MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB
UNJONI EWROPEA - PROGRAMMI EDUKATTIVI
W371. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta fis-17 ta' Marzu, 1997, għall-mistoqsija parlamentari numru 3795, jista' l-Ministru jgħid huwiex f'qagħda li jwieġeb il-mistoqsija?
ONOR. EVARIST BARTOLO: In-National Coordinating Units għall-Programmi Socrates u Leonardo da Vinci ta' l-Unjoni Ewropeja twaqqfu mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani u dak tal-programm 'Youth for Europe' mill-Ministeru tal-Ġustizzja u Kultura bejn Frar uu Mejju 1996.
Dawn it-tlett NCU kienu komposti kif ġej:
Socrates
Prof. P. Xuereb - Chairman
Dr J. Micallef - }
Mr A. Gellel - }
mr l. Agius - } jirrapprezentaw l-Universita'
Dr S. Gauci - }
Mr J. Borg -}
Mr T. Cordina - Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin
Ms J. Cilia - Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani
Fr A. Cilia S.J. - Private Schools Association
Mr J. D. Fenech - Malta Union of Teacher
Leonardo
Mr L. Zammit - Chairman
Ms J. Pullicino - }
Mr E. White - } Miniseru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi
Mr C. Galea Scannura - } Umani
Mr T. Cordina - Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin
Mr F. Borg - Korporazzjoni tax-Xohol u Tahrig
Dr. D. Muscat - Universita'
Mr S. Debono - Malta Federation of Industry
Mr C. Magro - Confederation of Malta Trade Unions
Mr J. Pearsall - General Workers' Union
Youth for Europe III
Mr A. Callus - Chairman
Ms R. Briffa - }
Mr A. Tonna - } Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani
Ms C. Buġeja - Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh
Mr C. Mamo - Universita' (Istitut għall-Istudji taz-Zghazagh)
Mr R. Balzan - Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita'
Dawn il-kumitati qed jiġu rikostitwiti.
Il-ħatriet f'dawn il-kumitati saru wara li l-Ministeru talab lill-organizzazzjonijiet imsemmija sabiex jaħtru rappreżentant.
Is-somma provduta għal dawn il-programmi fl-Estimi Finanzjarji ta' din is-sena hi ta' LM480,000. Is-somma li tintalab għas-snin li ġejjin tkun tiddependi mill-estent ta' parteċipazzjoni li naraw li ser ikun hemm f'dawn il-programmi 'l quddiem.
DJAR
W435. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Fil-prijorita' li l-ministeru jagħti fl-allokazzjonijiet ta' djar, jista' l-Ministru jgħid kif joqogħdu f'din l-iskala (1) djar ikkundannati; (2) djar umdi u bla ventilazzjoni; (3) djar żgħar; (4) każijiet ta' persuni bi bżonnijiet soċjali?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Fl-allokazzjoni ta' postijiet tingħata preċedenza lil dawk li jinsabu bla dar bħal dawk li qegħdin f'periklu imminenti jew permezz ta' proċeduri legali. Wara dawn jiġu każijiet għal raġuni ta' saħħa jew soċjali gravi u t-tielet lill-każi oħra. Dan s'intendi jsir wara li tittieħed konsiderazzjoni tad-daqs u tan-numru tal-postijiet vojta li jkollu d-Dipartiment fil-mument.
PEMBROKE - PROĠETT
W436. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jara jistax jiġi kkonfermat illi qed jitħejja proġett (studju xjentifiku realizzabbli) mill-ħabib tiegħi l-Perit Stefan Buontempo dwar Pembroke? Jekk fl-affermattiv, kif l-"istudju Buontempo" se jgħin biex tittaffa l-problema tad-djar f'pajjiżna? X'inhu ttamat li jwettaq dan il-proġett u min se jibbenefika? Xi proġetti utli oħra tħejjew jew hu ttamat li jitħejjew mill-persuna kapaċi il-Perit Buontempo?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ma nikkonfermax.
DJAR -AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA
W437. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jara li l-persuna li qed toqgħod f'post privat lli għalih qed tħallas Lm100 u aktar fix-xahar u lil hi bir-relief tingħata assistenza mid-Dipartiment tad-Djar billi jew jiġi ssussidjat b'mod ġust jew tingħata akkomodazzjoni alternattiva? (File No. 14034)?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna ndikata m'għamlet l-ebda talba għal sussidju fuq il-kera. Hi tista' tapplika jew mad-Dipartiment jew ma' l-Awtorita' tad-Djar u l-kera tagħha tiġi ssussidjata. It-talba tagħha għal akkomodazzjoni qed tieħu l-kors tagħha.
VALLETTA - OLD MINT STREET - FOND NRU. 75
W438. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Billi fl-4 ta' Marzu, 1996, il-Perit Falzon kien iċċertifika lil 75, Old Mint Street, Valletta li "a number of these stone slabs are broken and are in a dangerous state and have to be replaced", jista' l-Ministru jgħidli meta dan se jsir u jekk jogħġbu jagħtini b'mod speċifiku progess report fuq il-każ?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Billi dan il-post ma jidhirx li hu tal-Gvern, id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ma jistax jagħmel xogħol ta' tiswijiet fuqu.
DJAR - ĦLAS TA' KERA
W439. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jara li l-familja mill-Belt li isimha qed jintbagħat separatament u qed tħallas 'il fuq minn Lm400 kera fis-sena b'paga ta' labourer tħallas almenu mhux aktar minn l-inkwilini l-oħra li għandhom Lm150 fis-sena biss u ġieli anqas?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-kera mħallsa hi skond il-kondizzjonijiet tal-ħarġa numru 33 li hu applika għaliha. Jekk id-dħul tal-familja naqas mill-1994 'il hawn għandu jmur id-Dipartiment u jitlob li ssirlu reviżjoni.
VALLETTA: OLD BAKERY STREET - FOND NRU. 50/6
W444. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex għadu ma sarx il-bdil bejn 50/6, Old Bakery Street, Valletta u Appt. 2, Ent. D, Block 3, Santa Venera? Dawn kitbu diġa' lid-dipartiment.
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi peress li l-bdil jinvolvi appartament ġdid li għadu kemm ġie allokat lil waħda mill-persuni nvoluti, id-Dipartiment għadu qed jikkonsidra din it-talba.
DJAR: AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA
W445. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament b'file Nru.H 13301 tingħata akkomodazzjoni alternattiva, persuna homeless li qed torqod għand l-okkupant tal-fond li laqagħha għandu b'karita? Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' din ix-xebba b'żewġ itfal li se tispiċċa fit-triq u flus biex tixtri m'għandhiex?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Il-każ imsemmi qed jiġi nvestigat.
DJAR - KAŻ BIL-FILE NO. 62196
W449. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għal Skeda L File No. 62196 ta' persuna mill-Belt li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament , issa li ġiet il-perita fl-10 ta' Marzu, 1997, jista' dan il-każ jiġi pproċessat u l-applikanta tinqeda?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ jinsab proċessat u jonqos biss li tinħareġ l-għotja.
VALLETTA - KAŻ TA' HOUSING
W450. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta daħlet l-applikazzjoni ġdida tal-persuna mill-Belt li isimha qed jintbagħat separatament u meta se jagħtuha l-file number? Finalment, meta allura se jintbagħat l-inspector tal-Housing biex jirrapporta dwar il-każ?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-amendment ta' l-applikazzjoni msemmija daħlet fit-2 ta' April, 1997. Il-file iżomm l-istess numru li kellu qabel, H 12428. L-inspector dalwaqt jintbagħat jirrapporta dwar il-kondizzjonijiet kif inbidlu.
WORK PERMITS
W478. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex persuna ta' nazzjonalita' barranija li d-dettalji tagħha tagħha qed nibgħathom separatament ma nħarġilix il-work permit meta qalulha mill-uffiċċju stess li dan se jinħareġ fi żmien xahar?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab infurmat li għalkemm id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-’Expatriates’ jista’ jindika kemm idum il-proċess dwar it-talba għal ħruġ ta’ liċenzja ta’ impjieg, l-eżitu ta’ din it-talba ma jistax ikun magħruf qabel ma d-Dipartimenti li jkunu ġew ikkonsultati jagħmlu l-kummenti tagħhom.
Fil-każ indikat mill-Onor. Interpellant id-Dipartimenti kkonċernati oġġezzjonaw għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ impjieg u l-applikant kien infurmat li t-talba tiegħu ma ġietx milqugħa.
ĦAŻ-ŻEBBUĠ - PROVVISTA TA' DAWL F’POSTIJIET TAL-GVERN
W519. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsta lill-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex dawk li ħadu l-postijiet tal-Gvern f’Ħaż-Żebbuġ mill-Awtorita’ tad-Djar, postijiet qabel l-elezzjoni, għadhom bla provvista ta’ dawl?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-postijiet tal-Gvern f’Ħaż Żebbuġ sejrin jingħataw il-provista ta’ l-elettriku fi żmien qasir skond il-proċeduri stabbiliti li topera bihom il-Korporazzjoni.
Dostları ilə paylaş: |