Debates tal-kamra tad-deputati


SLIEMA - TRIQ IL-KBIRA - CAR PARK



Yüklə 1,42 Mb.
səhifə17/18
tarix30.01.2018
ölçüsü1,42 Mb.
#41308
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   18

SLIEMA - TRIQ IL-KBIRA - CAR PARK

712. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jaf il-Viċi Prim Ministru li f'ittra datata 6.6.96, wara li kien sar aċċess fis-sit tal-car park fi Triq il-Kbira, f'Tas-Sliema mill-enforcement officer ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar aktar kmieni f'Mejju 1996, l-avukat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kien ammetta li l-bini tal-car park "mhux eżattament in konformita' mal-pjani għar-rigward ta' bitħa ta' wara u issa ntbagħtet ittra lill-perit ta' l-applikant biex nispjegawlu l-qisien mhux konformi mal-pjanti biex ikun jista' jirregolarizza ruħu? Jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dakinhar sabiex il-bini jiġi konformi "mal-pjanti" u l-bitħa tkun skond il-qisien stipulati fil-pjanti?
ONOR. GEORGE VELLA: B`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 712 mill-Onorevoli G Pullicino, nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li f`Mejju 1996 inħareġ Avviż ta` Twettiq kontra l-iżviluppaturi tal-parkeġġ f` Ta` Sliema għaliex il-bitħa ta` wara ma kinitx konformi mall-permess maħruġ mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Skond parir tekniku mis-Sanitary Engineering Officer għalkemm il-ksur seta` jkun sanzjonabbli, mis-sular terran l-isfel l-istess ksur mis-sular terran il-fuq kellu jiġi regolariżżat.
L-iżviluppaturi tal-parkeġġ f` Ta` Sliema ottemporaw ruħhom ma` dawn il-kundizzjonijiet, neħħew ħajt fis-sular terran u l-qisien saru korretti, ħlief għas-sulari t`isfel li jiġu taħt il-livell ta` triq li fil-fatt huma sanzjonabbli.


SLIEMA - TRIQ IL-KBIRA - CAR PARK

713. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inħarġitx liċenzja mill-Pulizija li tawtorizza it-tħaddim tal-car park ta' Triq il-Kbira f'Tas-Sliema? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' jgħid:- (i) minn meta ħarġet din il-liċenzja; (ii) jekk kienx hemm kondizzjonijiet rigward il-ħinijiet li fihom jopera; u (iii) jekk kienx hemm kondizzjonijiet oħra fil-liċenzja tal-Pulizija?
ONOR. ALFRED SANT: Hemm applikazzjoni pendenti għall-ħruġ ta' liċenza mill-Pulizija għat-tħaddim ta' dan il-car park.


PALAZZ TA' BIGHI

714. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux il-ħsieb tal-gvern preċedenti li:- (1) il-Palazz ta' Bighi jservi ta' ċentru amministrattiv għall-Kunsill Malti għax-Xjenza u Tekonoloġija; u (2) il-bini fuq ix-xellug tal-Palazz ta' Bighi jibqax fih iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza u Teknoloġija?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Fil-preżent il-Gvern qed jistudja l-aħjar użu għall-bini tal-Palazz ta Bighi.


PROĠETT TA' SPTAR ĠDID TAL-GVERN - PERIT PIJU BUSUTTIL

715. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-kont għas-servizzi professjonali li l-Perit Piju Busuttil ta għar-rigward tar-rapport ikkummissjonat mill-Ministeru tiegħek dwar "Il-Proġett ta' Sptar Ġdid tal-Gvern - Tal-Qroqq"?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Il-kont għadu ma ġiex preżentat.

EURO-MEDITERRANEAN CONFERENCE ON LOCAL WATER MANAGEMENT

716. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors li huwa għamel fil-Euro-Mediterranean Conference on Local Water Management li saret dan l-aħħar f'Marsilja, Franza? Minn min kienet iffurmata d-delegazzjoni għal din il-konferenza?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Kopja tad-diskors li sar waqt l-"Euro-Mediterranean Conference on Local Water Management" li saret dan l-aħħar f'Marsilja - Franza, se titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Id-Delegazzjoni kienet tikkonsisti mill-Onor. Ministru Charles Buhaġiar, is-Sur Dennis Azzopardi (Assistent to Private Secretary) minn naħa tal-Gvern u mill-Inġinier Antonio Riolo, Chief Executive u Dr John Mangion, Branch Head (Production) mill-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma.

PTA - BDIL TA' "BUS SHELTERS"

727. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid jekk itteħditx xi deċiżjoni dwar il-bdil tal-"bus shelters" li għandna f'Malta? Jekk iva, meta mistenni li jibdew jinbidlu dawn il-"bus shelters"? Kemm għandna "bus shelters" f'Malta u meta mistennija jinbidlu kollha? Jekk għad m'hemmx deċiżjoni simili, jista' l-Ministru almenu jara li jiġi assigurat li ċerti "bus shelters" jiġu mdawwla? B'mod partikolari jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji biex il-"bus shelters" ta' ħdejn iċ-ċimiterju ta' San Pawl u dak tad-daħla ta' Buġibba, jiddawwlu?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li s'issa għada ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar tibdil ġenerali ta' bus shelters.

F'Malta għandna 276 bus shelter, u, skond il-ħtieġa, dawk li jkollhom bżonn issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa jew inkellha jekk ikunu fi stat ħażin, jinbidlu.


Ser ngħaddi t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.


BIDNIJA - TRASPORT PUBBLIKU

728. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex in-nies tal-Bidnija jkollhom xi tip ta' trasport pubbliku matul is-sena kollha biex jiġi assigurat li dawn il-persuni ma jkollhomx għalfejn jimxu xi tlett kilometri qabel jaslu fuq "bus stop"?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li filwaqt li t-triq li tagħti għal-Bidnija hija waħda tajba, fil-lokalita m'hemmx wesgħa biżżejjed fejn karozza tal-linja tkun tista ddawwar, aktar u aktar meta l-karozza tal-linja tkun mgħobbija bil-passiġġieri.


ĦUT - QBID TA' ĦUT

753. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena bejn l-1981 u l-1996:- (1) Kemm inqabad pixxispad u kemm persentaġġ minnu ġie esportat? (2) Kemm inqabad tonn u x'persentaġġ minnu ġie esportat? (3) Kemm kienu l-valuri annwali ta' l-esportazzjoni msemmija f'(1) u (2)?
ONOR. NOEL FARRUGIA: L-ammont ta' Pixxispad u Tonn maqbud bejn is-sena 1981 u 1996 l-ammount esportat u l-valur anwali ta' l-esportazzjoni msemmija huma kif jidher :-
Tonn


Sena

Qbid

Esportazzjoni

Valur ta' Esportazzjoni

Persentaġġ




Kgs

Kgs

LM

%

1981

32,169

3,519

3,519

10.9

1982

39,804

1,021

1,021

2.5

1983

31,199

Nil

Nil

Nil

1984

20,772

Nil

Nil

Nil

1985

21,288

16,529

26,446

77.6

1986

41,202

5,732

5,135

13.9

1987

36,262

Nil

Nil

Nil

1988

25,390

1,521

1,673

5.9

1989

34,405

5,120

13,375

14.8

1990

48,669

16,590

47,651

34

1991

63,311

23,765

83,949

37.5

1992

48,221

29,500

80,404

61.1

1993

150,834

85,243

336,361

56.5

1994

343,671

187,712

576,128

54.6

1995

353,014

195,996

390,630

55.5

1996

239,867

151,953

303,906

63.3

Pixxispad




Sena

Qbid

Esportazzjoni

Valur ta'Esportazzjoni

Persentaggi




Kgs

Kgs

LM

%

1981

170,905

55,386

85,848

32.4

1982

158,079

68,033

108,853

43

1983

53,014

Nil

Nil

Nil

1984

83,551

Nil

Nil

Nil

1985

96,010

61,000

106,267

63.5

1986

86,693

20,907

35,715

24.1

1987

123,585

6,174

12,831

5

1988

184,731

44,235

89,925

24

1989

107,820

7,683

15,481

7.1

1990

108,879

40,371

90,558

37

1991

105,556

23,297

55,722

22

1992

70,648

7,775

23,667

11

1993

75,516

25,245

66,328

33.4

1994

42,155

Nil

Nil

Nil

1995

58,191

5,834

14,906

10

1996

57,659

6,458

14,328

11.2


MAJJAL/ĊANĠA

754. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena bejn l-1981 u l-1996: (1) Kemm inqatel majjal u ċanga (kgs)? (2) Kemm kien il-prezz medju rispettiv imħallas lir-raħħal?
ONOR. NOEL FARRUGIA: (1) Il-figuri tal-qatla (kilos) tal-majjal u ċ-ċanġa għas-snin 1981-1996 huma kif jidher hawn taħt:


Sena

Majjal

Ċanga




(kilos)

(kilos)

1981

630,286

2,190,054

1982

1,796,916

1,593,695

1983

3,909,526

1,515,694

1984

5,486,525

1,554,580

1985

7,007,717

1,421,630

1986

7,333,687

1,451,564

1987

7,365,846

1,334,990

1988

7,772,971

1,733,481

1989

8,288,543

1,547,898

1990

7,420,154

1,630,782

1991

7,595,290

1,572,860

1992

7,890,273

1,602,539

1993

8,508,311

1,640,065

1994

9,226,789

1,669,923

1995

8,496,963

1,735,446

1996

8,815,220

1,664,810

Il-prezz taċ-ċanga jvarja skond is-suq,fil-fatt f'dawn is-snin il-prezz ta' l-għoġiela varja bejn Lm 1.38,7 il-kilo għall Lm 1.76,6 il-kilo u l-prezz tal-baqar varja bejn Lm 093,3 il-kilo u Lm 1.170 il-kilo.


Il-prezz medju rispettiv imħallas lir-raħħal kien kif jidher hawn taht:-
Sena prezz medju kull kilo (Lm) ghar-raħħala





Barrin

Baqar

Majjali

1981

1.387

1.052

0.792

1982

1.727

1.451

0.875

1983

1.760

1.480

0.855

1984

1.776

1.449

0.830

1985

1.733

1.276

0.830

1986

1.738

1.170

0.790

1987

1.766

1.153

0.790

1988

1.616

1.070

0.700

1989

1.572

1.109

0.700

1990

1.650

1.244

0.700

1991

1.700

1.326

0.700

1992

1.682

1.296

0.700

1993

1.547

1.111

0.840

1994

1.350

0.933

0.840

1995

1.589

0.995

0.840

1996

1.575

1.008

0.840


SAJJIEDA

755. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena bejn l-1981 u l-1996: (1) Kemm kien in-numru ta' sajjieda "fulltime" li rċevew sussidju/loans/grants? (2) Kemm kien l-ammont annwali ta' sussidju/loans/grants?

ONOR. NOEL FARRUGIA: Bejn is-sena 1981 u 1996 in-numru ta' sajjieda full time li rcevew sussidju/loans/grants u l-ammont annwali hu kif imsemmi:-


Sena

Numru ta'sajjieda

Ammont/Grants

1981

13

Lm 28,800

1982

2

Lm 4,068

1983

9

Lm 17,942

1984

2

Lm 3,000

1985

Nil

Nil

1986

11

Lm 26,992

1987

25

Lm 53,451

1988

13

Lm 26,447

1989

Nil

Nil

1990

17

Lm 47,568

1991

7

Lm 17,371

1992

20

Lm 48,417

1993

1

Lm 6,000

1994

6

Lm 18,885

1995

2

Lm 990

1996

4

Lm 13,746


ĦUT - ESPORTAZZJONI

756. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fir-rigward tal-qasam tas-sajd, sena b'sena bejn l-1981 u 1996: (dejjem jekk kien hemm esportazzjoni u eskluż dak mill-fish farms) (i) liema tip ta' ħut ġie esportat; u (ii) l-ammont ta' kull tip esportat?
Yüklə 1,42 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   18




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin