ONOR. JOE MIZZI:Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 19 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:
Ordnijiet tal-Ġurnata Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1998
Ir-Raba' Jum Stabbilit Voti tal-Ministeru għat-Trasport u Portijiet.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Sar il-ħin. Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 19 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi, skond il-Mozzjoni Nru. 98.
Fis-12.47 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il-Mozzjoni Nru 98.
MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB
MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - DELEGAZZJONIJIET
9588. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali : Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru, 1997, x'kien l-iskop ta' kull safra, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra? Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?
ONOR. CHARLES MANGION: Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru, 1997 siefru delegazzjonijiet mill-Ministeru tiegħu u mid-dipartimenti u kummissjonijiet li jaqgħu taħtu kif indikati fl-iskeda li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta. Din l-iskeda tinkludi d-dettalji kollha li talab l-Onor. Membru.
MINISTERU TAT-TURIŻMU - DELEGAZZJONIJIET
9589. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru, 1997, x'kien l-iskop ta' kull safra, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra? Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?
ONOR. KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej :
9590. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru, 1997, x'kien l-iskop ta' kull safra, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra? Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra