Debates tal-kamra tad-deputati



Yüklə 0,51 Mb.
səhifə1/6
tarix09.03.2018
ölçüsü0,51 Mb.
#45270
  1   2   3   4   5   6
    Bu səhifədəki naviqasiya:
  • MINUTI

MALTA

DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Ufficjali u Rivedut)


IT-TMIEN PARLAMENT

Seduta Nru. 216


L-Erbgħa, 13 ta' Mejju, 1998

Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan

Kamra tad-Deputati

MALTA

Prezz Lm1


IT-TMIEN PARLAMENT


Seduta Nru. 216


L-Erbgħa, 13 ta' Mejju, 1998

Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament,

il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.13 a.m.

Talba

SEDUTA NRU. 216
L-Erbgħa, 13 ta' Mejju, 1998


WERREJ

MINUTI 92

MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 92

TQEGĦID TA' KARTI 97

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 99

ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI 99

LOCAL LOAN BILL 99

AĠĠORNAMENT 118

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 124



MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 153



MINUTI



Il-Minuti tas-Seduta Nru. 215 li saret fit-12 ta' Mejju, 1998 ġew konfermati


MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI



MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - REKLAMAR

9616. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-perijodu mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; jgħid kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; jagħti lista ta' l-istamperiji - minbarra dik tal-gvern - li ġew użati; jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; jagħti lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
ONOR. EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Jien informat li fi ħdan il-ministeru ta' l-edukazzjoni u kultura nazzjonali, matul il-perijodu indikat mill-Onor. Interpellant, fuq reklamar u stampar intnefqu l-ammonti li jidhru fid-dokumenti li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-dokumenti li se npoġġi huma dawn:
Dok. A - Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali;
Dok. B - Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi;
Dok. C - Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti;
Dok. D - Dipartiment tal-Biblijoteki u Arkivji;
Dok. E - Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija;
Dok. F - Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Ninsab ukoll informat li d-dipartimenti tal-mużewijiet u ta' l-eżamijiet m'għamlu użu minn ebda aġenzija ta' reklamar u ma sar l-ebda xogħol mit-tip ta' dak mitlub fil-mistoqsija bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Ottubru, 1997.


MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - KAROZZI/MOBILE PHONES

10299. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' karozzi u mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u x'kienet l-ispiża għal kull karozza u kull mobile phone mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-lum? Jikkonferma l-Viċi Prim Ministru li din l-ispiża għandha titnaqqas b'5% matul l-1998, skond id-direttiva tal-budget?
ONOR. JOE MIZZI (Ministru mingħjar Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): In-numru totali ta' vetturi u mobile phones użati, flimkien ma' l-ispiża tagħhom, bejn Jannar u Novembru, 1997 fid-dipartimenti u enti li għalihom jien responsabbli kienu hekk:


Karozzi tal-Gvern, trakkijiet, vetturi impressed u

karozzi self drive






Numru

Spiża

Affarijiet Barranin

21 (Malta)

25 (Ambaxxati barra minn Malta)



Lm 14, 057 (Malta)

Lm 31,287 (Ambaxxati barra minn Malta)



Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent

44


Lm 81,973



Awtorita' ta' l-Ippjanar

61

Lm123,540





Mobile Phones




Numru

Spiża

Affarijiet Barranin

5 Uffiċċju Ċentrali

10 Ambaxxati

barra


Lm1,900 (Uffiċċju Centrali

Lm3,438 (Ambaxxati barra )



Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent

11

Lm 3,219


Awtorita' ta' l-Ippjanar

7

Lm2,532

Għalkemm dawn il-faċilitajiet li għandu l-ministeru se jibqgħu jintużaw bl-aktar mod effikaċi u li jiswa l-anqas flus, ma jfissirx li l-ispiża għalihom se tonqos b'5%, kif qed jindika l-Onor. Membru. Fil-fatt it-tnaqqis ta' 5% li ssemma fil-budget jirreferixxi għall-ammonti pprovduti b'mod ġenerali u mhux għal items speċifiċi ta' infiq.



MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - REKLAMAR

11027. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru, għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jagħti għall-perijodu 1989 - 1996 lista ta' aġenziji ta' reklamar użati; jagħti indikazzjoni tal-kampanji fdati lilhom; jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; jgħid kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; jagħti lista ta' l-istampar - barra dik tal-gvern - li ġew użati; jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; jagħti lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
ONOR. EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Ninsab informat li l-Universita' ta' Malta ma tagħmilx użu minn aġenziji tar-reklamar filwaqt li d-dipartiment ta' l-eżamijiet m'għamilx użu tagħhom fil-perijodu bejn l-1989 u l-1996.
Il-fondazzjoni għall-istudji internazzjonali ma tużax servizzi ta' aġenziji, la ta' reklamar u lanqas ta' l-iscanning, peress li dawn is-servizzi jiġu pprovduti mill-communications office tal-fondazzjoni.
Bejn l-1989 u l-1996 il-fondazzjoni nefqet is-somma ta' Lm167.41 għal reklamar tal-public lectures u lunch-time concerts. Dawn ir-reklami tpoġġew f'''The Times''.
Matul l-istess perijodu l-fondazzjoni għamlet dawn l-ispejjeż għall-istampar:


1989

Lm4651

1990

5298

1991

2836

1992

2551

1993

1261

1994

540

1995

4009

1996

6621

Il-publikazzjonijiet uffiċjali tal-fondazzjoni huma dawn:




Pubblikazzjoni

Kwantita' ta' Stampar ma' kull ħarġa

Stamperija

Il-Foundation Circle

500/1500

Union Print

Annual Report

1500/2500

Union Print

Future Generations Journal

1000


Outlook Coop

Dawn il-figuri ġew miġbura mill-audited accounts tal-fondazzjoni li saru minn Falzon & Falzon 1989/1991 u Coopers & Lybrand (1992/1996).


Il-kumplament tat-tagħrif li ngħatajt hu kif jidher fid-dokumenti li se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi:
Dok. A - Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani;
Dok. B - Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji;
Dok. C - Dipartiment tal-Mużewijiet;
Dok. D - Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti; u
Dok. E - Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Fejn jirrigwarda Dok. D qed tingħata l-informazzjoni li nstabet mir-records ta' l-accounts section responsabbli mid-dipartiment tal-kultura u taż-żgħażagħ u sport. Jidher li għas-snin 1989 u 1990 ma nstabu l-ebda records, filwaqt li mis-snin 1991 sa 1994 l-informazzjoni hija waħda parzjali, peress illi kopji ta' payment vouchers ma kenux disponibbli.

UNIVERSITA' - SHARE CAPITAL F'KUMPANNIJI

11330. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji li l-Universita' ta' Malta għandha sehem fihom u jgħid x'inhu x-share capital ta' kull kumpannija, kif ukoll x'inhu l-persentaġġ ta' kull share capital reġistrat f'isem l-Universita'?
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Universita' tikkonsidrax li tagħti spazju fuq dawk il-bordijiet fejn għandha ishma li jiġu eletti diretturi ħaddiema, kif ukoll li jsiru health and life insurance policies għall-impjegati ta' dawn il-kumpanniji?
Jirriżultalu l-Ministru li impjegati ta' kumpanniji ta' l-Universita' fl-ittra tal-ħatra tagħhom, meta dawn ġew ingaġġati, kien stipulat lilhom li s-salarju tagħhom jiġi rivedut kull sena u fil-fatt din ir-reviżjoni tas-salarju mhux qiegħda sseħħ, bi ksur ta' l-istess ittra tal-ħatra mill-employer stess? Jekk fl-affermativ, jista' l-Ministru jieħu l-passi biex ma tkomplix tinkiser il-liġi ta' l-impjiegi stess peress li fl-ittra tal-ħatra ta' dawn l-impjegati hemm stipulat li sseħħ reviżjoni tas-salarju?
Jikkonsidra l-Ministru li l-ombudsperson li twaqqaf fl-Universita' jkun jgħodd għall-persuni impjegati f'kumpanniji fejn l-Universita' għandha sehem?
Jikkonsidra l-Ministru li kumpanniji ta' l-Universita' jiġu ISO registered?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ix-share capital maħruġ u l-persentaġġ mill-ishma ta' kumpanniji li l-Universita' għandha sehem fihom huwa kif se nsemmi:


Isem il-Kumpannija

Kapital Azzjonarju Mahrug

Persentagg Imhallas

% Holding ta' l-Universita'

Malta University Services Limited

111,500

100

90.13


University Broadcasting Services Limited

1,000


100


100


University Catering Services Limited

25,000

100

100


Metallurgical Services Limited

500

100

100


University Sports Complex Limited

100,000

20

51


Malta University Publishers Limited

25,000

100

60


Malta University Centre for Distance Learning Limited

50,000


100


50


Malta University Share Management Co.Ltd

40,000


100


100


Optima Laboratories Ltd

250

100

5



Mill-kumpanniji msemmija hawn fuq:-
(1) il-Malta University Services Limited għandha 50% mix-share capital maħruġ ta' Lm50,000 tal-Malta University Centre for Distance Learning Limited, kif ukoll Lm5,000 mix-share capital maħruġ tal-Malta University Publishers Limited;
(2) il-University Broadcasting Services Limited għandha 50% mix-share capital maħruġ ta' Lm10,000 tal-UNIMAS Limited;
(3) il-Metallurgical Services Limited għandha 75% holding mix-share capital maħruġ ta' Lm160,000 tas-Surface Engineering Limited; u
(4) il-Malta University Share Management Limited għandha 9.87% mix-share capital maħruġ ta' Lm111,500 tal-Malta University Services Limited.
Naqblu mal-prinċipju ta' diretturi ħaddiema. Fil-fatt il-ħaddiema huma direttament rappreżentati fil-kunsill. Il-kumpanniji ta' l-Universita' huma kważi interament magħmula minn ħaddiema li jaħdmu l-Universita'.
Ikun tajjeb li l-impjegati tal-kumpanniji ta' l-Universita' jingħataw il-benefiċċju ta' health and life insurance meta l-impjegati kollha ta' l-Universita' jibdew jibbenifikaw mill-istess benefiċċju.
Hemm każi fejn il-kuntratti ta' impjieg jipprevedu reviżjoni fis-salarji li tkun performance related. Naturalment mhux fil-każi kollha jingħata salarju rivedut għax dan jiddependi mid-deċiżjoni dwar il-performance ta' l-impjegat. Kien hemm ukoll każi fejn saru lmenti lill-Ombudsman dwar dan, iżda l-Ombudsman qabel mad-deċiżjonijiet tal-kumpanniji ta' l-Universita'.
Il-post ta' l-ombudsman ta' l-Universita' ġie maħluq biex prinċiparjament jieħu ħsieb affarijiet akkademiċi. Kwestjonijiet kummerċjali bħal tal-kumpanniji qed jitressqu quddiem l-Ombudsman nazzjonali.
Tkun idea tajba li kieku l-kumpanniji ta' l-Universita' jkunu reġistrati għall-ISO 9000 iżda wieħed irid jgħarbel jekk l-ispejjeż biex iġibu din ir-reġistrazzjoni humiex ġustifikati meta mqabbla mal-vantaġġi li jistgħu jinkisbu minn din ir-reġistrazzjoni.

MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KONSULENTI

11421. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti ngaġġati bejn is-snin 1987 u l-1996 fil-ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li matul il-perijodu bejn is-26 ta' Lulju, 1991 u l-31 ta' Diċembru, 1996 kien hemm is-Sur Peter Darmanin li kien impjegat bħala konsulent mal-ministeru.
Għal dak li għandu x'jaqsam mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, it-tagħrif hu kif se nsemmi:

Dipartiment ta' l-istudji ogħla u edukazzjoni adulta
1988: Mr Kabeli, konsulent Grieg, li ġie għal perijodu qasir permezz tal-UNDP biex jagħti pariri dwar l-iskema ta' taħriġ estiż fis-snajja'.
1992-95: Mr Regis Marrony, Direttur ta' l-Universita' ta' Perpignan, li ġie kemm-il darba għal perijodi qosra permezz tat-tieni protokoll finanzjarju ta' l-Unjoni Ewropea għall-proġett Raising Educational and Technological Standards, Sotto-Proġett Fellenberg Training Centre for Industrial Electronics u Precision Tool Centre.
1996: Mr M P Killen, Loughborough College, Loughborough, Renju Unit ġie għal ħames ġimgħat imqassmin matul is-sena permezz tat-tieni protokol finanzjarju ta' l-Unjoni Ewropea. Huwa ssottometta rapport dwar it-tagħlim ta' l-elettronika industrijali fiċ-Ċentru Fellenberg.
1996: Prof Graham Chapman mill-Universita' ta' De Montfort fir-Renju Unit ġie għal ħames ġimgħat imqassmin matul is-sena, permezz tat-tieni protokol finanzjarju ta' l-Unjoni Ewropea. Huwa ssottometta rapport dwar il-kurrikulu u t-tagħlim prattiku ta' l-inġenerija mekkanika fl-istitut tekniku Sir Mikielanġ Sapiano f'Raħal il-Ġdid.
Dipartiment tas-servizzi għall-istudenti u relazzjonijiet internazzjonali
Bejn l-1994 u l-1995 is-Sur John Norris u s-Sur Peter Hill tal-London Institute of Education taw servizz ta' konsulenza dwar it-tagħlim tal-lingwa Ingliża (ELRC).
Dipartiment tal-kurrikulu

F'dan id-dipartiment taw servizzi dawn il-konsulenti:




Mr Manny Cachia

mill-1995 sal-llum

Mr David Purchase

mill-1995 sal-llum

Mr Jim Lanthier

fl-1995 u 1996

Ms Barbara Brown

fl-1995, 1996

Ms Catherine Philips

fl-1995, 1996

Ninsab informat ukoll li fil-perijodu msemmi ma kien hemm l-ebda konsulent ingaġġat mad-dipartimenti ta' l-ippjanar u żvilupp ta' l-operations u tal-finanzi u amministrazzjoni li jaqgħu taħt l-istess diviżjoni u lanqas mad-dipartiment ta' l-eżamijiet.


Rigward is-segretarjat parlamentari għaż-zgħażagħ, sport, kultura u arti, mir-riċerki li saru għal nies li ġew ingaġġati biex jagħmlu xogħol bħala konsulenti fid-dipartimenti tal-kultura, nstabet din l-informazzjoni li ta' min jgħid iżda li r-records li għandu d-dipartiment mhumiex direttament u speċifikament għal tali skop, u mhumiex komprensivi biżżejjed biex ikopru l-perijodu kollu bejn l-1987 u l-1996. Madankollu minn dak li nstab is-segwenti persuni għamlu xogħol ta' konsulenza:


Fondazzjoni patrimonju Malti

Dr Fabriana Grovassani

Riċerka u restawr ta' kostumi

Song festival committee


Domenic Vella

Carlo D'Apruzzo



Adviser (1990 - 1996)

Konsulent imqabbad mill-Int. Television Establishment (1990-1996)



Culture department

Dennis Vella
Cathy Xuereb u Cathy Mercieca

Indigo PR Ltd

Prof Charles Camilleri

Charles Gatt


Alfred Mallia
Prof. Joe Vella

Cultural Calendar (1990-1996)

Maltafest PRO (1990-1996)


1990-1996

Artistic Director - 1994/96 - Maltafest (1990-1996)

Jazz Festtival Co-ordinator (1990-1996)

Francis Ebejer Playwriting competition (1990-1996)

Lunc-time concerts (1990-1996)


Manoel Theatre

Dr Giovanni Bonello

Inġinier Victor Bonello

Architect Konrad Buhagiar

Simon Flynn obo Zammit Bonello & Co.



(1987, 1993-1996)

(1994)

Skond ir-records tal-fondazzjoni għall-istudji internazzjonali, il-konsulenti bejn l-1987 u l-1996 kienu dawn:




Dr Hugh Peralta

Pariri legali

mill-24 ta' Jannar, 1991 sal-lum

Perit Conrad Buhagiar

Perizja fuq il-bitħa

spiċċa f'Diċembru, 1994;

Prof Jos Agius

Perizji fuq l-istallazzjoni tad-dawl




Ms Elisabeth Grech

Konsulenza fuq relazzjonijiet pubbliċi u pubblikazzjonijiet

Diċembru/Jannar, 1996



Mr Arthur Leaver

Konsulent fuq pubblikazzjonijiet u riċerka

1995 u 1996.


Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija nformani li ma jistax iforni t-tagħrif mitlub minħabba li r-records kienu jinżammu mill-Universita'. Min-naħa tal-Universita', jien informat li ma ngaġġat l-ebda konsulent bejn is-snin 1987 - 1996.


Il-konsulenti ngaġġati mid-dipartiment tal-mużewijiet fil-perijodu msemmi huma dawn:

Mr Jim Richerson, Konsulent fl-Ippjanar u Disenjar ta' mużewijiet;

Il-periti K. Buhagiar, D. Felice, A. Torpiano, M. Bonello, K. Cole u A. Mamo;

Ms S. Sultana B.A. (Hons) Archaeology;



Inġinier A.R. Scicluna M.Sc., C. Eng., MIMech. E. MCIBSE.
L-informazzjoni li ngħatajt dwar konsulenti ngaġġati mad-Dipartiment tal-Libreriji fiż-żmien stipulat fil-mistoqsija hija din:


1993

Prof. G. Pansini

Fire detection & control system fil-Bibljoteka Nazzjoniali

1994

Eng. Alessio Meli

Fire detection & control system fil-Bibljoteka Nazzjonali

1995

Mr Ron Surridge

Library software għad-dipartiment kollu

1996

Mr C. Casha

Electrical system fil-Librerija Pubblika Ċentrali.



MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Grazzi. Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda. L-Onor. Anglu Farrugia
ONOR. ANGLU FARRUGIA (Chariman tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Madam Speaker, nippreżenta l-minuti konfermati tal-laqgħat numri 26 u 27 tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi li saru fid-29 ta' April u fis-6 ta' Mejju, 1998 rispettivament.
Nixtieq nirrapporta wkoll li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att biex jemenda Att dwar it-Tribunal għal Talbiet Żgħar għadda mill-istadji kollha ta' Kumitat. Grazzi.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Tqegħid ta' Karti. Il-Ministru Mizzi.


Yüklə 0,51 Mb.

Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4   5   6




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin