlew żewġ postijiet ta' Konsulent fid-Dipartiment tal-Ġilda.

PROGRAMM TAL-YOUTH EXCHANGES

540. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: In konnessjoni mal-Programm tal-Youth Exchanges, jista' l-Ministru jgħid: Kemm saru żjarat f'Malta matul is-sena 1996 minn żgħażagħ barranin; mil-liema pajjiżi ġew; u kemm kienu t-totali ta' kull grupp li ġie Malta u kemm damet iż-żjara?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Kemm id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport kif ukoll il-Youth Service Organisation fid-Diviżjoni ta l-Edukazzjoni organizzaw żjarat f Malta matul is-sena 1996.
L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra għall-qari.

ĦARĠIET KULTURALI

541. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-interpellanza numru 269 u in vista tal-fatt li l-programm tal-ħarġiet kulturali jinsab avvanzat, il-Ministru huwa mħeġġeġ jagħti tweġiba mill-aktar fis possibbli.
ONOR. EVARIST BARTOLO: Rigward il-Legal Notice indikata mill-Onorevoli interpellant in konnessjoni mal-ħarġiet kulturali organizzati mid-Dipartiment tal-Kultura, jien infurmat li fi żmien meta l-Onorevoli nterpellant kien responsabbli minn dawn il-ħarġiet bħala Segretarju Parlamentari taħt l-Amministrazzjoni preċedenti u ppruvaw japplikaw dan il-Legal Notice, is-servizz mogħti lill-pubbliku ma kienx wieħed sodisfaċenti. Dan in-nuqqas kien wassal lill-Onorevoli nterpellant li ma japplikax il-Legal Notice 144 ta l-1991 u beda jagħti s-servizz dirett lill-individwu partikulari.
Peress li din l-Amministrazzjoni sabet quddiemha programmi kulturali li ġa kienu ippreparati u qegħdin jiġu mwettqa ma kienux possibli li jitwaqqfu. Iżda biex temporanjament jiġi rranġat l-iżball li kien qed isir qabel, intalbu kwotazzjonijiet minn ditti oħrajn, inkluż id-ditta li kien hemm qabel u nstab li dik offruta mid-ditta Garden of Eden kienet l-orħos waħda u l-aktar servizz adekwat peress illi l-coaches huma attrezzati b airconditioners u public address system. Peresss illi l-informazzjoni dwar l-istess kwotazzjonijiet hija ta natura kummerċjali, lest li ngħati kopja ta l-istess lill-Onorevoli Interpellant b mod kunfidenzjali.
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li d-Dipartiment se jagħmel kuntatt ma l-Uffiċċju Ċentrali għal-Servizzi Unscheduled tal-Buses biex jorganizza servizz għall-bqija tal-ħarġiet kulturali kif tapplika il-Legal Notice No. 144.
Rigward kemm għandu coaches il-Garden of Eden, peress illi din hija ta natura kummerċjali, nitlob lill-Onorevoli nterpellant jikkomunika direttament mal-garaxx inkwistjoni. Ninforma li l-parteċipazzjoni record li qed ikollhom dawn il-ħarġiet kulturali qed jiġu wżati madwar 17-il coach kull sessjoni.

MUŻEWIJIET/WIRT NAZZJONALI

542. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-interpellanza numru 358, jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsultazzjonijiet intiżi biex jiġu stabbiliti l-prijoritajiet ewlenin tal-programm ta' riformi fil-Mużewijiet/Wirt Nazzjonali humiex mistennija jbiddlu r-ritmu li kien qabad dan il-programm ta' ħames snin li kien mistenni jiġi komplut fis-sena 2,000?

ONOR. EVARIST BARTOLO: Se jsiru l-konsultazzjonijiet meħtieġa ma dawk kollha nvoluti biex flimkien nistabbilixxu l-prioritajiet ewlenin f dan il-qasam.

ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-ARTI

543. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-interpellanza numru 359, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li biċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti kont qed nifhem il-proġett sħiħ li jinkludi l-bini tat-teatru fuq is-sit tat-Teatru Rjali, għaldaqstant jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 359?

ONOR. EVARIST BARTOLO: Kif diga' kelli okkażżjoni li nwieġeb lill-Onor. Membru fit-tweġiba għall-P.Q. 359, ix-xogħol ta' riabilitazzjoni fis-St. James Cavalier qiegħed jitkompla.
Minkejja li kien ilu jissemma ħafna mill-Gverrn preċedenti l-bini mill-ġdid tas-sit tat-Teatru Rjali, ftit li xejn laħaq sar xogħol konkret fuq dan is-sit. Għaldaqstant, din il-fażi tal-proġett bħal issa hija sospiża.
L-enfasi ewlieni tal-Gvern il-ġdid f'dan l-istadju huwa li jsaħħaħ l-istituzzjonijiet kulturali fil-pajjiż mingħajr ma' jagħlaq il-bieb għal

żviluppi ġodda maħsuba għal dan is-settur.




B'KARA - BAŻILIKA TA' SANT'ELENA

544. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: B'riferenza għall-proċess li kien wasal fl-istadju finali biex il-Bażilika ta' Sant'Elena f'Birkirkara ikollha substation tant meħtieġa, jista' l-Ministru jgħid fiex jinstab ix-xogħol u meta mistenni jitlesta?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-Każ qiegħed jingħata kunsiderazzjoni xierqa mill-Korporazzjoni EneMalta.

KONFERENZA STAMPA F'KASTILJA - RWOL TA' DR GEORGE ABELA

545. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Peress li waqt Konferenza Stampa f'Kastilja ftit jiem wara l-elezzjoni ġenerali, il-Prim Ministru b'risposta għad-domanda li saritlu kien ippreżenta bla mistenni lil Dr George Abela Viċi Kap tal-Malta Labour Party, bħala l-konsulent tiegħu dwar twettieq tal-programm elettorali, jista' l-Prim Ministru jikkonferma dan l-irwol ġdid ta' Dr Abela u jgħid hux jew kemm qed jitħallas?

ONOR. ALFRED SANT: Hu l-Onor. Interpellant li qed jgħid li l-preżentazzjoni ta' Dr George Abela bħala l-konsulent tiegħi kienet 'bla mistenni'. Nikkonferma li Dr. George Abela huwa l-konsulent personali tiegħi fuq materji politiċi, soċjali u legali. Qed inpoġġi l-kopja tal-kuntratt li għandhu Dr. George Abela bħala konsulent fuq il-Mejda tal-Kamra.

PULIZIJA - QBID TA' SNIETER U SHOT GUNS

549. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 262, jista' l-Prim Ministru jgħidli kemm mill-61 senter li ġew ritornati lura, ingħatawx direttament mill-Pulizija mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum?
ONOR. ALFRED SANT: Mill-61 senter li ġew ritornati matul l-1996, seba' snieter ingħataw lura direttament mill-Pulizija mill-1 ta' Novembru 1996.

BIRGU - MONUMENT TA' JUM IL-ĦELSIEN

558. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li l-monument li jfakkar it-tluq ta' l-Ingliżi minn Malta fl-1979, il-Monument ta' Jum il-Ħelsien fil-Birgu, tħalla fi stat mitluq, jista' l-Ministru jgħidilna hemmx ħsieb li dan il-monument jerġa' jingħata il-ġieħ li jixraqlu?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant li l-manutenzjoni tal-monumenti pubbliċi mhiex responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi.
Nissuġġerixxi lill-Onorevoli nterpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lit-Taqsima għat-Tiswija u Restawr fil-Ministeru għax-Xogħolijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.

QORMI - POLIKLINIKA - ILMA FIL-BASEMENT

559. L-ONOR. KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li fil-poliklinika ta' Ħal Qormi minn dejjem kien hemm problema ta' leakage ta' ilma fil-basement ta' l-imsemmi post?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Kull informazzjoni tindika illi l-problema ta'ilma fi-basement taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal-Qormi ilha teżisti mill-ftuħ taċ-Ċentru.

QORMI - SISTEMA TAD-DAWL

560. L-ONOR. KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-poliklinika ta' Ħal Qormi hemmx sistema ta' backup ta' dawl ta' emerġenza u generator? Jekk din għada ma ġietx installata hemm il-ħsieb li dan in-nuqqas serju jiġi rranġat mill-aktar fis?
Yüklə 1,42 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   18




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin