Dibattiti tal-kamra tad-deputati

Sizin üçün oyun:

Google Play'də əldə edin


Yüklə 0.56 Mb.
səhifə1/8
tarix03.08.2018
ölçüsü0.56 Mb.
  1   2   3   4   5   6   7   8

MALTA

DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Uffiċjali u Rivedut)

IL-ĦDAX-IL PARLAMENT

Seduta Nru. 107
Il-Ħamis, 30 ta’ April, 2009

Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan

Kamra tad-Deputati

MALTA

Prezz €2.50


IL-ĦDAX-IL PARLAMENT


Seduta Nru. 107

Il-Ħamis, 30 ta’ April, 2009

Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament,

il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.

Talba

Seduta Nru. 107

Il-Ħamis, 30 ta’ April, 2009

WERREJ

MINUTI 10

KUNSENS GĦAL ATTI 10

TQEGĦID TA’ KARTI 10

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 13

ABBOZZ TA’ LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-ELEZZJONIJIET ĠENERALI 13

GENERAL ELECTIONS (AMENDMENT) BILL 13

AĠĠORNAMENT 47

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 47


MINUTI



Il-Minuti tas-Seduta Nru. 106 li saret fit-29 ta’ April 2009 ġew konfermati.

KUNSENS GĦAL ATTI



THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:
Att Nru. VI tal-2009 - Att li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur, Kap 368.
Skont ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, il-ħin tal-mistoqsijiet ta’ din is-seduta mhux se jittieħed. Għalhekk ngħaddu għal Tqegħid ta’ Karti.

TQEGĦID TA’ KARTI



ONOR. TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin): F’isem il-Prim Ministru, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:
Tagħrif dwar applikazzjonijiet għal proġetti infrastrutturali f’Għawdex li għadhom pendenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7564;
f’isem il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Tabella li turi l-għadd ta’ ħaddiema fil-Malta Shipyards, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8082;
f’isem il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru. 134 tal-2009 – Control of the Red Palm Weevil (Amendment) Regulations, 2009;
f’isem il-Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Tagħrif dwar il-coaches li jintużaw mill-Adult Training Centres, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7949;
f’isem il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru: 135 tal-2009 – Ordni tal-2009 dwar il-Kummissarju tal-Artijiet (Trasferiment ta’ Drittijiet u Responsabbiltajiet);
Avviż Legali Nru: 137 tal-2009 – Regolamenti tal-2009 li jemendaw it-Taqsima Tlieta tas-Sitt Skeda li tinsab mal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud;
Tagħrif dwar l-għadd ta’ persuni li jaħdmu għal rashom maqsuma skont is-settur u l-età, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8119; u
f’isem il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Tagħrif dwar ġudikanti li siefru fuq xogħol bejn l-2006 u l-2008, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8099.
THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi. L-Onor. Clyde Puli.
ONOR. CLYDE PULI (Segretarju Parlamentari): F’isem il-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru. 136 tal-2009 – L-Ordinamenti tal-2009 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad tal-2004 għall-Grad ta’ Bachelor of Engineering (Honours)B.Eng. (Hons) – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal- Inġinerija.
THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi. Stqarrijiet Ministerjali? Mozzjonijiet. L-Onor. Joe Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Sur President, fil-kumitat dwar ix-xogħol tal-Kamra tal-bieraħtlula ddiskutejna l-proċedura li se nużaw illum għad-diskussjoni tat-Tieni Qari u l-Istadju ta' Kumitat dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Elezzjonijiet. Kif spiċċajna u ftehemna, jiena qajjimt il-punt dwar dak li kien ġara ġurnata qabel fejn il-Ministru Tonio Borg u l-whip tan-naħa l-oħra kienu ġibduli l-attenzjoni li xi ħadd kellu bżonn isiefer b'urġenza minħabba l-epidemija tal-influwenza. Ovvjament jien qajjimt dan il-punt biex jekk nistgħu nsibu soluzzjoni, insibuha dakinhar.
In-naħa tal-gvern talbu biex illum ikun hemm pairing biex is-Segretarju Parlamentari jkun jista' jattendi għal din il-laqgħa tal-ministri fl-Unjoni Ewropea. Jien, min-naħa tiegħi, għedt li nistgħu nixxiftjaw din is-seduta tal-lum jew għal għada, il-Ġimgħa filgħodu, jew għal nhar is-Sibt jew, jekk ikun hemm bżonn, għall-Ħadd. Dan kont għamiltu għax meta bdejna nitkellmu biex nagħmlu programm dwar kif se jsiru diskussjonijiet anke fuq liġijiet oħra, għalija kien jidher ċar li ma kien hemm l-ebda impenn governattiv la l-Ġimgħa, la s-Sibt u lanqas il-Ħadd. Jiena naħlef b'ġurament li dan jiena rajtu meta kien qed jiġi programmat ix-xogħol tal-Kamra. Jien offrejt, għax naf li kien possibbli għall-gvern, li jekk veru jrid imur għal din il-konferenza, stajna nipposponu din is-seduta għal data oħra u ma kien ikun hemm problemi ta' xejn. Bla ebda raġuni ta' xejn in-naħa tal-gvern riedu li jkun hemm biss il-pairing u deher li l-gvern ma kien se jaċċetta xejn aktar.
Mela huwa ċar li min-naħa tagħna bl-ebda mod ma oġġezzjona jew fixkilna biex min hu responsabbli, is-Segretarju Parlamentari, imur għal din il-konferenza. Anzi aħna offrejna alternattiva biex imur. Ma kien hemm l-ebda tfixkil min-naħa tagħna. Jekk kien hemm xi membri tan-naħa tal-gvern li fid-dati li kont issuġġerejt jiena biex issir din is-seduta kienu se jkunu imsefrin fuq xogħol tal-gvern kellhom jgħidulna, imma jien naħlef li lili ħadd ma qalli li f’dawk id-dati kien se jkun hemm xi membri tal-gvern imsefrin jew inkella li kellhom xi impenji oħra. Min-naħa l-oħra ċerti mezzi tax-xandir qed jimplikaw li konna aħna tal-Oppożizzjoni li permezz tal-offerta li għamilt jien fixkilna u żammejna lis-Segretarju Parlamentari milli jattendi għal din il-laqgħa. Aħna bl-ebda mod ma fixkilna, u nerġa' ntenni li jekk il-Ġimgħa, is-Sibt jew il-Ħadd, il-ġranet li ssuġerejt jien, kien hemm xi impenji governattivi għall-ministri jew għas-segretarji parlamentari, kellhom jgħidulna bihom.
Dan l-aġir jikkostitwixxi ksur ta' privileġġ għax qed jimplika li, jien, f’isem l-Oppożizzjoni, waqqaft lis-Segretarju Parlamentari milli jmur hemmhekk, u dan huwa skorrett. Imma jiena mhu se nqajjem l-ebda ksur ta’ privileġġ. Jien hawnnhekk għandi l-iscript ta’ dak li ntqal fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra u nitlob il-permess li npoġġih fuq il-mejda tal-Kamra. Nerġa’ ngħid li jekk hemm xi impenji tal-gvern fid-dati li pproponejt li kellha ssir is-seduta tal-lum, dawn għandhom jgħidulna x'inhuma. Però meta konna qed nipprogrammaw minn qabel ix-xogħol tal-parlament ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li se jkun hemm xogħol tal-gvern f'dawn il-ġranet. Nirringrazzjak.
THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor. Mizzi jpoġġi d-dokument li rrefera għalih fuq il-mejda tal-Kamra? (Onor. Membri: No)
Il-permess ingħata.


ONOR. JOE MIZZI: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:
Kopja tat-transcript tal-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra tat-28 ta’ April, 2009.
THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.
ONOR. TONIO BORG: Dan kien iktar punt ta' kjarifika milli ksur ta' privileġġ, Sur President. Il-fatti wieħed jista' jaqbel magħhom, imma mbagħad jista' jikkummenta dwarhom kif irid hu. L-offerta tal-Oppożizzjoni kienet il-Ġimgħa filgħodu u mhux il-Ġimgħa f'nofsinhar. Issa ovvja li l-Ġimgħa f'nofsinhar ma jistax jiltaqa' l-parlament għax il-artit fl-oppożizzjoni se jagħmel dimostrazzjoni, u aħna filgħodu għandna l-konferenza. Aħna ġieli ma ltaqjniex għax kien hemm mass meeting ta’ partit politiku. (Interruzzjonijiet) Qiegħed ngħid dan għax it’s unfair li lill-Gvern nitolbuh kriterji differenti mill-Oppożizzjoni. Jiġifieri l-offerta tal-Ġimgħa kienet il-Ġimgħa filgħodu u mhux il-Ġimgħa wara nofsinhar, għax wara nofsinhar la l-Gvern u lanqas l-Oppożizzjoni, jekk niġu f'dan, m'għandhom impenji, imma kwestjoni tal-partit. Daqshekk biss.
THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi. L-Onor. Joe Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Sur President, veru forsi għandhom impenn il-Ġimgħa filgħodu imma la s-Sibt u lanqas il-Ħadd m'għandhom impenji governattivi, u għalhekk offrejtilhom hekk. Imma barra dik ukoll... (Interruzzjonijiet) Imma l-Kamra tirregola ruħha bi ftehim jew b'mozzjoni. Meta jien qed noffrilek u inti taċċetta nkunu qed nirregolaw ruħna, u tista' tiltaqa'. Min-naħa l-oħra, jekk għalikom veru l-interess nazzjonali jiġi qabel kollox kontu tikkonsidrawha u anke stajna nipprovaw niftiehmu ħin qabel il-konferenza. Imma donnu għalikom ma kienx importanti. L-importanti li tieħdu gwadann politiku! (Interruzzjonijiet) Għidulna biss jekk kellkomx impenji governattivi!

THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi. Daqshekk. Naħseb li ż-żewġ naħat għamlu l-affarijiet ċari, apparti li dan id-diskors intqal ukoll fil-kumitat tax-xogħol tal-Kamra. Issa s-Sedja tieħu nota u titlob li dak li jiġi rrapportat dejjem ikun skont dak li jkun intqal fil-parlament.
Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.


Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4   5   6   7   8
Orklarla döyüş:

Google Play'də əldə edin


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2017
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə