Debates tal-kamra tad-deputati



Yüklə 1,42 Mb.
səhifə16/18
tarix30.01.2018
ölçüsü1,42 Mb.
#41308
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   18

ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nirreferi l-Onorevoli nterpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija Numru 525.

FGURA - TRIQ ĦAŻ-ŻABBAR - TISWIJA

561. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li Triq Haż-Żabbar, fil-Fgura hija fi stat verament tal-biki, jista' l-Ministru jgħidilna xi ħsieb hemm sabiex din it-triq prinċipali fil-Fgura tiġi rranġata għal stat diċenti?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ir-responsabilta' biex titranġa Żabbar Road, il-Fgura hija primarjament tal-Kunsill Lokali. Il-Gvern, permezz tad-Dipartiment tat-Toroq daħal biex jgħin sabiex din it-triq titranġa.
Hija x-xewqa tal-Kunsill Lokali li qabel ma' jingħata wiċċ ġdid, jinqalgħu s-siġar u jitqiegħdu servizzi ġodda fil-bankini mill-Korporazzjoni ta' l-Ilma. Diġa nbeda "pilot work" u nqalgħu ftit siġar u deher ċar li l-friegħi tad-dranaġġ u ta' l-ilma jistgħu jinqalgħu ma' l-għeruq.
F'laqgħa li saret xi jiem ilu bejn il-Kunsill tal-Fgura, id-Dipartiment tat-Toroq u d-Dipartimenti l-oħra tal-Gvern konċernati f'dan ix-xogħol sar pjan kif se jsir ix-xogħol li ma jinkludiex biss Żabbar Road, imma anke t-toroq l-oħrajn li għandhom bżonn "resurfacing" minħabba tpoġġija ta' mains ta' l-Ilma. Ix-xogħol ser jinkludi fost oħrajn it-tpoġġija ta' "dual mains" tad-drenaġġ u l-ilma f'Żabbar Road, l-estenzjoni tal-main tad-drenaġġ fi triq il-Ġiżi kif ukoll il-kostruzzjoni ta "storm water culvert" ġdid f'Żabbar Road. Se jitpoġġew ukoll pajpijiet ġodda tat-Telemalta għal-cables tagħha u jsiru bankini ġodda f'Żabbar Road b'tali mod li jipprovdu aktar spazju għal parking. Se jinżergħu wkoll pjanti fuq il-bankini li huma addattati għal dan il-post. Ix-xogħol fuq dan il-proġett diġa beda.

BORMLA/KALKARA - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI

562. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali li tlestew f'St. Liena, Bormla u fil-Kalkara ġewx allokati kollha?
ONOR. FREDDIE PORTELLI: L-appartamenti f'St.Liena, Bormla li ħarġu għall-allokazzjoni taħt Avviż 56 ġew allokati waqt li dawk tal-Kalkara li ħarġu taħt l-Avviż Numru 57 (għall-Bejgħ) u taħt Avviż Numru 58 (għall-Kiri) qegħdin fil-proċess ta' allokazzjoni.

SAĦĦA - TOBBA BARRANIN

563. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' tobba barranin li huma mpjegati mas-Servizz pprovdut mill-Gvern? Jista' jekk jogħġbu jagħti "breakdown" skond l-isptar jew units oħra fejn qegħdin?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' tobba barranin li qed jagħtu servizz ipprovdut mill-Gvern huwa kif jidher hawn taħt:


Sptar San Luqa










Anestesija

21

Ostetricja u Ġinekoloġija

1

Oftalmija

1

Ortopedija

6

Patoloġija

1

Radjoloġija

4

Kirurġija

6

Neuro-Mirurġija

1

Residenza San Vinċenz 1





Sptar Ġenerali Għawdex










Anestesija

2

Mediċina

1

Ostetricja u Ġinekoloġija

1

Kirurġija

2

Patoloġija

1

Radjoloġija

1




50

SAĦĦA - UŻU TA' L-ISKOLA TAL-PIETA'

564. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward x'użu se jsir mill-iskola tal-Pieta' viċin l-iSptar San Luqa min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: L-iskola tal-Pieta' taqa taħt id-Dipartiment tal-Edukazzjoni.


TURIŻMU - RAPPORT DWAR L-INDUSTRIJA TAT-TURIŻMU

577. L-ONOR. MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 271 u għat-tqegħid fuq il-Mejda tal-Kamra ta' l-Executive Summary tar-rapport kummissjonat lil De Loitte & Touche, jista' l-Ministru jgħid:- (a) jekk jaqbilx mal-premessi u l-kondizzjonijiet kollha li jwasslu għall-konklużjonijiet li ħarġu bihom il-konsulenti; (b) jekk jaqbilx mar-rakkommandazzjonijiet kollha li ġew sottomessi? F'każ negattiv, jista' l-Ministru jgħid fejn ma jaqbilx u r-raġunijiet għaliex?

ONOR. KARMENU VELLA: L-Onor. Interpellant jifhem illi r-rapport imsemmi jikkomprendi premessi u konsiderazzjonijiet li waslu għal konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet li ħarġu bihom il-konsulenti.

Naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza l-fatt li kull min jaqra r-rapport jista' jaqbel jew ma jaqbilx mal-kontenut jew partijiet mill-kontenut tiegħu.



AIR MALTA - LINJA TA' L-AJRU AZZURRA AIR

578. L-ONOR. MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-linja ta' l-ajru Azzurra Air li fiha l-Air Malta għandha investiment sostanzjali li dwaru jeżisti kunsens unanimu fil-pajjiż ma bdietx topera kif ippjanat f'Novembru li għadda? X'inhi l-qagħda llum u x'inhi l-agenda operativa futura ta' l-Azzurra Air fil-ġejjieni qarib? X'tip ta' ajruplan tħaddem l-Azzurra Air fuq ir-rotot li sservi?

ONOR. KARMENU VELLA: Meta nbidel il-Gvern fis-26 ta' Ottubru 1996 il-proġett AZZURRAair kien ilu li ġie approvat kemm mill-Board tad-Diretturi ta' l-Air Malta kif ukoll mill-Gvern ta' qabel. Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant ma kien hemm l-ebda "kunsens unanimu fil-pajjiż.". Il-proġett kien diġa' iffinalizzat. Skond il-pjanijiet li kienet qegħda segwi l-Air Malta, l-AZZURRAair suppost bdiet topera minn April ta' l-1966. Għal diversi raġunijiet din id-data ġiet posposta għal diversi drabi. L-aħħar 'target date' kienet dik ta' l-10 ta' Diċembru 1996. L-ebda data fix-xahar ta' Novembru ma kienet imsemmija. L-Ajruplani ta' l-AZZURRAair huma l-istess ajruplani (tip RJ85) li nxtraw xhur qabel ma ġie finalizzat il-ftehim ma AZZURRAair u li x-xiri tagħhom ġie approvat kemm mill-Bord tad-Diretturi ta' l-Air Malta (inizjalment fit-ta' April 1996) kif ukoll mill-Gvern ta' dak iż-żmien. Il-kuntratt tax-xiri ta' dawn l-ajruplani ġie approvat mill-Bord tad-Diretturi ta' l-Air Malta fis-7 ta' Mejju 1996.

Ir-rotot li qegħda topera huma bejn Bergamo u Ruma, Bergamo u London City Airport, u Bergamo u Charles De Gaulle Airport, Parigi.



TURIŻMU - SODOD LIĊENZJATI FIL-KATEGORIJA DE LUXE

579. L-ONOR. MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sodod liċenzjati fil-kategorija De Luxe (li sussegwentement ġiet ekwiparata għall-Five Star) f'dawn iż-żmenijiet:- Ġunju 1971; Diċembru 1971; Ġunju 1987; Diċembru 1987; Diċembru 1992 u Novembru 1996? Meta, f'liema stabbilimenti u f'liema ammonti hu mbassar li se jkun hemm żieda ta' sodod f'din il-kategorija? Meta mqabbla mas-settur kollu ta' l-akkomodazzjoni, x'kienet u x'inhi l-perċentwali ta' sodod De Luxe/Five Star fix-xhur imsemmija aktar 'il fuq kif ukoll kemm hi mbassra tkun l-istess perċentwali sena b'sena matul il-ħames snin mill-1997 sa l-2001?
ONOR. KARMENU VELLA: Peress li l-klassifika tal-lukandi saret għall-ewwel darba fl-1973 ma tistax tingħata informazzjoni kif mitluba għas-sena 1971. Barra minn dan peress li l-għadd ta' sodod huwa aġġornat kull l-aħħar tas-sena, qed nagħti l-informazzjoni mitluba a bażi ta' Diċembru.

In-numru ta' sodod fil-lukandi De Luxe jew 5-Star kif kien u kif inhu proġettat sa llum huwa kif ġej:-






Sodod 5-Star

Total Sodod

Persentagg

DICEMBRU 1986

1720

33190

5.2%

DICEMBRU 1987

1772

38349

4.5%

DICEMBRU 1992

1088

47814

2.3%

DICEMBRU 1996

1774

51152

3.5%

DICEMBRU 1997

3744

55732

6.7%

DICEMBRU 1998

4644

58844

7.9%

In-nuqqas ta' sodod fil-5-Star, u konsegwentement it-tnaqqis fil-persentaġġ għal Diċembru 1992, meta mqabbla ma Diċembru 1987, huwa riżultat tal-bidla fis-sistema ta' klassifikazzjoni (fosthom minn De Luxe għal 5-Star) li seħħet fl-1989 u wkoll għaliex il-Lukanda Phoenicia kienet għalqet temporanjament.

DJAR - PLOTS

683. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw "plots", djar u appartamenti bejn l-1 ta' Ġunju 1987 u l-31 ta' Ottubru, 1996 kategorizzati skond lokalita', s-sena li fiha ġew allokati u jekk ingħatawx mill-Awtorita' tad-Djar jew mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?

ONOR. FREDDIE PORTELLI: L-Awtoriata' tad-Djar ħarġet dan li ġej:

Plots



Sena

Numru ta'Plots

Data tal-harga tal-Gazzetta tal-Gvern

1988

975

20-10-88

1989

600

23-10-89

1990

500

03-09-90

1991

299

30-05-91

1993

244

30-07-93

Djar u Appartamenti




1987

17

05-11-87

1988

58

26-02-88







07-12-88

1989

494

27-01-89







09-03-89







17-04-89







13-06-89







15-09-89







14-12-89

1990

86

02-08-90







04-09-90

1991

731

13-02-91







24-04-91







23-08-91







21-11-91

1993

51

29-04-93

1994

85

26-05-94

1995

255

22-02-95







26-06-95







28-09-95

1996

524

29-07-96







06-09-96

Rigward il-lokalita' l-Onor. interpellant jista' jirreferi għall-Gazzetti tal-Gvern imsemmija fuq.




AWTORITA' TAD-DJAR - SKEMI

684. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-iskemi kollha maħruġa mill-Awtorita' tad-Djar u/jew id-Dipartiment ta' l-Akkomoazzjoni Soċjali u li għadhom fis-seħħ?

ONOR. FREDDIE PORTELLI:


Skema

Data tal-Pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern

Gazzetta tal-Gvern

I - Xiri ta' djar ta'abitazzjoni tal-Gvern mill-inkwilini

27-05-95

16128

J - Sussidju fuq kera ta' residenzi privati

01-09-95

16159

K - Fidi ta' ċnus fuq HOS plots ta' wara 1977

29-08-95

16157

L - Sussidju fuq xogħolijiet ta' rranġar fi djar privati minn inkwilini

27-02-96

16242

M - Sussidju fuq Xiri u fuq xogħolijiet ta' tranġar u titjib ta' djar privati

22-07-96

16307

N - Sussidju fuq xogħolijiet ta' rranġar u titjib f'residenzi privati mis-sidien

22-07-96

16307

P - Fidi ta' ċnus ta' HOS plots allokati mill-Lands Department

13-08-96

16316


AWTORITA' TAD-DJAR - KONSULENT DR STEFAN BUONTEMPO

685. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Peress li fi Press Release Nru. 1800 maħruġa fil-5 ta' Novembru, 1996 il-Ministru jgħid li għandu bħala konsulent lill-Dr Stefan Buontempo, jista' l-Ministru jgħid meta ġie mqabbad Dr Buontempo? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol tiegħu u jekk ġie ffirmat kuntratt tista' kopja tiegħu titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? X'benefiċċji għandu Dr Buontempo?

ONOR. FREDDIE PORTELLI: Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' Dr.Stefan Buontempo, liema kuntratt huwa mibni fuq wieħed "standard" għall-konsulenti.

DJAR - PRESS RELEASE 1800
686. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-Press Release Numru 1800, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma b'mod speċifiku l-affarijiet urġenti li ġew diskussi?
ONOR. FREDDIE PORTELLI: Ninforma l-Onor Membru li waqt il-laqgħa mad-Direttur ta' l-Uffiċju Konġunt ġiet diskussa partikolarment l-iskema li kienet qed titħaddem mid-Dipartiment. Ġiet trattata il-qagħda amministrattiva kif ukoll il-fatt li l-listi ta' korrezzjonijiet li kienu ġew preżentati lill-Ministru preċedenti kienu għadhom ma tpoġġewx fuq il-Mejda tal-Kamra u fil-fatt poġġejthom jiena fis-seduta numru 2 tat-Tnejn, 9 ta' Diċembru 1996, tal-Kamra tad-Deputati.


DIPARTIMENT GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - PUNTI LILL-APPLIKANTI

687. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jispjega l-kriterji li fuqhom jingħataw il-punti lill-applikanti mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali?
ONOR. FREDDIE PORTELLI: Applikanti jingħataw punti l-ewwel fuq id-daqs tal-familja, l-eta' tal-membri, jekk it-tfal ikunu ta' sess differenti u jekk il-familja tkun tgħix ma' familja oħra. Imbagħad jingħataw punti li jiddependu fuq id-daqs u l-kummditajiet tad-dar tal-applikant u l-kundizzjoni tagħha. Fl-aħħar jingħataw punti skond id-dħul tal-applikant, xi mard jew inkapaċita, kif ukoll għaż-żmien li jkun ilhu japplika.

PBS - RAPPORT

701. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk min għamel ir-rapport dwar il-Public Broadcasting Services, jiġifieri l-Enemalta, il-Management Systems Unit, it-Telemalta, id-Drydocks u oħrajn tħallsux tax-xogħol li għamlu u jekk fl-affermattiv, kemm kien il-ħlas f'kull każ? Dawk li għamlu dawn ir-rapporti intalbu jagħmlu dikjarazzjoni ta' interess fis-sens li ma jaċċettawx karigi fl-azjendi li dwarhom irrapportaw?
ONOR. ALFRED SANT: Il-konsulenti li għamlu r-rapporti li qed jirreferi għalihom l-Onor. Membru tħallsu Lm700 kull wieħed.

Kull konsulent intrabat professjonalment li jirrispetta l-provvedimenti ta' l-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali u ta' l-Att dwar is-Segretezza Professjonali.



MOSTA - TRIQ ĠUŻEPPI HYZLER

702. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi biex fi Triq Ġużeppi Hyzler, fil-Mosta fejn la hemm main ta' l-ilma u lanqas triq tajba, isiru arranġamenti biex dawn il-familji li ilhom jinqdew bis-servizz tal-bowser għal ta' l-inqas ikollhom servizz ta' l-ilma temporanju kif ukoll li tiġi rranġata t-triq?

ONOR. CHARLES BUHAGIAR: It-Triq Ġużeppi Hyzler, Mosta hija magħmulha min blat tal-qawwi. Il-wiċċ tat-triq għad irid jiġi mbaxxi, tant li f'xi postijiet hemm pied u nofs x'jitbaxxa.
F'kundizzjonijiet bħal dawn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma tistax tgħaddi kanen permanenti u wisq inqas temporanji. Il-kanen żgur isofru ħsarat permezz ta' traffiku tqil u x-xogħol ta' rranġar tat-triq.
Qiegħed isir programm ta' xogħol li għad irid isir biex każijiet bħal dawn ikunu solvuti kollha. Madankollu ir-responsabbilta' għal formazzjoni u l-irranġar tat-triq sakemm din tiġi asfaltata hija tas-sidien li bnew djar għal fuq din it-triq.
Id-Dipartiment tat-Toroq ma jistax jasfalta' din it-triq qabel is-servizzi kollha ikunu tqiegħdu b'mod permamenti.

MAGĦTAB - "DUMPING SITE"

703. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Ġaladarba "d-dumping site" tal-Magħtab fuq in-naħa tal-kosta waslet fi tmiem tagħha, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tan-Naxxar għandux jidħol fi proġett ta' "landscaping" tal-kosta biex ma jibqax jidher l-effett ta' din id-"dumping site"?
ONOR. CHARLES MANGION: Ma jidhirlix li għandi nkun jien li ngħid lill-Kunsilli Lokali x'għandhom jew x' ma għandhomx jagħmlu.

Skond id-disposizzjonijiet ta' Artikolu 33 (1) (f) ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali hija l-funzjoni ta' kull Kunsill Lokali "li jagħmel rakkomandazzjonijiet lil kull awtorita' kompetenti għal jew dwar xi skema ta'ppjanar jew bini.....".

Għaldaqstant il-Kunsilli Lokali għandhom jiġu kkonsultati fuq l-ippjanar ta' xi proġett.


ENEMALTA - PROĠETT TA' "STREET LIGHTING"

704. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta hijiex se tinvolvi lill-Kunsilli Lokali fil-proġett ta' "street lighting"? Jista' l-Ministru jgħid kif se jitwettaq dan il-proġett?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni EneMalta għandha l-ħsieb tinvolvi l-Kunsilli Lokali fi proġetti ta` Street Lighting. Fil-fatt għandhom isiru taħdidiet bejn il-Korporazzjoni EneMalta u l-Uffiċċju responsabbli mill-Kunsilli Lokali dwar din il-ħidma.

SKEJJEL - DUN ĠUŻEPP BRIGHELLA

711. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-istudenti tal-Junior Lyceum Dun Ġużepp Brighella fil-Ħamrun se jerġa' jkollhom għalliem tat-Technical Drawing minflok l-għalliem li kellhom sa l-elezzjoni t'Ottubru 1996, liema għalliem llum mar jaħdem fis-segreterija ta' wieħed mill-Ministri? Jista' l-Ministru jgħid jekk approvax it-trasferiment ta' dan l-għalliem minkejja li ma kellux sostitut immedjat?

ONOR. EVARIST BARTOLO: L-għalliem tat-Technical Drawing li kellha tibda taħdem fil-Junior Lyceum Dun Ġużepp Żammit Brighella il-Ħamrun mis-7 ta Jannar 1997 ma daħlitx għax-xogħol peress li din ma kinitx tiflaħ. Fil-preżent din l-għalliema qiegħda tgħallem f din l-iskola.
Rigward l-għalliem li l-Onorevoli Nterpellant x aktarx qiegħed jirreferi hu għas-Sur Victor Mamo li mar mal-Ministeru tax-Xogħolijiet Pubbliċi.

Rigward l-approvazzjoni uffiċċjali ta dan it-trasferiment ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li s issa m hemmx approvazzjoni.



Yüklə 1,42 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   18




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin