ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-1997 id-Dipartiment tal-Mużewijiet investiga żewġ żoni mhux żviluppati li jinsabu biswiet it-Tempji Neolitiċi ta' Ħal Tarxien. Dawn iż-żoni jinsabu kemm lejn it-Tramuntana kif ukoll lejn il-Punent tal-arja arkeoloġika ta' Ħal Tarxien.
Dawn l-investigazzjonijiet kienu neċessarji sabiex jiġi stabilit il-valur arkeoloġiku ta' dawn iż-żewġ żoni.
L-investigazzjonijiet taw riżultati pożittivi billi ġie stabilit li l-fdalijiet megalitiċi tat-Tempji ta' Ħal Tarxien qed jistendu iktar il-barra mill-arja arkeoloġika li llum qegħda miftuħa għall-pubbliku. Fdalijiet ta' strutturi neolotiċi nstabu kemm lejn it-Tramuntana kif ukoll lejn il-Punent tal-istess tempji ta'Ħal Tarxien.
Ġiet iddentifikata wkoll żona biswiet Triq Santa Monika fejn ma nstabu l-ebda fdalijiet arkeoloġiċi. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet qed jikkonsidra l-possibbilita’ li din iż-żona tiġi wżata biex tinbena daħla alternattiva u ċentru għall-viżitaturi ġdid għall-monument arkeoloġiku ta' Ħal Tarxien.
Għalkemm l-investigazzjonijiet tal-1997 diġa' taw riżultati ċari ħafna, id-dipartiment qed jippjana li jkompli dawn l-investigazzjonijiet preliminari u jikkonkludihom aktar tard din is-sena.
GĦAWDEX - TRIQ IL-KAPUĊĊINI - SKAVAR
13102. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta s'issa lid-Dipartiment tal-Mużewijiet mill-iskavar li qed isir fi Triq il-Kapuċċini r-Rabat, Għawdex?
ONOR. EVARIST BARTOLO: L-iskavi arkeoloġiċi li qed isiru mid-Dipartiment tal-Mużewijiet fi Triq il-Kappuċċini, Victoria, għandhom l-għand li jistabilixxu l-valur arkeoloġiku ta' din iż-żona li tinsab lejn il-Lvant taċ-Ċittadella t'Għawdex.
S'issa dawn l-investigazzjonijiet qed juru li taħt xi tliet metri ta' ħamrija agrikola jinsabu xi fdalijiet ta' strutturi mħarrfa. Jidher li dawn l-istrutturi jistgħu jiġu ddatati għall-perijodu tal-Kavallieri ta' San Ġwann.
L-iskav ta' dan is-sit qed jitkompla, u riżultati ġodda għad jistgħu joħorġu b'riżultat ta' din l-investigazzjoni.
PA - PJAN LOKALI
13105. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema bażi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar iddeċidiet li tlesti l-Pjan Lokali fiż-żmien hekk kif imħabbar f'mistoqsija parlamentari preċedenti, u dan b'riferenza speċjali għall-Pjan Lokali tan-naħa t'isfel ta' Malta li se jitlesta għall-ħabta tas-sena 2002?
ONOR. GEORGE VELLA: Il-Pjan Lokali huwa proċess li jirrikjedi ż-żmien. Bir-riżorsi disponibbli bħalissa jidher illi ma jistax isir progress daqs kemm mixtieq. Għad irid jgħaddi ftit ta' żmien qabel ix-xogħol fuq il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta' Malta jista' jinbeda.
Ta' min isemmi pero' ix-xogħol li sar min-naħa tal-Gvern fuq Pjan Reġjonali għan-Nofsinhar u proġetti ta' titjib u embellishments li qed isiru fin-Nofsinhar ta' Malta.
UNIVERSITA' - SPORTS HALL
13130. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ġewx ivvotati flus biex jitkomplew ix-xogħlijiet fuq l-Isports Hall fl-Universita'?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-futur ta’ l-isports hall qed jiġi evalwat minn bord imwaqqaf apposta. Nagħti t-tagħrif meta jitħejja dan ir-rapport.
DCC - APPLIKAZZJONIJIET
13165. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm fil-perijodu Lulju-Diċembru 1997 kienu l-applikazzjonijiet li dehru quddiem id-DCC b'rakkmandazzjoni ta' approval, iżda mbagħad ġew refused mid-DCC stess? Kemm minn dawn talbu reconsideration? Kemm mit-talbiet għal reconsideration għadhom ma telgħux lura quddiem id-DCC? X'inhi r-raġuni għal dan? Fil-perijodu Jannar - 15 ta' Marzu 1998, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu t-talbiet għall-permess li dehru quddiem id-DCC b'rakkmandazzjoni ta' għoti għall-permess li mbagħad ġew refused mid-DCC stess?
ONOR. GEORGE VELLA: Tabella li turi l-applikazzjonijiet li dehru quddiem id-DCC bejn Lulju 1997 u l-15 ta' Marzu 1998 b'rakkomandazzjoni favorevoli, iżda li ġew rifjutati tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f’din is-seduta.
PA - UNION CLUB - APPLIKAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP
13166. L-ONOR. KARL CHIRCOP staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'deċiżjoni beħsiebha tieħu l-Planning Authority rigward il-listing tal-Union Club issa li saret applikazzjoni għall-iżvilupp tal-lokal?
ONOR. GEORGE VELLA: Id-deċiżjoni dwar il-listing tal-Union Club żgur li tiġi deċiża waqt l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni għall-iżvilupp tal-lokal.
PA - BARRIERA FL-GĦARB, GĦAWDEX
13201. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12363, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta nħareġ il-permess biex tintuża l-barriera għar-radam fl-Għarb? X'kienu l-25 kondizzjoni konnessi ma' dan il-permess, kif kien involut il-Kunsill Lokali ta' l-Għarb? X'sorveljanza qiegħda ssir biex ma jintefax skart li jagħmel il-ħsara u kif qed issir il-kordinazzjoni għal ħruġ ta' liċenzji oħra biex jintużaw barrieri oħra għal użu ta' radam?
ONOR. GEORGE VELLA: Il-permess dwar l-applikazzjoni għall-użu ta' din il-barriera biex tintuża għar-radam ħareġ fl-20 ta' Marzu, 1997. Il-kondizzjonijiet maħruġa mal-permess tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f’din is-seduta.
Il-Kunsill Lokali ta' l-Għarb, f'ittra datata 24 ta' Jannar, 1997 informa lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li l-kunsill m’għandu l-ebda oġġezzjoni għall-iżvilupp propost, sakemm ma jitħallewx jgħaddu vetturi tqal mill-qalba tar-raħal.
L-operaturi tas-sit huma obbligati li jagħmlu sorveljanza biex ma jintefax skart li jagħmel ħsara, skond kif mitlub mill-kondizzjonijiet tal-permess (kondizzjonijiet 5, 6 u 7) li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f’din is-seduta.
Il-liċenzji biex barrieri jintużaw għar-radam qed jinħarġu mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent, wara konsultazzjoni mat-taqsima tal-barrieri u skart ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
SKEJJEL - STUDENTI
13229. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm studenti talbu exemption; u kemm ingħataw din l-exemption mill-iskola qabel għalqu s-16-il sena matul l-1997 f'dawn il-lokalitajiet: Zabbar; Żejtun; u Wied il-Għajn? Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1990-1996, sena b'sena?
ONOR. EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba hija kif se nsemmi:
LOKALITA' ŻABBAR
Snin
|
Nru. ta' talbiet għal exemption
|
Nru ta' talbiet approvati taħt is-16-il sena
|
1990
|
68
|
24
|
1991
|
96
|
50
|
1992
|
104
|
47
|
1993
|
68
|
34
|
1994
|
102
|
47
|
1995
|
100
|
30
|
1996
|
67
|
18
|
1997
|
54
|
14
|
LOKALITA' ŻEJTUN
-
1990
|
61
|
21
|
1991
|
58
|
23
|
1992
|
56
|
18
|
1993
|
64
|
22
|
1994
|
75
|
27
|
1995
|
67
|
22
|
1996
|
36
|
11
|
1997
|
43
|
12
|
LOKALITA' MARSASCALA
-
1990
|
3
|
0
|
1991
|
10
|
2
|
1992
|
9
|
3
|
1993
|
15
|
4
|
1994
|
11
|
5
|
1995
|
11
|
3
|
1996
|
15
|
6
|
1997
|
5
|
1
|
MALTA SOCIETY OF ARTS & COMMERCE - GĦALLIEMA
13257. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10197, jista' l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li r-rati mogħtija fit-tweġiba għolew b'effett mill-1 ta' Jannar, 1996, dawn l-għalliema għadhom jitħallsu bir-rata ta' qabel din id-data u wkoll għaliex għadhom lanqas tħallsu l-arretrati dovuti tad-differenza fir-rata bejn 1996 u 1998?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Is-soċjeta' tal-Arti, Manifattura u Kummerċ mhix azjenda tal-Gvern, u l-għalliema li hemm m'humiex impjegati tal-Gvern. B'danakollu l-Gvern jagħti għajnuna lis-soċjeta' bħala sussidju dipendenti fuq il-fondi disponibbli u l-prijoritajiet ġenerali tal-ministeru. Dan ifisser li l-Gvern mhux obbligat li jagħmel tajjeb għal kull nefqa addizzjonali li jkollha s-Soċjeta' u li tista' tirriżulta mill-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tagħha jew minn xi fattur ieħor.
Din is-sena l-Ministeru nforma lis-soċjeta' li l-allokazzjoni ta' Lm23,000 mhux se tkun maqbuża.
MALTA SOCIETY OF ARTS & COMMERCE - GĦALLIEMA
13258. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10197, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti r-raġuni għaliex - filwaqt li qal li l-għalliema klassifikati mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni bħala akkademiċi tħallsu Lm3.57 is-siegħa fl-1996/97 u 1997/98, fil-fatt bejn Lulju 1997 u Settembru 1997 dawn tħallsu b' Lm2.50 is-siegħa?
ONOR. EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mogħti bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13257 jgħodd ukoll għal din l-interpellanza.
SKEJJEL: NAXXAR - SKOLA SEKONDARJA
13274. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun jiswa il-Belvedere li se jkun mibni fl-iskola sekondarja tan-Naxxar?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ix-xogħol li qiegħed isir fuq wara tal-kumpless tan-Naxxar, li jħares fuq il-Wied tal-Iklin, huwa tkomplija tat-tneħħija ta' ħafna terrapien u fdal ieħor tal-bini li nġemgħa matul għadd ta' snin. Hemm xi materjal li saħansitra ilu miġmugħ hemm sa miż-żmien li kien qed isir il-bini oriġinali. Qed jinħoloq ambjent pjaċevoli minflok dan il-materjal skartat.
Tender tad-Dipartiment tal-Kuntratti għal xogħlijiet meħtieġa ta' 'resurfacing' u upgrading f'dan il-kumpless ingħata fl-1997. Il-valur ta' dan ix-xogħol huwa ta' Lm126,000.
KUMPLESS SPORTIV TAL-MARSA - GRADA
13295. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-gate li tpoġġiet għal ftit żmien u mbagħad tneħħiet fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa fuq in-naħa li tagħti għal Ħal Qormi?
Min kien ta parir lis-Segretarjat biex issir din il-gate u għaliex ma kienx antiċipat li jkun kaġun ta' diffikultajiet meta jkun hemm għargħar minħabba l-maltemp?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba motgħija għall-mistoqsija parlamentari numru 11531 f'Seduta Nru. 183.
U.E. - PROGRAMMI
13334. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċittadin Malti pparteċipa f'dawn il-programmi tal-Unjoni Ewropea matul l-1996 u 1997: Leonardo da Vinċi; Socrates; u Youth for Europe III?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għalkemm kien qed isir xogħol fuq diversi proposti ma laħaq ippartiċipa ħadd fil-Programm Leonardo da Vinci tal-Unjoni Ewropea.
Rigward il-programm Socrates nirriferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11152 mogħtija f'Seduta Nru. 176.
S'issa għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim dwar il-programm Youth for Europe III. Meta dan isir, jingħataw aktar dettalji.
P.A. - SITI B'IMPORTANZA ARKEOLOĠIKA
13385. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12852 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-23 ta' Marzu, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'beħsieba tagħmel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tħares il-fdalijiet arkeoloġiċi li jinsabu fl-inħawi tal-Lukanda Verdala, r-Rabat billi qed jingħad li x'inħawi qrib is-sit se jiġu mogħtija għall-iżvilupp?
ONOR. GEORGE VELLA: Dan kollu jiddependi jekk kemm-il darba l-Awtorita' ta' l-Ippjanar issirilha applikazzjoni biex x'inħawi jiġu żviluppati u speċjalment jekk l-Awtorita' taċċetta li l-inħawi jkunu jistgħu jiġu żviluppati.
Qabel ma x'inħawi qrib il-lukanda Verdala jiġu mogħtija għall-iżvilupp l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tesiġi:
1. Li jsiru investigazzjonijiet biex jiġu lokalizzati kwalunkwe fdalijiet arkeoloġiċi fl-inħawi.
2. B'riżultat ta' dan l-awtorita' tkun f'pożizzjoni li tanalizza jekk l-inħawi għandhomx jiġu żviluppati fit-totalita' jew parti mill-propost żvilupp.
3. F'każ li jkun hemm fdalijiet importanti dawn jiġu konservati.
4. Jiddependi mill-inħawi l-awtorita' wkoll taħseb sabiex jekk ikun hemm bżonn isiru skavi arkejoloġiċi ta' emerġenza bħala parti mill-investigazzjoni.
5. L-awtorita' wkoll taħseb biex issir sorveljanza għal xi skoperti arkeoloġiċi aċċidentali li jistgħu jinstabu waqt l-iżvilupp.
SEGRETARJAT PARLAMENTARI - TRASPORT
13427. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min qed jagħti s-servizz tat-trasport fis-Segretarjat Parlamentari? Liema garaxx? Kif sar il-ftehim? Liema dipartimenti qed jieħdu dan is-servizz tat-trasport?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9630, 10300, 11952, 12332 u W1238.
MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - TENDERS
13442. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Għall-perijodu mill-01.11.96 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender ta' valur akbar minn Lm10,000 ġiet approvata mill-Ministeru tiegħek; il-valur ta' kull tender; lil min ġiet awarded; u n-natura (provvista/xogħol/servizz eċċ) ta' kull tender?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Dokumenti A, B, C, D u E li jirrigwardjaw id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, id-Dipartimenti tal-Libreriji w Arkivji, tal-Kultura u tal-Mużewijiet u l-Universita' ta' Malta rispettivament tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.
Ninsab informat ukoll li d-Dipartimenti tas-Servizzi Korporattivi u tal-Eżamijiet, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali ma ħarġux tenders b'valur akbar minn Lm10,000 matul il-perijodu indikat fil-mistoqsija.
CHADWICK LAKES
13513. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13134, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qattx skedat xi fdalijiet li setgħu nstabu fl-inħawi taċ-Chadwick Lakes?
ONOR. GEORGE VELLA: Skond l-informazzjoni li għandha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-Inventarju tal-Wirt Nazzjonali l-eqreb fdalijiet arkeoloġiċi fl-inħawi taċ-Chadwick Lakes jinsabu madwar 150m fit-tramuntana ta' Wied il-Qlejgħa. Dawn il-fdalijiet jinsabu fuq għolja karatteriżżata minn blat mikxuf li fiha hekk għadd ta' cart-ruts, barrieri antiki, x'aktarx ta' żmien Puniku-Ruman, u xi oqbra. Dawn il-fdalijiet huma protetti skond il-policy ARC 6 tal-Pjan ta' Struttura. L-iskedar komplet ta' dan is-sit għandu jseħħ fil-futur. Madankollu wieħed ma jistax jeskludi l-possibbilita' li hemm xi fdalijiet arkeoloġiċi oħra fl-inħawi. Għalhekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tesiġi li jinżamm kontroll fuq kwalunkwe żvilupp fl-inħawi sabiex sejbiet aċċidentali ma jintilfux.
WIED QIRDA
13552. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Id-Dipartiment ta' l-Ambjent fi ħdan il-Ministeru tiegħek kien b'xi mod involut biex jiġi landscaped parti minn Wied Qirda fejn ammont ta' debris imkaxkar mill-għargħar ta' l-ilma ġie mifrux għal għonq il-blat?
Jekk dan ix-xogħol sar mid-Dipartiment ta' l-Ambjent, min kien il-kuntrattur li tqabbad jagħmel ix-xogħol? Jekk ix-xogħol sar mill-ħaddiema tal-Gvern, liema dipartiment kien assoċjat ma' dan ix-xogħol? Mingħand min ġew mikrija l-inġenji?
ONOR. GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma kienx involut fix-xogħol ta' landscaping ta' Wied Qirda.
KUMITATI SOĊJALI LOKALI - GĦAJNUNIET
13563. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru tax għajnuniet finanzjarji lill-kumitati soċjali lokali fid-diversi rħula li għandna f'Malta? Jekk iva, lil liema għaqdiet/soċjetajiet lokali ngħatat din l-għajnuna u fiex kienet tikkonsisti f'kull każ?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Listi ta' kumitati soċjali lokali li ngħataw għajnuna finanzjarja mid-Dipartimenti taż-Żgħażagħ u Sport u dak tal-Kultura fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura w Arti (Dok. 'A') u mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali (Dok. 'B') tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.
Peress li l-Onor. Interpellant ma rrifera għall-ebda żmien partikolari fit-tweġiba qed ninkludi tagħrif dwar l-1995, 1996, 1997 u 1998.
GĦAWDEX - CITTADELLA
13637. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet qiegħed jieħu d-Dipartiment tal-Mużewijiet dwar il-fdalijiet ta' bini Ruman fil-konfini taċ-Cittadella f'Għawdex? Hemm stabilit xi demarcation line safejn jista' jiġi permess ta' żvilupp f'dawn l-inħawi?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fdalijiet arkeoloġiċi li nstabu fl-inħawi taċ-Ċittadella huma protetti legalment mill-Liġi tal-Antikitajiet, kif ukoll mill-Pjan ta' Struttura.
Iż-żona fejn jinsabu dawn il-fdalijiet ġiet protetta mill-Awtorita' tal-Ippjanar, fuq suġġeriment tad-Dipartiment tal-Mużewijiet, permezz ta' Emergency Conservation Order li nħareġ fid-9 ta' Frar, 1998. Din l-ordni hija valida għal sitt xhur.
Fis-7 ta' April, 1998 l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħadet il-passi neċessarji biex tinserixxi lil dan is-sit arkeoloġiku fil-lista ta' proprjeta' skedata.
Id-Dipartiment tal-Mużewijiet u l-Awtorita' tal-Ippjanar qed jikkollaboraw sabiex jitfassal pjan ta' azzjoni konġunt għall-konservazzjoni ta' dan is-sit arkeoloġiku u tal-inħawi tiegħu.
KOTTONERA - GĦAJN DWIELI - SIT ARKEOLOĠIKU
13638. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi forma ta' rapport dwar sit Arekoloġiku li jinsab viċin il-Mina ta' Għajn Dwieli fil-Kottonera? Xi prekawzjonijiet qegħdin jittieħdu sabiex jiġi salvagwardat dan is-sit?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-sit arkeoloġiku hawn imsemmi - li huwa ffurmat minn tliet oqbra puniċi - ġie skavat mid-Dipartiment tal-Mużewijiet fl-1994. Rapport qasir fuq is-sejbiet li saru waqt din l-investigazzjoni tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.
Id-Dipartiment tal-Mużewijiet, bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tat-Toroq, irnexxielu jikkonserva dan is-sit milli jiġi meqrud għal kollox mill-bini ta' triq ġdida f'dawk l-inħawi. Fuq suġġeriment tad-Dipartiment tal-Mużewijiet, dan is-sit ġie inserit mill-Awtorita' tal-Ippjanar fil-lista ta' proprjeta' skedata, bħala monument arkeoloġiku b'valur ta' 'Grade B'.
Aktar kmieni x-xahar li għadda, beda skav ġdid f'dawn l-inħawi li rriżulta fi skoperta ta' qabar puniku ieħor, xi erba' metri biss il-bogħod mill-ewwel tlieta.
SKEJJEL - ILLITTERIŻMU
13658. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kif wasal il-Ministeru għall-konklużjoni li l-illitteriżmu żdied bi tliet darbiet mill-1985 sa l-1995? Saru mistoqsijiet lil dawk intervistati? Saru reading u writing tests?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Kemm minn stħarriġ taċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja msejjaħ A quantitative Study of Illiteracy at Ħal-Mikteb riċerka magħmula minn Fr Edgar Busuttil SJ u maħruġ miċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja f'Ġunju 1996 u kemm minn riċerka oħra fiċ-Ċentru ta' Malta nstab li 26% tat-tfal li jħallu l-iskola Primarja ma kienux jafu jiktbu u jaqraw. Miċ-ċensiment nazzjonali ħareġ li fl-age group 10-19-il sena fl-1985 kien hemm 538 li ma jafux jaqraw u jiktbu bil-Malti. Fl-1995 il-figura kienet ta' 1,775.
Jekk sarux mistoqsijiet u reading u writing tests, ir-risposta hija fil-pożittiv. Fil-fatt dawn kienu parti mill-għodod użati fir-riċerka fuq imsemmija.
SKEJJEL - FACILITATORS
13659. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni dwar il-provvista ta' facilitators għal tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel Kindergarten; primarji; u sekondarji?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14133 mogħtija f'Seduta Nru. 211.
MALTACOM - ĊIRKOLARI 4/98
14247. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. B'riferenza għaċ-Ċirkolari 4/98 mibgħuta fl-24 ta' Frar, 1998 lill-kapijiet tat-taqsimiet fil-Maltacom dwar l-"assenza minn fuq il-post tax-xogħol minn kunsilliera", jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-Maltacom qed tagħmel distinzjoni fil-ħidma tal-ħaddiema eletti kunsilliera f'kunsilli lokali; u jgħid x'differenza teżisti bejn korsijiet organizzati mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali li għalihom il-kunsilliera ħaddiema tal-Maltacom jistgħu jattendu u l-assenza tagħhom tkun meqjusa bħala leave speċjali bi ħlas, filwaqt li skond l-istess ċirkolari kull ħaddiem kunsillier jassenti ruħu mix-xogħol ieħor tal-kunsill tiegħu, ikun jista' jagħmel hekk, kemm-il darba japplika għal vacation leave u jekk dan jiġi approvat?
ONOR. JOE MIZZI: Iċ-cirkolari msemmija ġiet formulata fuq il-kontenut u r-rakkmandazzjonijiet imxandra f'memo 5/96 maħruġa mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali fil-25 ta' Ġunju 1996 u f'ċirkolari OPM 17/96 maħruġa fis-26 ta' Ġunju, 1996.
CATERING LTD - KUNTRATT
13615. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li kien se jiġi ffirmat ma' Catering Ltd rigward it-tmexxija tal-bar tal-Pixxina Nazzjonali?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Kif diġa' weġibt għall-mistoqsijiet li saruli f'seduta 200, il-kuntratt li għalih qed issir riferenza kien biss draft u mhux iffirmat u għaldaqstant ikun inutli li f'dan l-istadju jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
SEGRETARJAT GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, - KAROZZI
13616. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għal domanda bil-miktub li għamilt fit-3 ta' Frar, 1998 u ċioe' jgħid x'karozzi nkrew mis-Segretarjat għaż-Żgħażagħ, Kultura u Sports għall-użu tas-segretarjat u/jew dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull karozza jgħid mingħand min tinkera, inkluż, jekk ikun garaxx isem is-sid, kemm tinkera u meta bdiet u meta ntemmet kull kirja?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nirriferik għar-risposta li tajtek għad-domanda W1238 mogħtija f'Seduta Nru. 215.
VALLETTA - PUBLIC TELEPHONE BOOTHS
13617. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi sodisfatta t-talba tal-Kunsill Lokali tal-Belt għal żieda ta' public telephone booths fil-Belt?
ONOR. JOE MIZZI: Maltacom diġa' installat għadd ta' cardphones fil-Belt u fiftit ġimgħat oħra se jkunu nstallati t-tnejn li għandhom pendenti; waħda f'Marsamxetto Road u l-oħra f'Fountain Street (ħdejn il-mużew tal-Gwerra).
VALLETTA - TRIQ L-ORDINANZA - BOZOZ
13618. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitbiddlu l-bozoz maħruqa li hemm taħt il-loġoġ fi Triq l-Ordinanza, l-Belt Valletta u li talba dwarhom ilha li saret mill-Kunsill Lokali tal-Belt?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
TEATRU MANOEL
13619. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-irwol tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fit-Teatru Manoel? Jista' l-Ministru jagħti l-kondizzjonijiet tax-xogħol tiegħu inkluż responsabbiltajiet, paga, allowances, faċilitajiet, ħinijiet tax-xogħol, eċċ? Jista' l-Ministru jgħid min appuntah? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux l-istess persuna li jmexxi l-Plus Advertising Ltd?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant hija l-Managing Director tat-Teatru Manoel.
Ir-responsabbilitajiet tagħha jinkludu fost oħrajn, ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mal-qasam drammatiku u proġetti konnessi ma' l-ippjanar, it-tħejjija tal-infrastruttura u programmi futuri tat-Teatru Manoel, is-sorveljar tat-tmexxija ġenerali, relazzjonijiet mal-media u s-sorveljar tal-marketing.
Il-persuna msemmija m'hijiex impjegata tat-teatru iżda għandha allowance ta' Lm166 fix-xahar li jagħmel tajjeb għall-ħinijiet straordinarji li fihom mistennija li taħdem. Huwa jifforma parti mill-kumitat tat-Teatru Manoel li nħatar mill-Gvern.
VALLETTA - TRIQ SANT'ORSOLA - FOND NRU. 57
13620. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi d-domanda bil-miktub li għamilt fl-20 ta' Jannar u ċioe' jgħid fiex wasal l-ipproċessar tat-talba mill-Uffiċċju Konġunt għax-xiri tal-fond 57, Triq Sant'Orsola, il-Belt Valletta u meta hu mistenni li jsir il-kuntratt?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari numru 1,555. M'għandi xejn iżjed xi nżid.
DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI
13691. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,407 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna mill-Ħamrun, li d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali? X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W1,407.
DJAR - INSPECTORS
13692. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,393 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna mill-Imsida, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separtament, jista' jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? Jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W1,393.
DJAR - INSPECTORS
13693. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,392 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna mill-Imsida, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? Jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,392.
DJAR - INSPECTORS
13694. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,391 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? Jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,391.
DJAR - INSPECTORS
13695. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,390 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? Jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,390.
DJAR - INSPECTORS
13696. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,389 u ċioe' għar-rigward tal-persuna, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, li toqgħod f'post ikkundannat, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? Jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamenti bil-miktub numru W1,389.
PULIZIJA - GĦASES
13885. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn għases tal-pulizija f'Malta u Għawdex? Kemm intnefqu flus fuq maintenance ġo kull għassa s-sena l-oħra? Jista' l-Prim Ministru jgħid meta nżebgħet u/jew tbajjdet l-aħħar darba kull għassa (fuq ġewwa)?
ONOR. ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
PULIZIJA - GĦASES
13886. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min jieħu ħsieb it-tindif ta' l-għases tal-pulizija? Kemm hawn persuni fuq dan ix-xogħol? Meta tnaddfet l-aħħar kull għassa?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi t-tindif ta' l-għases tal-Pulizija hija r-responsabbilta' kemm ta' charwomen li qegħdin apposta għal dan ix-xogħol kif ukoll ta' dawk il-membri tal-korp li jkunu xogħol first watch duty, fl-għassa partikolari.
PULIZIJA - LIĊENZJI ĠODDA TAL-KAĊĊA
13887. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 13435 li saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid kemm kien in-numru ta' persuni ġodda li applikaw għal-liċenzja tal-kaċċa s-sena l-oħra? Kemm kienu nisa u kemm irġiel?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi n-numru ta' applikazzjonijiet ġodda għall-liċenzja tal-kaċċa matul l-1997 kien ta' 1319, li minnhom, 1317 kienu minn irġiel.
KUNSILLI LOKALI - ELEZZJONI
13888. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ivvotaw persuni ta' nazzjonalita' barranija f'kull lokalita, fl-elezzjoni li saret għall-kunsilli lokali dan l-aħħar? Kemm ivvotaw fl-elezzjoni ta' qabel fl-istess lokalita'?
ONOR. ALFRED SANT: Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13889.
KUNSILLI LOKALI - ELEZZJONIJIET
13889. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni b'ċittadinanza barranija li setgħu jivvotaw f'kull elezzjoni għall-kunsilli lokali li saret minn mindu dawn twaqqfu? Kemm minnhom fil-fatt ivvotaw f'kull elezzjoni?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' persuni b'ċittadinanza barranija li setgħu jivvotaw f'kull elezzjoni għall-kunsilli lokali li saret minn mindu dawn twaqqfu kien ta' 2,597 fl-1993/1994, 1,486 fl-1996, 1,489 fl-1997 u 1,419 fl-1998.
Dwar kemm minnhom fil-fatt ivvotaw f'kull elezzjoni, nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13888.
KUNSILLI LOKALI - SPIŻA TA' L-ELEZZJONIJIET
13890. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet lill-gvern kull elezzjoni li saret għall-kunsilli lokali min mindu dawn bdew isiru?
ONOR. ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.
PULIZIJA - REATI
14258. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il reat ġie rrapportat lill-pulizija matul ix-xahar ta' Jannar, 1998?
Kemm minnhom kienu serq; urban theft; reati sesswali; frodi; reati vjolenti kontra l-persuna; u serq ta' karozzi?
ONOR. ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12014 magħmulha minnu stess.
PULIZIJA - PUBLIC SERVICE COMMISSION
14259. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm pulizija li għaddejjin minn proċeduri quddiem il-Public Service Commission? X'inhuma l-akkużi? X'inhuma r-ranks tagħhom? Kemm minnhom għaddejjin proċeduri fil-Qorti?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi fil-present il-membri tal-Korp tal-Pulizija li għaddejjin proċeduri quddiem il-Bord tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku huma kif jidher fuq it-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta. Informat ukoll illi fejn ikunu qed jittieħdu proċeduri kriminali, l-każ jiġi riferut lill-Bord tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, wara li dawn il-proċeduri kriminali jkunu eżawriti u skond l-eżitu tagħhom.
VALLETTA - TRIQ MELITA - FOND NRU. 2
14260. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lid-Dipartiment/Awtorita' tad-Djar milli jinstalla l-lift f'Fond Nru. 2, Triq Melita, l-Belt Valletta peress li ħafna mill-inkwilini huma anzjani b'mard kroniku serju b'ħafna taraġ? Qed tingħata importanza lill-eta' ta' l-inkwilini qabel ma ssir deċiżjoni fuq liema bini tal-gvern jiġi nstallat il-lift l-ewwel?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Kif aktarx jaf l-Onor. Interpellant, il-policy ta' dan il-gvern rigward l-istallar ta' lifts f'bini tal-gvern inbidlet minn dik li kienet sa' Ottubru 1996. Fejn qabel kienu jiġu stallati biss lifts f'bini mibni wara l-1986, jiġifieri fejn kien maħsub lift shaft għalihom, illum qed nippjanaw li ninstallaw lifts fejn se nibnu sulari żejda fil-housing estates. Billi qed ikollna ħafna talbiet minn residenti fejn mhux ser isir dal-proġett, bħalissa qed nikkonsidraw il-possibbilta' li nestendu policy anke fejn mhux se jinbnew sulari żejda. Għal raġunijiet finanzjari din il-ħidma, f'dan l-istadju, se tkun limitata' għal fejn joqgħodu residenti b'diżabilita' fiżika.
SAĦĦA - MEDICAL BRIEF
14369. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula l-medical planners ta' l-awditjar tal-medical brief? Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-ebda mill-planners li tefgħu it-tender sabiex jagħmlu dan ix-xogħol ma kienu magħżula? Jista' l-Ministru jikkonferma li t-tender kienet se tiġi awarded lill-kumpannija li tefgħet l-offerta tagħha tard u kien hemm kumpannija oħra li oġġezzjonat u rebħet l-oġġezzjoni?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija lill-Istampa tad-29 t'April, 1998.
TAL-QROQQ - SPTAR IL-ĠDID
14370. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma s-suspension claims mill-kuntrattur li qiegħed jagħmel ix-xogħol ta' kostruzzjoni ta' l-Isptar f'Tal-Qroqq? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' dawn il-claims? Jista' l-Ministru jgħid kif qegħdin ikunu riżolti?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Hemm numru ta' claims li saru mill-kuntrattur u li qed jiġu evalwati mill-PMO hekk kif mitlub mill-kuntratt.
ENEMALTA - BEJGĦ TA' ELETTRIKU
14380. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14317 dwar bejgħ ta' elettriku?
ONOR. LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14317.
WSC - BEJGĦ TA' ILMA
14381. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14318 dwar bejgħ ta' ilma?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari numru 14318.
SIGURTA' SOĊJALI - KAŻIJIET TA' XOKKIJIET
14386. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rrapportati każijiet ta' xokkijiet ta' l-elettriku b'kumplikazzjonijiet; u over-exposure lil gases fuq il-post tax-xogħol matul l-1997 u sa April 1998? Kemm minnhom irriżultaw f'imwiet? Kemm minnhom irriżultaw f'taħrika kontra l-principal ta' l-azjenda minħabba nuqqas ta' ħarsien tar-regolamenti?
ONOR. EDWIN GRECH: Id-Direttur tax-Xogħol irċieva notifikazzjoni waħda ta' każ ta' xokk elettriku li wassal għall-mewt tal-ħaddiem konċernat. Peress li l-każ huwa s-suġġett ta' inkjesta Maġisterjali, ma setgħux jittieħdu passi ulterjuri fil-Qorti. Id-dipartiment ma rċieva ebda notifika ta' over-exposure ta' gass matul l-1997 jew 1998.
SIGURTA' SOĊJALI - SEJBIN GĦOLI TA' ĊOMB
14387. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il taħrika saret kontra prinċipali minħabba s-sejba ta' livelli għoljin ta' ċomb (lead) u Arsenic fid-demm ta' ħaddiema; u asbestosis fil-pulmun ta' ħaddiema fl-azjendi tagħhom matul l-1997 u minn Jannar sa April 1998?
ONOR. EDWIN GRECH: Id-Dipartiment tax-Xogħol ma kellu l-ebda notifika ta' livelli għolja ta' ċomb jew arseniku jew każijiet ta' asbestosis. Minn testijiet li saru fuq ħaddiema mit-tobba ta' l-Occupational Health and Safety Unit ma rriżulta l-ebda każ li kien jimmerita proċeduri fil-Qorti.
SIGURTA' SOĊJALI - NUQQAS TA' ILBIES PROTETTIV
14388. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il taħrika saret lill-prinċipali; u lill-ħaddiema konċernati minħabba nuqqas ta' ilbies protettiv fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel erba' xhur ta' l-1997; u l-1998?
ONOR. EDWIN GRECH: Matul l-ewwel erba' xhur tal-1997 inħarġu erba' taħrikiet kontra prinċipali u xejn kontra ħaddiema dwar nuqqas ta' lbies protettiv.
Matul l-1998 ma nħarġet l-ebda taħrika għall-istess akkuża.
ĦARĠIET KULTURALI
14389. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħarġa kulturali ġiet organizzata mis-Segretarjat għall-Kultura mill-bidla fl-amministrazzjoni 'l hawn? Fejn saru dawn il-ħarġiet? Kemm attendew persuni bħala medja għal dawn l-attivitajiet?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Minn Novembru tal-1996 'l hawn id-Dipartiment tal-Kultura orgainzza b'kollox 31 Ħarġa Kulturali.
L-għadd ta' persuni li attendew dawn iż-żjarat kien 2896. It-tagħrif l-ieħor mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduti.
SPTARIJIET - SOCIAL CASES
14417. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari numru 13361 dwar in-numru ta' social cases ġewwa l-Isptar Zammit Clapp u l-Isptar San Luqa?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.
SPTARIJIET - STAFF FIS-SWALI
14418. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9024 dwar in-numru ta' staff complement għas-snin 1987 u 1997 li saritlu xhur ilu?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Għadu qed isir sforz mid-Dipartiment tas-Saħħa u tad-Dipartiment għal Kura ta' l-Anzjani ħalli jaħdmu l-istaff complement fl-1987. Kif dawn ikunu available, inkun f'pożizzjoni li nirrispondi l-mistoqsija.
TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID
14419. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13847, jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li t-tender għal medical health planners in konnessjoni mal-bini ta' l-isptar il-ġdid jingħata b'direct order? Kemm huwa maħsub li se tkun l-ispiża ta' din id-direct order?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ix-xogħol tal-medical health planners ingħata b'direct order.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija din hija ta' natura kummerċjali.
SPTAR SAN LUQA - WARD WS2
14420. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-Ward WS2 ta' l-Isptar San Luqa kien hemm outbreak ta' gastroenterite fl-aħħar ġimgħa ta' April, tant li pazjenti nżammu fil-ward minkejja li kienu discharged? Saret investigazzjoni dwar il-kaġun ta' dan l-outbreak? Kemm kien hemm pazjenti nvoluti?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nikkonferma li fis-27 ta' April, l-Infection Control Unit ġiet notifikata b'numru ta' każijiet ta' gastroenterite fis-sala WS2. Ittieħdu l-passi kollha mmedjati fil-għaxija stess li kien jinkludi isolament tal-każi ġewwa s-sala stess li ngħalqet għal aktar admissions. In-numru tal-każijiet fit-total kien ta' 11. Saret investigazzjoni kompleta mill-Infection Control Physician ta' l-Isptar San Luqa li kien jinkudi analiżi ta' l-ippurgar tal-pazjenti kollha li minnu ġew esklużi infezzjonijiet minn Salmonella u batterji oħrajn. Huwa probabbli li dan il-każijiet kienu tat-tip virali li jittieħed b'mod respiratorju. Fil-fatt il-każijiet waqfu fi żmien 24 siegħa. Pazjenti nżammu fil-ward għal perijodu ta' ġurnata wara li waqfulhom is-sintomi bħala mezz prekawzjonali.
SPTARIJIET - SWALI TAL-MEDIĊINA
14421. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti rikoverati ġewwa s-swali tal-mediċina individwalment fl-24.4.98? Kemm kien hemm sodod fil-korsiji ta' kull sala rispettivament?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li fl-24 ta' April, 1998 fl-iswali ta' l-Isptar San Luqa kien hemm dan in-numru ta' pazjenti rikoverati u sodod fil-korsiji:
Sala
|
Pazjenti rikoverati
|
Sodod fil-korsija
|
|
(7 am)
|
(7 am)
|
M1
|
23
|
0
|
M2
|
30
|
0
|
M3
|
16
|
0
|
M4
|
36
|
8
|
M5
|
19
|
0
|
M6
|
37
|
6
|
M7
|
17
|
1
|
M8
|
32
|
0
|
CCU
|
11
|
0
|
W/L
|
10
|
0
|
D/L
|
20
|
0
|
SPTARIJIET - SWALI TAL-KIRURĠIJA
14422. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti rikoverati fis-swali tal-kirurġija individwalment fl-24.4.98? Kemm kien hemm sodod fil-korsiji ta' kull sala rispettivament?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li fl-24 ta' April 1998 fis-swali ta' l-iSptar San Luqa kien hemm dan in-numru ta' pazjenti rikoverati u sodod fil-korsiji:
Sala Pazjenti rikoverati Sodod fil-korsija
(7am) (7am)
MS1 43 9
WS1 28 0
MS2 32 1
WS2 37 7
General
Dependency Unit 19 0
S3 19 0
S4 23 0
O1 21 2
O2 17 0
O3 25 3
CTS 7 0
NSU 12 0
ENT 24 0
Opthalmic 3 0
F/L 16 0
Burns 5 0
PULIZIJA - MEMBRI
14432. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' danni kkaġunati fil-vettura li ħabtet magħha l-vettura tal-pulizija fl-inċident imsemmi f'mistoqsija parlamentari numru 14025?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija jkollha biss dettalji ta' ħsarat fil-karozzi privati meta dawn ikunu nvoluti f'inċidenti ma' vetturi tas-servizz. Billi dan ma kienx il-każ, id-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant mhumiex disponibbli.
ĠNEJNA - PROĠETT TAL-BAJJA
14433. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li jiġi jqum il-proġett dwar il-Bajja tal-Ġnejna u t-triq li twassal għall-istess bajja? Hemm il-ħsieb li ssir slipway fl-istess inħawi?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni sħiħa dwar kemm se jiswa dan ix-xogħol għadha qed tinġabar.
Bħalissa qiegħed isir studju dwar il-possibilta' li ssir slipway fl-inħawi.
SERVIZZ ĊIVILI - SENIOR PRINCIPALS
14434. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jiġu impjegati fil-grad ta' Senior Principal dawk l-impjegati li għaddew u ġew approvati għal dan il-grad?
ONOR. ALFRED SANT: Jien informat li l-impjegati li għaddew mill-aħħar proċess ta' l-għażla għall-grad ta' Senior Principal ingħataw il-ħatra fid-29 ta' April 1998, b'effett mit-3 ta' April 1998.
PULIZIJA - BOMB HOAX
14435. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew rapportati bomb hoax? Kemm minnhom saru lil Malta International Airport?
ONOR. ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika l-perijodu li dwaru jrid ikun jaf l-informazzjoni mitluba.
KALKARA BOATYARD LTD.
14442. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permess sabiex Kalkara Boatyard Ltd. tuża l-moll ta' taħt l-ex sptar ta' Bighi fil-Kalkara għat-tiswija u żamma ta' pleasure crafts? Jaf il-Ministru li hemm żgombru għall-użu ta' dan ix-xatt mill-pubbliku?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
SEDQA - KOPERATTIVA 'X'PRESS
14464. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Sedqa talbitx għal xi servizzi mill-Koperattiva 'X'Press? X'kienu dawn is-sevizzi? Meta ntalbu? Xi ħlasijiet saru u xi ħlasijiet jonqos isiru?
ONOR. EDWIN GRECH: Jien informat li l-Aġenzija Sedqa talbet dawn is-servizzi mingħand il-Kooperattiva 'X'-Press:
(i) "Drug and Alcohol Campaign"
"Printing" ta' "Posters" ta' daqs A3 f'Ġunju 1997 għall-prezz ta' Lm346.
(ii) "Advert" dwar "Drink Driving"
"Concept, Design, Production" u "I Beta Tape" f'Novembru 1997 għall-prezz ta' Lm650.
M'għad baqa' l-ebda ħlasijiet x'isiru.
POWER STATIONS - BOILERS
14465. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Kull boiler li għandha l-Korporazzjoni Enemalta fil-Power Stations, jista' l-Ministru jgħid għal-liema tip ta' żejt hu ddisinjat u speċifikament is-sulphur content aċċettabbli f'kull wieħed minn dawn il-boilers?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-boilers kollha li l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku kienu ddisinjati li jaħdmu b'thick fuel oil. Is-sulphur content li hemm imsemmi fl-ispeċifikazzjoni taż-żejt għad-disinn ta' kull wieħed minn dawn il-boilers hu ta' massimu ta' 3.5% fil-piż.
SPINOLA - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ
14466. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12488, jista' l-Ministru jgħid xi progress sar sal-lum? Saru aktar testijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat illi minn meta ngħatat tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12488 komplew isiru testijiet fuq is-sistemi tad-drenaġġ ta' din l-akwata.
F'każ minnhom irriżulta li sump komuni kienet difettuża. Wara li nħareġ avviż din ġiet imsewwija għas-sodisfazzjon tad-Dipartiment tas-Saħħa.
EDUKAZZJONI - PROGRAMM SOCRATES
14467. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12080, jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus? Kemm huwa maħsub li jibbenefikaw studenti, lecturers u professuri matul din is-sena?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
BIRKIRKARA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA
14468. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12452, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fuq iċ-ċentru tas-saħħa f'Birkirkara?
Jista' l-Ministru jikkonferma li dan iċ-ċentru se jitkompla u meta hu maħsub li se jinfetaħ?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari numru 13139.
SKEJJEL - STUDENTI
14469. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12509, jista' l-Ministru jgħid x'kienu ċ-ċifri għas-snin 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996 u 1997?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
GĦAWDEX - NADUR TAL-QORTIN
14513. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Wara li dan l-aħħar il-Prim Ministru żar il-bażi tal-Forzi Armati fin-Nadur tal-Qortin f'Għawdex li fiha qegħdin isiru xogħlijiet ta' tibdil u tkabbir, jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet qegħdin isiru u jekk dawn ix-xogħlijiet humiex strutturali? Kemm hu stmat li se jiswa x-xogħol? Saret xi applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jekk le, għaliex? Għal-liema skop qegħdin isiru dawn ix-xogħlijiet? Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx eżerċizzju ta' cost effectiveness u cost benefit analysis qabel ma ngħatat l-approvazzjoni għal dawn ix-xogħlijiet?
ONOR. ALFRED SANT: Jien informat li x-xogħlijiet li qegħdin isiru fil-bażi ta' l-Armata fin-Nadur tal-Qortin f'Għawdex huma ta' alterazzjonijiet interni, tneħħija ta impjant qadim ta' l-air conditioning, bini ta' ħitan bil-ġebel, ftuħ ta bibien, manifattura ta' aperturi, xogħol ta' l-elettriku, ilma, drenaġġ u ħtigijiet oħra sanitarji kif ukoll tqegħid ta' madum ta' l-art u tal-ħajt, tibjid u żebgħa. Ix-xogħlijiet huma stmati li ser jiswew madwar Lm12,500.
Jien informat li peress li x-xogħlijiet li qegħdin isiru huma ta' natura nterna fil-bini ma nħassitx il-ħtieġa li ssir applikazzjoni lill-Awtorita ta' l-Ippjanar.
L-iskop ta' dawn ix-xogħlijiet huwa biex dan il-post isir addattat għat-taħriġ meħtieġ lill-membri ta' l-Armata.
Dan huwa skond dak li kien propost fil-White Paper fuq il-Modernizzazzjoni tal-Ħila Militari tal-Forzi Armati ta' Malta u li ġie approvat. Il-White Paper kienet issemmi l-potenzjal li post bħal ma huwa l-bażi tal-Qortin jista' joffri lill-Armata. Fil-fatt m'għadx fadal alternattiva għal post ieħor ta' taħriġ f'dawn il-gżejjer minħabba li postijiet simili f'Malta li normalment jintużaw għal dan il-għan m'għadhomx jistgħu jintużaw wisq peress li l-artijiet viċin it-training areas ġew mogħtija għal bini.
Għal dawn ir-raġunijiet ma kienx hemm ħtieġa li jsir eżerċizzju formali ta' cost benefit analysis.
AVVENIMENTI STORIĊI
14517. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet il-ħidma biex jiġu ċċelebrati l-avvenimenti li ġraw f'Malta fis-snin 1798-1800?
ONOR. ALFRED SANT: Il-ħidma biex jitfakkru l-ġrajjiet li seħħew f'Malta bejn l-1978 u l-1800 hija mżewqa u mifruxa f'għadd ta' oqsma.
Diġa' inbdiet sensiela ta' taħditiet lit-tfal ta' l-iskejjel minn storici magħrufin. Dawn qegħdin isiru kemm fl-iskejjel u kemm waqt ħargiet fl-imkejjen li fihom seħħew il-ġrajjiet 200 sena ilu. Qegħdin jitħejjew taħditiet bl-għajnuna ta' films u materjal viżiv fl-Universita li jitkellmu dwar il-ġrajjiet ewlenin li seħħew fis-sentejn imsemmija. Se jitla' dramm fl-Iljieli Mediterranji fl-Argotti biex jitfakkru dawn il-ġrajjiet u l-persunaġġi li ħadu sehem fihom. Se jinġiebu wkoll 500 attur minn pajjiżi Ewropew li jaħdmu l-parti tar-reġimenti ta' nazzjonalitajiet diversi li ssieltu f'pajjiżna dak iż-żmien. Dawn l-ispettakli mistennija jiġbru għadd kbir ta' spettaturi fl-imkejjen fejn seħħew l-għemejjel u l-ġrajjiet ta' 200 sena ilu.
Is-sehem tal-personaġġi Maltin se jkun fil-qalba tal-ħidmiet kollha li se jsiru u li se jingħataw bidu f'dawn il-jiem.
IMPJIEGI - XOGĦOL PART-TIME
14518. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies kienu jagħmlu xogħol part-time bħala x-xogħol prinċipali tagħhom flimkien ma' xogħol ieħor, f'April 1998? Kemm minnhom kienu nisa/irġiel?
ONOR. EDWIN GRECH: Fl-aħħar ta' Jannar 1998 kien hemm 4,951 irġiel u 7,781 nisa, total ta' 12,732 persuna li kienu jagħmlu xogħol part-time bħala xogħol prinċipali tagħhom. Fl-istess żmien kien hemm 11,518-il raġel u 3,393 mara, total ta' 14,911 persuna li kellhom impjieg full time flimkien ma' xogħol part-time.
IMPJIEGI - REDUNDANCY
14519. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies tilfu x-xogħol minħabba redundancy matul Marzu 1998?
ONOR. EDWIN GRECH: Fl-aħħar ta' Marzu 1998, kien hemm 174 persuna li tilfu xogħolhom minħabba redundancy.
IMPJIEGI - PERSUNI QEGĦDA
14520. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm minn nies li jirriżulta li kienu qegħda fl-aħħar ta' Marzu 1998 kienu taħt it-tletin (30) sena?
ONOR. EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni qegħda taħt it-30 sena fl-aħħar ta' Marzu 1998 kien ta' 2,742.
WSC - XOGĦOL TA' REKLAMAR
14521. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-WSC għandhiex xi ditta/kumpannija li tagħmel xogħol ta' reklamar għall-istess WSC u jekk fl-affermattiv: 1) min hi din il-kumpannija; 2) meta ġie awarded il-kuntratt; 3) x'inhu l-valur annwali ta' dan il-kuntratt; 4) min huma d-diretturi ta' din il-kumpannija; 5) jekk din il-kumpannija ġietx magħżula wara sejħa pubblika u, jekk fl-affermattiv, min kienu d-ditti l-oħra li pparteċipaw kif ukoll il-valur ta' kull offerta?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-AKWAKULTURA
14522. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 14320, jista' l-Ministru, dejjem fir-rigward tas-servizzi offruti minn Dr. Le Breton, jgħid: 1) kemm hu s-salarju fix-xahar ta' dan il-veterinarju; 2) x'kondizzjonijiet oħra (perks) hemm marbuta ma' l-istess salarju?
ONOR. NOEL FARRUGIA: B'riferenza għal din il-mistoqsija nixtieq ninformak li l-kuntratt qed jiġi ffinalizzat fuq il-bażi tal-kuntratt l-antik li minbarra s-salarju jinkludi wkoll ħlas ta' insurance professjonali, ħlas tal-Bolla fi Franza, car allowance, biljett ta' l-ajru fis-sena għall-familja tal-konsulent u spejjeż ta' l-edukazzjoni għat-tfal fi skola lokali.
ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-AKWAKULTURA
14523. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14319 dwar sahra fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-AKWAKULTURA
14524. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 14321, jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki u x'esperjenza għandu s-Sur David Bonelli fil-qasam jew industrija ta' l-Akwakultura?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
GĦAWDEX - MARSALFORN - RIABILITAZZJONI TAX-XTAJTA
14534. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9118, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx ġie kkummissjonat l-EIA fuq il-proġett ta' submerged breakwater f'Marsalforn u jekk fl-affermattiv, x'kien l-eżitu tar-rapport?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
GĦAWDEX - PERIT INKARIGAT MIX-XOGĦLIJIET TAL-GVERN
14535. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8797 minn fejn jirriżulta li l-Perit residenti f'Għawdex inkarigat mix-Xogħlijiet Pubbliċi ilu li rriżenja mis-servizz minn Lulju tas-sena l-oħra, jista' l-Ministru jgħid jekk humiex ħerġin applikazzjonijiet għall-mili tal-post vakat biex il-Gvern ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu is-servizz ta' Perit residenti f'Għawdex kif kien hemm minn dejjem?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
TURIŻMU - DĦUL MINN NIES GĦAWDXIN
14536. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13815, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dik il-parti tar-rapport li turi stima ta' Lm30 miljun dħul għal Għawdex ta' kull sena mit-turiżmu?
ONOR. KARMENU VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
DCC - ĦLASIJIET
14540. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 13578, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar għaliex ma tħallsux flus lura wara approval f'reconsideration meta ħafna drabi l-bidla fid-deċiżjoni tkun riżultat ta interpretazzjoni żbaljata tar-regoli tal-Planning Authority fl-ewwel lok?
ONOR. GEORGE VELLA: Il-liġi ma tikkontemplax mekkaniżmu għal refund ta' ħlas lura wara reconsideration.
ĠONNA PUBBLIĊI - TJUR
14541. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jitneħħew minn fejn qegħdin it-tjur li hemm f'diversi ġonna pubbliċi? X'wassal għal din id-deċiżjoni? Meta se tiġi implimentata?
ONOR. NOEL FARRUGIA: M'hemm l-ebda deċiżjoni li jitneħħew it-tjur mill-ġonna pubbliċi.
Bħala miżura temporanja, tneħħew it-tjur li kien hemm f'San Anton u li kien qed jieħu ħsiebhom persuna privata.
Dawn tneħħew peress li ma kenux qed jiġu mmaniġġjati tajjeb u peress li l-post fejn kienu qed jinżammu kien tħalla żdingat b'nuqqas ta' attenzjoni u investiment.
SANT'ANTON - WIRJIET
14542. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk intlaħaqx xi ftehim mad-diversi għaqdiet li jużaw Sant'Anton għal diversi wirjiet matul is-sena, biex dawn il-wirjiet ma jibqgħux jinżammu f'Sant'Anton u minflok jinżammu x'imkien ieħor?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Qed jiġi kkonsidrat li dawn il-wirjiet isiru f'post aktar konvenjent, kemm għall-esebituri kif ukoll għall-pubbliku. Dan minħabba l-fatt li San'Anton qatt ma kien imfassal għall-wirjiet ta' din ix-xorta u qed issir bosta ħsara f'dan il-ġnien nazzjonali kull darba li ssir xi wirja.
RABAT - SUBSTATION
14543. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li tinbena substation ġdida fl-inħawi ta' Bieb ir-Ruwa l/o Rabat? Meta hu mistenni li jinbnew substations oħra fl-inħawi tar-Rabat, biex b'hekk id-diversi areas mibnija barra r-Rabat ikunu f'qagħda aħjar, f'dak li hu servizz tad-dawl? Fejn mistenni li tinbena din is-substation?
ONOR. LEO BRINCAT: Is-substation li taqdi l-ħtiġijiet ta' bieb ir-Ruwa flimkien ma' tlett substations oħra għadhom fi stadju ta' studju u, għalhekk, għadu kmieni biex ngħid meta dawn se jinbnew. Din is-substation hija maħsuba li tinbena fl-inħawi ta' l-Andrijiet.
TOROQ - TISWIJA
14544. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol konness mat-titjib fit-toroq ta' bejn San Pawl il-Baħar u l-Mosta, it-Triq bejn il-Mosta u l-Imġarr, dik bejn ir-Rabat u l-Mosta u t-triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB
DJAR - INSPECTORS
W1,389. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li toqgħod f'post ikkundannat, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? Jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jara r-risposta li tajtu għall-mistoqsija tiegħu numru 1393 li titratta dwar l-istess persuna.
DJAR - INSPECTORS
W1,390. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? Jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna ndikata m’għandha l-ebda applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Fil-fatt din kienet ġiet allokata post il-Marsa fl-1991.
DJAR - INSPECTORS
W1,391. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? Jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna indikata m’għandha l-ebda applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
DJAR - INSPECTORS
W1,392. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna mill-Imsida, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? Jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Il-policy tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali hi li jagħti preferenza lil dawk li għandhom dħul anqas minn Lm4,000. Il-persuna ndikata għandha iżjed minn hekk.
DJAR - INSPECTORS
W1,393. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Imsida, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? Jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-fond fejn toqgħod il-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija ġie spezzjonat fil-21 ta’ Marzu 1994.
DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI
W1,407. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Ħamrun, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali? X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed jiġi kkonsidrat flimkien mat-30 każ ieħor mill-Ħamrun li jridu allokazzjoni fil-pjan terran. Il-persuna ndikata fil-mistoqsija trid tibqa' toqgħod il-Ħamrun u postijiet bla taraġ f’dan il-lokal ma tantx jidħlu għand id-Dipartiment.
Dostları ilə paylaş: |