THE CHAIRMAN: Grazzi. Aktar rimarki? L-Onor. Anġlu Farrugia.
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Sur President, se nibda mill-aħħar waħda għax il-Ministru semma l-kwestjoni tar-reġistrazzjoni tat-taxxa. Jien niskanta bl-għardir tal-Partit Nazzjonalista li jgħid li kien hemm is-Select Committee u li fih qegħdin niddiskutu r-riforma elettorali u mbagħad jiġi l-Ministru Tonio Borg..... Ovvjament il-Prim Ministru Gonzi reġa’ ma ġiex hawnhekk u ħalla kollox f’idejn il-Ministru Tonio Borg! (Interruzzjonijiet) Iva, il-Ministru qed jgħidli li l-Onor. Gonzi jinsab imsiefer. Mela dakinhar ma ġiex u illum reġa’ ma tkellimx. Jitkellem biss taħt xi tinda, fejn joqgħod jgħaddi l-kummenti! Dwar il-kwestjoni tar-reġistrazzjoni tat-taxxa se nħalluha għas-Select Committee. Imma llum, minkejja s-Select Committee, intom kellkom il-wiċċ tost u l-għardir li taqbżu d-diskussjoni, waqqaftu kollox, u ġejtu hawnhekk tressqu dawn l-emendi!
L-emendi li qed inressqu llum huma emendi li jirrappreżentaw il-mod amministrattiv tal-emenda tal-gvern stess, għax biex titkellem fuq it-taxxa ħalli ddaħħal lil min għandu dritt li jivvota skont min iħallas it-taxxi jew skont min huwa pensjonant... Meta tisma’ lill-Ministru Gatt jitkellem qisu li l-Partit Nazzjonalista, f’kull elezzjoni, mexa mingħajr l-ebda abbuż! Imma hawnhekk mhu qed jagħtina l-ebda assigurazzjoni. Issa meta joqgħod isemmi l-każ tal-Imġarr għax qalilna li marru u ħadulhom il-voti, jiena nistaqsi lilu u lil kull ministru li hawn hawnhekk sabiex jgħidulna x’sar fl-aħħar elezzjoni! Per eżempju, ikollok lil min jabbuża mill-ministeru tiegħu stess biex javvanza fil-poter waqt li l-gvern kien qiegħed caretaker. U dan għamlu biex naturalment jassigura l-voti għall-Partit Nazzjonalista! Dak mhuwiex abbuż tad-demokrazija?! Waqt li l-gvern kien caretaker joħorġu l-permessi mill-awtoritajiet! Dan mhux qed ngħidu jien imma issa qiegħed jgħidu kulħadd! Qed jgħiduh mill-MEPA, mill-Housing u mill-Freeport. Il-Prim Ministru stess jiġi jumejn qabel l-elezzjoni fil-Mosta u jagħti l-garanzija li se jagħtihom l-impjiegi ġol-Freeport! Imma dawn l-affarijiet ma jimportax li jsiru!
L-Onor. Borg qiegħed isemmi l-mejtin. Imma jiena ngħidlu li lanqas biss għandu jsemmihom għax fis-sittinijiet, meta kien hemm il-kwestjoni politiko-reliġjuża, min ma vvotax dakinhar...... U dan biex intom dejjem tassiguraw ir-rebħa misruqa Nazzjonalista bħalma kienet l-aħħar elezzjoni ġenerali! Onor. Borg, kemm għad iridu jinkixfu affarijiet! X’rapport hu? Jien m’iniex qiegħed nitkellem fuq dak ir-rapport. Inti taf fuqhiex qiegħed nitkellem! Dawk in-nies li ġew imġiegħla jivvotaw lill-Partit Nazzjonalista llum qegħdin jitkellmu b’mod apert u qegħdin jgħidu bil-mod ta’ kif kienu qegħdin ikellmuhom min-naħa tal-Partit Nazzjonalista ftit qabel l-elezzjoni! Isemmu l-ittri li bagħat il-Prim Ministru sabiex iserraħ moħħ il-ħaddiema tad-dockyard u lil kulħadd. Issa llum dawn in-nies qegħdin jistaqsu x’bagħathom jagħmel dawk l-ittri! Allura dan mhuwiex ukoll parti mill-proċess demokratiku li ridna nitkellmu fuqu fis-Select Committee ħalli naraw li meta jkollok elezzjoni ġenerali, il-poter tal-gvern ma jibqax jiġi abbużat?!
Waqt l-aħħar kampanja elettorali dan il-gvern għamel ftehim mal-unions li dak iż-żmien kienu sejħulu wieħed storiku. Issa l-istess unions, li ma naħsibx li għandhom xi simpatija jew kienu viċin tal-Partit Laburista, qed jgħidu li l-gvern Nazzjonalista deceived us. Dan mhux jien qed ngħid li n-Nazzjonalisti serqu l-voti, u serqu kemm felħu, imma qed jitkellmu nies li kienu viċin u li ftaħru kemm marru tajjeb bi ftehim kollettiv li sar bejn il-unions, u llum dawn qalu li they decieved us. U bħal dawn hemm mijiet u eluf!
Mr Chairman, aħna x’qegħdin nitolbu? Aħna ridna li meta nitkellmu fuq riforma elettorali fis-select committee, nitkellmu fuq kollox, kif jintuża l-poter waqt kampanja, u anke kif jiġu amministrati l-flus pubbliċi waqt kampanja. U mela jiġi jitkellem l-Onor. Austin Gatt u jsemmi dawk l-40 vot għax kienu Nazzjonalisti! Kemm kien hawn ħniżrijiet fl-aħħar elezzjoni li min kien Laburist u kellu dritt jivvota imma kien jiddependi minn xi ħadd biex jieħdu jivvota, dan ma tteħidx għax kien Laburist! Jiena dawn irrapportajthom lill-awtoritajiet. X’kontroll kien hemm fuq min kien Laburist u ried jiġi Malta biex jivvota! Dan kellu jitlob il-ħniena ta’ min imexxi l-Air Malta. Allura dan mhux abbuż mid-demokrazija?!
Mr Chairman, aħna x’qegħdin ngħidu? Aħna qegħdin ngħidu li min għandu dritt jivvota jrid jivvota, imma ma rridux, la aħna u lanqas hemm min hemm fil-gvern, li jkun hemm lok għall-abbuż. Inti tirbaħ għax verament in-nies b’mod ħieles jivvotaw lilek biex titla’ fil-parlament u biex tmexxi l-pajjiż, imma mhux b’abbuż. L-emenda li għandna fejn qed ngħidu li min jivvota jrid jivvota billi jippreżenta l-karta tal-identità hija oħra mill-garanziji. Kull min ivvota fl-aħħar elezzjoni kellu identity card? Jekk l-identity card hija maħruġa b’mod validu u hija marbuta mar-residenza allura għandek iktar kontroll, għax għandek persuna li għandha identity card u tista’ tiċċekkja li dik l-identity card hija valida u hija marbuta ma’ residenza. L-argument kuntrarju li jkollok iktar kontroll jekk ikollok il-voting document ma jreġix.
Din hija xi ħaġa bażika, u niskanta kif in-naħa tal-gvern huma kontra din l-emenda. L-Onor. Austin Gatt qal li din jiffirmaha l-kummissarju tal-Pulizija. Aħna ma nsibu ebda oġġezzjoni li jkun hemm il-Kummissjoni Elettorali li jkollha l-poteri fil-ħruġ tal-karta tal-identità. L-importanti hu li min jivvota jkollu a valid identity card Maltija u allura huwa żgur persuna li għall-inqas hemm xi ħaġa li tista’ tikkontrolla. (Interruzzjonijiet) U mela l-ħruġ tal-voting document! Kemm kien hemm u kemm hemm nies imniżżlin fir-reġistru elettorali li mhux dejjem ikollok il-fakultà li tikkontrolla. Uħud minn dawn lanqas jafu fejn qiegħda Malta u ġew hawnhekk! Kien hemm min qabad anke tliet ajruplani għax irranġajtulhom intom biex tassiguraw in-numri kemm għandkom bżonn biex tirbħu l-elezzjoni ġenerali! Mhux hekk ġara?! Mhux kulħadd jaf x’ġara?! (Interruzzjonijiet) Onor. Jean Pierre Farrugia, din qed tismagħha issa jew ilek li smajtha?! Għalfejn qed tistgħaġeb?!
Għandhom isiru dawn l-affarijiet? Min għandu dritt jivvota, jivvota, u min m’għandux dritt jivvota ma jivvotax! Aħna qegħdin ngħidu jkollok l-identity card Maltija. Insa għal issa affarijiet oħra, imma lanqas fuq din m’intom qed taqblu? Dan ir-rispett li hemm lejn il-poplu Malti u Għawdxi fil-konfront ta’ dak li nemmnu bħala pajjiż demokratiku?! Jekk m’għandekx l-identity card Maltija m’għandekx dritt tivvota. Lanqas fuq din m’aħna qed naqblu? Hawnhekk il-messaġġ qiegħed ċar. Il-punt li qegħdin nesiġu hu li persuna tkun tista’ tivvota biss kemm-il darba jkollha bħala assigurazzjoni identity card. Apparti dan, hawnhekk turi li l-gvern bl-1,500 vot li għandu żejda.... (Interruzzjonijiet) Intom kellkom 4,000 fuq il-Partit Laburista fis-snin 60! (Interruzzjonijiet) Qatt ma kellkom maġġoranzi intom, u ggvernajtu! X’kellkom! Aħna fl-1996 kellna maġġoranza ta’ iktar minn 7,000 vot imma fil-parlament kellna biss maġġoranza ta’ siġġu wieħed!
THE CHAIRMAN: Ippermettili, Onor. Farrugia, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja u no cross debate.
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Mr. Chairman, qegħdin ngħidu li kull persuna jkollha dritt tivvota fl-elezzjonijiet ġenerali, fil-kunsilli lokali u fl-elezzjoni tal-parlament Ewropew billi jkollha a valid identity card maħruġa mill-awtoritajiet. Dwar min tkun l-awtorità nistgħu naqblu jekk ikunx il-kummissarju tal-Pulizija jew il-Kummissjoni Elettorali. Dik tkun xi ħaġa indikattiva b’mod ċar li dik il-persuna għandha dritt tivvota u ħadd m’għandu jitħalla jivvota jekk ma jkollux identity card. Dan hu l-prinċipju, li d-dritt tal-vot ikun marbut ma’ valid identity card. (Interruzzjonijiet) Issa mbilli qed tidħak! Aħna nafu b’ħafna affarijiet li ġraw fl-aħħar elezzjoni. Kemm nafu affarijiet! U llum jiena komdu nitkellem għax sa dalgħodu stess ġie l-qorti Nazzjonalist magħruf jagħtini il-garanzija li daħku bih u li qed jieħu pjaċir iħallas il-membership biex ikun parti mill-Partit Laburista. Għalhekk qegħdin inżidu fil-membri! (Interruzzjonijiet) Mhux se nħabblu rasna, aħna naħdmu qegħdin! Aħna naħdmu fl-interess tal-poplu Malti kollu, u fejn immorru ngħidu l-verità.
Mr Chairman, il-verità hija li dawn huma emendi sempliċi ta’ kontroll biex verament jivvota min għandu dritt jivvota u jiena ma nafx kif il-gvern mhuwiex preparat li jaqbel ma’ xi ħaġa bażika bħal din. Ejja ngħidu jkollna nies li għandhom kunjom Malti, u b'xi mod dawn jaraw kif ipoġġuhom fir-reġistru elettorali. Per eżempju, fi Franza, hemm xi kwart ta' miljun b'kunjom Malti. (Interruzzjonijiet) Ovvjament hemm ukoll l-Awstralja u l-Kanada, imma jien qed insemmi pajjiż Ewropew. Allura aħna bħala partit fl-oppożizzjoni u fl-interess tad-demokrazija m'għandniex id-dritt li nkunu nafu jekk dan għall-inqas għandux verament xi ħaġa marbuta ma' pajjiżu, per eżempju, jkun jgħix hawnhekk, ikollu residenza jew ikollu identity card?! Lanqas din?! Intom bil-poter li għandkom u li ilkom tabbużaw dawn is-snin kollha, u s'issa għadkom hemm …... (Interruzzjonijiet) Allura lanqas fuq din ma naqblu? (Interruzzjonijiet)
THE CHAIRMAN: L-Onor. Austin Gatt bil-permess tal-Onor. Anġlu Farrugia.
ONOR. AUSTIN GATT: Il-Partit Laburista qed jikkontesta l-kwalifika tar-residenza li hemm fil-Kostituzzjoni li tgħid li inti trid tkun residenti f’Malta sitt xhur fi 18-il xahar. Din qed tikkontestawha għax ma tistgħux tipprovawha.
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Le, mhux hekk.
ONOR. AUSTIN GATT: Intom qed tgħidu li huwa diffiċli li tipprovawha din u tridu xi ħaġa oħra magħha. Allura x'inhi l-kwalifika tal-identity card?
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Taqbel magħha jew le?
ONOR. AUSTIN GATT: Le, ma naqbilx magħha, u diġà għedtlek għaliex. (Interruzzjonijiet)
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Allura toqgħodx tagħmel domandi!
ONOR. AUSTIN GATT: X'inhi l-kwalifika tal-identity card li tkun residenti f’Malta għal sitt xhur? Għidli x'differenza hemm bejn waħda u oħra. Mhux xorta rrid nipprova r-residenza? Mhux xorta jista' jkolli lil xi ħadd, per eżempju, Tonio Fenech, b’identity card valida hawn Malta, jgħix Malta, imbagħad jaqbad il-familja, imur l-Italja u jkollu identity card valida għal għaxar snin? Allura trid tagħmillu rikors biex taqilgħu mir-reġistru elettorali. Mhux l-istess proċess se ngħaddu? Dan huwa l-argument kollu. Jien illum għandi identity card valida. Jekk immur l-Italja bil-familja b’kollox, il-validità ta’ ħames snin fuq l-identity card xorta tibqa’ hemm. Biex tneħħini mir-reġistru elettorali trid tipprova li jien ma nkunx qed ngħix f'Malta. Allura m'hemmx differenza.
THE CHAIRMAN: Grazzi. Qabel ikompli l-Onor. Farrugia nixtieq nagħmel osservazzjoni. Qegħdin fi stadju ta' Kumitat u nitlob lil kulħadd jirregola li qegħdin fi stadju ta' Kumitat. (Interruzzjonijiet) Kulħadd se jkollu l-permess jitkellem. L-Onor. Anġlu Farrugia.
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Ħalli nkun sempliċi. Jien smajtu lill-Onor. Austin, imma ma nafx x’irid jgħid eżatt. Jekk jgħidli li jaqbel mal-identity card lanqas għandna għalfejn noqogħdu niddibattu ħafna. Dan qisu qed jgħid li l-identity card hija marbuta mar-residenza u allura din hija prova. Jien qed ngħid li l-identity card hija marbuta mal-persuna. Ovvjament biex persuna jkollha identity card irid ikollha residenza hawn Malta. Ma toħroġx identity card ta’ persuna li tgħix barra minn Malta, mhux hekk? (Interruzzjonijiet) Imma jekk għandu identity card valida, fiha nnifisha din hija prova.
ONOR. AUSTIN GATT: Le.
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Imma aħna min-naħa tal-Oppożizzjoni qed ngħidu li jekk inti għandek identity card valida tista’ tivvota. Din hija sempliċi. Issa intom ma taqblux ma’ dan. Mela vvotaw kontriha. Daqshekk! Issa ħalli nimxi mas-suġġeriment tal-Onor. Tonio Borg. Mill-emendi li għandna aħna, hemm xi waħda li taqblu fuqha? Fil-każ ngħaddu għaliha mill-ewwel.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Tonio Borg.
ONOR. TONIO BORG: Kif ġew ippreżentati jew taqbel magħhom kollha jew inkella ma taqbel magħhom f'xejn. Issa hemm waħda, li jidhirli semmiha l-Onor. Gatt, li tgħid li l-membri tal-Kummissjoni Elettorali jivvotaw ġurnata qabel. Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq xi għaxra min-nies. Fuq dik mhux se noqogħdu ….. (Interruzzjonijiet) Imma kif qiegħda ma nistax naqbel magħha għax peress li ma naqbilx anke mal-oħrajn, irrid nivvota kontra tagħha. Kieku qiegħda ddraftjatha b'mod differenti nista' nivvota favur tagħha. (Interruzzjonijiet)
THE CHAIRMAN: L-Onor. Anġlu Farrugia.
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: L-emendi jibqgħu kif inhuma. Jew jaqblu magħhom jew ma jaqblux. Din hija sempliċi! (Interruzzjonijiet) Mela nistgħu nimxu.
ONOR. TONIO BORG: Jiġifieri jew kollox jew xejn!
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Le, mhux kollox jew xejn, għax inti issa ... (Interruzzjonijiet) Hija sempliċi.
THE CHAIRMAN: Ippermettuli ftit. Jekk se nitkellmu kollha f'daqqa mhux se naqblu żgur!
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Mela nagħmel kif tgħidli int allura! Dawk huma l-emendi, u daqshekk!
THE CHAIRMAN: Ippermettuli. L-Onor. Farrugia lest mill-intervent tiegħu?
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Iva, sakemm ma jkunx hemm xi reazzjoni oħra.
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? L-Onor. Tonio Borg.
ONOR. TONIO BORG: Sur President, mela l-ewwel niġu mgħajra arroganti u li fis-Select Committee ….. Imbagħad inqum biex ngħid, kif qam l-Onor. Gatt, li naqblu ma' parti mill-emenda, u r-reazzjoni hija li jew taqblu ma' kollox jew ma taqblu ma' xejn. Issa jien li dawn id-disa' membri tal-Kummissjoni Elettorali..… (Interruzzjonijiet) Dawn għandhom jippreżentaw l-emendi kif suppost. Biżżejjed ikkonċedejna li wara li approvajna l-artiklu 3A, bil-permess tal-Kamra għamilna recommittal. Kieku ridna nkunu antipatiċi konna ngħidu li dik hija magħluqa u ma tistax temendaha. (Interruzzjonijiet) Dak il-kapitlu issa huwa magħluq. Inti għandek raġun tgħid li ma nistgħux niddiskutu l-politika inġenerali. Imma issa wara dawk l-akkużi kollha li saru, agħtini imqar tliet minuti biex inwieġeb. Din hija l-kruċjata personali tal-Onor. Anġlu Farrugia, li aħna sraqna l-elezzjoni! Din ħaddieħor ma jgħidhiex għax għandu aktar sens komun. Din hi l-kruċjata personali tiegħu għax ħallewh waħdu fuq din! Dan dejjem jgħid li aħna sraqna l-elezzjoni!
Dan irid jifhem li inti tista' titlef l-elezzjoni t-tort tiegħek u mhux minħabba raġunijiet barra minnek. Bilfors tridu twaħħlu f'ħaddieħor! Dawn bilfors iridu jgħidu li rbaħna l-elezzjoni għax ġew jivvotaw minn barra jew għax ġew imwiegħda xi affarijiet. Intom fl-elezzjoni tal-1987, bejn l-1 u d-9 ta' Mejju, f’disat ijiem, daħħaltu 2,222 ħaddiem mal-gvern. Naturalment, dawn kollha mill-Public Service Commission għaddew! Jiġifieri li kieku ma raqdu xejn għal disat ijiem u qagħdu jaraw file file, ukoll ma kenux ilaħħqu li jdaħħlu 2,222 ħaddiem mal-gvern! Issa din tal-caretaker government minn fejn bdiet? F'Malta ma jeżistix il-konċett tal-caretaker government. Il-gvern jibqa' jiggverna. Kultant din jivvintawha xi ġurnalisti u issa reġa' vvintaha l-Onor. Farrugia. Ma jeżistix caretaker government. Jeżisti Gvern u teżisti Oppożizzjoni. M’hemmx xejn in between!
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: U ħallina!
ONOR. TONIO BORG: Però l-aktar li ħadt gost huwa meta qal li rbaħna l-elezzjoni minħabba l-MEPA. Il-Partit Laburista tilef l-elezzjoni għax skont ir-rapport tat-telfa l-uffiċjali għolja li jifformaw - ismagħha din, Onor. Dalli - it-tmexxija dehru li kull wieħed kien miexi għal rasu, mingħajr strateġija ċara u waħdanija. Mela mhux għax straqnieha imma għax kulħadd kien miexi għal rasu! Tant hu hekk li kull membru tat-tmexxija kellu t-think-tank tal-fiduċja tiegħu. Mela f’dan il-pajjiż magħqud u progressiv kulħadd kellu t-think-tank tal-fiduċja tiegħu. Mela mhux minħabba l-Maltin li jgħixu barra tilfu l-elezzjoni! (Interruzzjonijiet)
THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, ippermettuli ftit. M'hemmx interruzzjonijiet.
ONOR. TONIO BORG: Ingħad ukoll li ngħatat l-impressjoni lill-elettorat li l-Partit ma kellux fiduċja fil-mexxej tiegħu. Imbagħad jippretendu li jirbħu l-elezzjoni! U minflok jippruvaw iwaħħlu f’dak u fl-ieħor. Għandi aptit nidħol f'aktar dettalji imma aħjar le! (Interruzzjonijiet) Dan mhux jien ktibtu. Dan kitbuh il-Laburisti nominati mill-eżekuttiv tal-Partit li ppreżentaw dan ir-rapport dwar it-telfa! Imma fuq dan daqshekk. Fuq l-affarijiet l-oħrajn jien għedt diġà li fuq emenda waħda qegħdin naqblu. Issa jekk tridu tgħidulna li jew nieħdu kollox jew xejn, nivvotaw kontra din il-proposta. (Interruzzjonijiet)
THE CHAIRMAN: Grazzi. Irrid infakkar li qegħdin fi stadju ta’ Kumitat. Aktar rimarki? L-Onor. Roderick Galdes.
ONOR. RODERICK GALDES: Sur President, jien nixtieq nagħmel daqsxejn aċċenn fuq il-kwestjoni tal-power of incumbency. Jien naħseb li jekk kien hemm xi ħadd li jista' jikkummenta fuq il-mod kif ġew eżerċitati poteri tal-Istat lejlet l-elezzjoni naraw x'qed jgħidu persuni indipendenti. Naħseb li jekk
kien hemm persuna indipendenti u li m’għandu x’jaqsam xejn maż-żewġ partiti, dan kien proprju l-awditur tal-MEPA. F’rapport li sar ix-xahar li għadda dan qal dawn il-preċiżi kliem fuq il-gvern, u b’mod partikolari fuq dak li ġara min-naħa tal-bord tad-DCC u l-permessi li ħarġu qabel l-elezzjoni. Fil-fatt dan qal hekk:
“MEPA would find it difficult to disprove the allegations that this governmemnt authority issued many permits for building in green areas on the eve of the general elections.”
Sur President, jista’ jkollna konferma akbar minn din minn persuna indipendenti bħal din?! Dan huwa uffiċjal pubbliku, innominat mill-gvern stess sabiex isegwi l-operat tal-istat vis-à-vis il-ġid komuni ta’ pajjiżna. U mbagħad jiġu jgħidulna bil-power of incumbancy tal-1987! Ħalluna! Illum qegħdin fl-Unjoni Ewropea u suppost qegħdin tiggarantixxu li timxu skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea. Madankollu bqajtu bl-istess mentalità!
THE CHAIRMAN: Grazzi. Se nagħmilha ċara li bħalissa qegħdin fl-istadju ta’ kumitat u minn issa ‘l quddiem naħseb li hemm bżonn li nirregolaw ruħna. Aktar rimarki? L-Onor. Austin Gatt.
ONOR. AUSTIN GATT: Sur President, l-unika appell li nista’ nagħmel huwa li kieku dawn ir-raġunamenti kollha tal-Onor. Farrugia u tal-membri l-oħra li tkellmu kienu fir-rapport tat-telfa li għamel il-Partit Laburista, forsi kont nibda nemmen u ngħid li l-Partit Laburista, fl-analiżi li għamel, iġġudika dawn l-affarijiet bħala parti minnu. Dawn id-dubji kien jistaqsihom l-Onor. Farrugia? Meta jsemmu l-klikek li kien hemm fil-Partit Laburista li wasslu għat-telfa tal-Partit Laburista, l-Onor. Farrugia kien parti minn xi klikka minn dawn li ssemmew? S’issa għadu ma rrispondinix fuqha!
Meta fir-rapport tat-telfa ntqal li kien hemm nies li fid-dar ċentrali kellhom aktar poter minn ħaddieħor, l-Onor. Farrugia kien wieħed minn dawn in-nies jew inkella kien vittma? Meta jgħidu li t-tliet leaders tal-Partit Laburista kellhom il-klikek tagħhom, l-Onor. Farrugia kien jifforma parti minnhom jew inkella kien eskluż mit-tlieta li huma? Skont l-analiżi li saret mill-Partit Laburista – issa mhu qed nikkwota lil ħadd ħlief lill-Partit Laburista – kienu dawn l-affarijiet li wasslu għat-telfa tal-Partit Laburista u mhux l-affarijiet l-oħra li semma l-Onor. Farrugia hawnhekk.
THE CHAIRMAN: Ippermettili ftit, Ministru. Naħseb li hemm bżonn nirregolaw ruħna. Quddiemna għandna tliet emendi għall-klawsola 2, u bħalissa qegħdin fl-istadju ta’ kumitat. Naħseb li ppermettejt biżżejjed sabiex isiru s-Second Readings u issa hemm bżonn li nirregolaw ruħna.
ONOR. AUSTIN GATT: Sur President, se nsemmi żewġ affarijiet ħalli nagħmel il-pożizzjoni ta’ din in-naħa ċarissima fuq il-kwestjoni tat-taxxa li semma l-Kap tal-Oppożizzjoni. L-Onor. Muscat qal li qed jitfgħu l-idea li l-ħlas tat-taxxa bl-eċċezzjonijiet kollha possibbli, li s’issa ħadd ma jaf x’inhuma, għandha tkun il-kwalifika sabiex inti tivvota f’pajjiżna. L-ewwel nett din mhijiex xi ħaġa ġdida, u fil-fatt hawnhekk għadhom kif bagħtuli kopja ta’ emenda bil-miktub u ffirmata mid- deputat kap tal-Partit Laburista ta’ dak iż-żmien Michael Falzon meta kellna l-laqgħat bħala partiti kemm fis-sena 2001 kif ukoll fis-sena 2005. L-emenda li riedu jressqu l-Partit Laburista se naqraha testwalment, fejn qed jgħidu li persuna li tkun barra minn Malta tkun tista’ tivvota jekk:
“If he is employed in the interest of or is an employee of a partnership or company which in accordance with any law is registered in Malta...”
- jiġifieri jekk jaħdem ma’ kumpannija barranija lanqas jivvota ma jista’, anke jekk iħallas it-taxxa. Irid ikun jaħdem ma’ kumpannija reġistrata f’Malta biex jivvota –
“...provided that such person is registered for taxation purposes in Malta under the Income Tax Act 1948 and is subject to the payment of social security contributions in Malta.”
B’din l-emenda, li hija l-unika emenda drafted tal-Partit Laburista, u li l-Partit Nazzjonalista kien qal li ma jaqbilx magħha kemm fis-sena 2001 kif ukoll fis-sena 2005, kienet qed tgħid li dawk il-persuni li jaħdmu l-Libja ma’ kumpanniji Amerikani, li jħallsu t-taxxa l-Libja u jħallsu s-social secutiy contributions fil-Libja wkoll għax hemm dak it-tip ta’ arranġamenti, ma kenux jikkwalifikaw għad-dritt tal-vot.
Lanqas dawk l-istudenti li jkunu qegħdin jistudjaw u jaħdmu barra minn Malta ma kienu jikkwalifikaw. Is-self-employed li jmur barra jaħdem u jaqla’ l-flus barra u jħallas it-taxxa barra imma li huwa residenti f’Malta ma kienx jikkwalifika bl-emenda tal-Partit Laburista. U għalhekk aħna kontra li jkollna din it-tip ta’ kwalifika sabiex inti tkun tista’ tivvota. Il-vot tiegħek għandu jkun marbut essenzjalment, sakemm inti mentalment kompos, ma’ żewġ bażijiet. Waħda ċ-ċittadinanza, għax ma naħsibx li aħna nistgħu ngħidu li ċ-ċittadinanza waħedha hija biżżejjed, inkella għandek il-Maltin tal-Awstralja li jispiċċaw jikkwalifikaw ukoll jekk ma tagħmilx ir-residenza. Ir-residenza għalhekk qiegħda hemmhekk u għalxejn aktar.
Ir-residenza qiegħda hemm biex tillimita d-dritt tan-nazzjonalità għax aħna stajna nagħmlu kif jagħmlu ħafna pajjiżi oħra bħall-Amerika, l-Italja, l-Ingilterra u Franza, fejn jekk inti ċittadin ta’ dak il-pajjiż, anke jekk għandek ċittadinanza doppja, li tgħix fejn tgħix, tista’ tibgħat il-vot tiegħek bil-posta. Mela Amerikan li jgħix Malta jista’ jivvota għall-elezzjonijiet Amerikani. Taljan li jgħix Malta u ilu ma jmur l-Italja għal 50 sena jista’ jivvota għall-elezzjonijiet Taljani. Dan imur l-ambaxxata u jivvota u jibgħat il-vot tiegħu bil-posta. Dawn il-pajjiżi jivvotaw fuq il-bażi tan-nazzjonalità biss u mhux fuq il-bażi ta’ residenza. Imma naħseb li lkoll naqblu li għalina hija daqsxejn ta’ problema għax b’residenti kwalifikanti għandna madwar kwart ta’ miljun, u jekk inneħħu dik u ngħidu li trid tkun Malti biss, ma nafx kemm għandna ċittadinanzi doppji madwar id-dinja. U allura l-gvernijiet jispiċċaw jiġu diterminati mhux minn min jgħix Malta imma minn min jgħix barra minn Malta, u allura trid bilfors tagħmel kwalifika ta’ residenza u mhux kwalifika ta’ taxxa.
Apparti li l-prinċipju huwa ħażin, l-argument tal-ħlas qatt m’għandu jirbaħ l-argument tar-residenza. Apparti minn hekk, ir-residenza hija meħtieġa għax ir-residenza hija parti mill-parteċipazzjoni tiegħek fil-pajjiż. Kif tipprovaha residenza? Jiena sinċerament nitlob lill-Onor. Farrugia sabiex isegwini għax din mhijiex kwestjoni ta’ pika. Mela l-ħruġ tal-identity card hija bbażata fuq prova ta’ residenza. Barrani jew Malti emigrant m’għandu l-ebda obbligu li jagħmel identity card hawn Malta qabel ma jgħaddu sitt xhur minn mindu jkun daħal hawn Malta, li jistgħu jkunu konsekuttivi jew inkella maqsumin f’perijodi differenti. Tajjeb jew ħażin, għamiltx l-identity card fil-perijodu indikat, jekk għandek identity card, dik hija prova ta’ residenza biss fil-mument li inti għamiltha u mhijiex prova ta’ residenza kontinwata.
Dik l-identity card hija valida għal għaxar snin u jien se nibqa’ ndur b’dik l-identity card anke jekk nitlaq minn Malta. Fil-fatt waħda mill-problemi li għandna u li qed naffrontawha, u li rridu nagħmlu emendi fil-liġi dwarha hija dik li nikkalkolaw li hawn madwar 48,000 identity card maħruġin over the years lill-barranin li telqu minn dan il-pajjiż u li parti minnhom għadhom validi. Il-ħruġ tal-identity card kulma tipprova hu li jien ġejt fil-pajjiż sitt xhur ilu u li ilni daqshekk hawnhekk. X’jitolbuhom bħala prova jekk ikun Malti ġej mill-Awstralja u li ċaqlaq ir-residenza tiegħu? Jgħidulhom sabiex iġibu l-passaport ħalli jaraw għaliex jew inkella jkollok 14-il sena u toħroġlok l-identity card. X’qed tipprova?
Qed tipprova li meta mort u applikajt għall-identity card, inti għandek ir-residenza f’dak il-mument li tawk l-identity card. Imbagħad tawk identity card għal għaxar snin u mort ‘l hawn u mort ‘l hemm, però jekk ismek se jidħol fir-reġistru elettorali għax għandek identity card valida, mhux se nsolvi l-problema ta’ jekk ilekx tgħix hawnhekk u ta’ jekk tikkwalifikax jew le għas-sitt xhur fit-18-il xahar. Mela x’se nagħmlu? Jew inħalluha hemmhekk u allura bqajna fl-istess problema, jew inkella nneħħuha. Jekk inneħħu tas-sitt xhur fit-18-il xahar se niġi f’pożizzjoni agħar għax jien jista’ jkolli l-identity card li applikajt għaliha tliet snin ilu, tlaqt barra mill-pajjiż, u se nibqa’ nidher xorta fir-reġistru elettorali.
Jekk qed ngħidu li l-kwalifika se tkun a valid identity card, qed ngħidu bil-kontra. Fl-elezzjoni tal-2003 il-Partit Laburista kien kiteb lil ħafna studenti – madwar 2,000 - li kienu qed jistudjaw barra minn Malta u qalilhom li isimhom kien qiegħed jidher fir-reġistru elettorali. Qalilhom li l-partit kellu suspett, fi kliem aktar pulit, li huma ma kellhomx il-kwalifika tar-residenza u li allura jekk jiġu jivvotaw se jkunu qegħdin jagħmlu reat kriminali u li jistgħu jiġu mfittxija mill-qorti. Teknikament totalment korretta, però il-proposta tal-identity card qed tgħid li taqla’ tas-6 xhur fi 18-il xahar u kull min għandu identity card valida se jkun jista’ jidher fir-reġistru elettorali u jkun jista’ jivvota.
Hawnhekk se mmorru lura għax li qed ngħidu hu li l-istudent li telaq minn Malta erba’ snin ilu imma għandu l-identity card tiegħu valida, dan se jkun jista’ jivvota. Dan li qed tipproponu intom u għalhekk ma jagħmilx sens, għax intom qed tgħidu li within the arch of a 10 year period li jkunu validi l-identity cards, kull min għandu identity card huwa Malti f’dak il-perijodu u allura se jibqa’ jivvota, indipendentament jekk huwiex residenti jew le, xi ħaġa li tmur kontra l-metodu ta’ kif argumentajtu s’issa, jiġifieri kontra l-kwalifika tar-residenza tas-6 xhur fi 18-il xahar. Għalhekk qatt ma nistgħu nkunu favur din l-emenda għax la ssolvi l-problema ta’ kif nipprova r-residenza u wisq inqas se tagħmilha aktar u aktar faċli sabiex persuni li mhumiex residenti Malta jivvotaw fl-elezzjoni ġenerali. Hawnhekk qegħdin niftħu aktar u mhux nikkontrollaw. Niġi għall-aħħar punt.
Sur President, qegħdin nitkellmu fuq ħafna affarijiet u qed ninsew li t-thrust tal-emenda huwa forsi 5% ta’ dak kollu li għandhom il-pajjiżi demokratiċi kollha, u cioè id-dritt taċ-ċittadin residenti fil-pajjiż li jekk mhux fil-pajjiż jingħata l-faċilità li jivvota. F’pajjiżi barra minn Malta jagħtu lin-nies il-faċilità li jivvotaw bil-posta jew li jmorru fl-ambaxxati u anke jagħmlulhom kif nagħmlu aħna, bl-ajruplani u l-ferroviji u jħallas il-gvern biex jiġu lura ħalli jivvotaw. Jiena hawnhekk nistieden lill-Onor. Farrugia sabiex jekk għandu lista ta’ persuni li ġew miċħuda l-boarding mill-AirMalta d-darba l-oħra, jagħtihielna billi jippreżentaha uffiċjalment ħalli aħna ninvestigawha. Jiena ngħidlu li għandu jġibha l-lista u mhux noqogħdu nparlaw u ma nġibu xejn! S’issa jien għadni ma rajtx lista waħda. Iġibilna l-lista, u aħna neżaminaw każ każ u naraw min għandu raġun. Imma r-realtà hi li l-pajjiżi demokratiċi kollha jagħtu lill-votanti tagħhom kull opportunità sabiex dawn ikunu jistgħu jivvotaw u mhux ixekklu dak id-dritt.
Aħna tradizzjonalment tajna dak id-dritt biss lil min fiżikament kien preżenti fil-pajjiż fil-mument tal-votazzjoni. Kien il-Partit Nazzjonalista li estenda ftit billi qal li fil-jumejn tal-elezzjoni huwa kien se jirranġa biex min qiegħed barra minn Malta u jikkwalifika għall-vot, ikun jista’ jiġi fil-pajjiż bl-ajruplan. Hawn qed nestendu bil-kontra għax qed ngħidu li kull min jgħix f’Malta u għandu dritt għall-vot, u fil-ġurnata tal-elezzjoni se jsib ruħu msiefer, dan se jkollu d-dritt li jivvota qabel. Ara kemm qed inkunu magnanimous! Ħdejn pajjiżi oħra qed inkunu restrittivi ħafna. Nerġa’ nappella kif diġà għamilt u nispera li nkunu maturi biżżejjed sabiex dan id-dritt tal-vot inkabbruh billi nestendu l-metodu ta’ kif tivvota bl-istess mod ta’ kif għandhom pajjiżi oħra. U eventwalmet, mhux qed ngħid neċessarjament għall-elezzjoni li ġejja, inħallu ċ-ċittadini tagħna li jikkwalifikaw għall-vot li jivvotaw fl-ambaxxati, bil-posta u b’kull metodu possibli għax l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot huwa eżerċizzju tad-dritt fundamentali demokratiku.
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? L-Onor. Anġlu Farrugia.
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Sur President, jien mhux se noqgħod nirrispondi imma ngħid biss li l-ispiżjar milli jkollu jagħtik! Fuq il-Partit Nazzjonalista – hawnhekk mhux qed nara lill-Ministru Dalli u lil ministri oħra – hemm ħafna x’wieħed jista’ jgħid, kemm qabel u kemm wara l-elezzjoni, u li s-segretarju ġenerali jinbidel minnufih. Aħna ma jinteressawniex dawn l-affarijiet għax huma fuq kollox probemi tagħhom. Jien se nitkellem dwar il-kwestjoni tal-identity cards. Aħna qed ngħidu li biex tivvota jrid ikollok l-identity card. Issa jekk persuna jkollha identity card maħruġa b’mod validu u mbagħad din tassenti ruħha u jkun hemm raġuni għalfejn, din tista’ tagħmel challenge fuq dak il-vot. U dik il-proċedura se tibqa’ hemmhekk.
Aħna qed ngħidu li minflok joħroġ il-voting document, inti tista’ tivvota billi tippreżenta l-identity card. Issa fuq din il-Partit Nazzjonalista mhux qed jaqbel. Issa nħallu lill- poplu Malti jiġġudika għalfejn il-Partit Nazzjonalista mhux qed jaqbel ma din il-ħaġa sempliċi li hija marbuta mal-identità tal-persuna, liema identità hija maħruġa mill-awtoritajiet u li turi li hija valida. Fl-aħħar elezzjoni nafu b’anzjani li kienu Laburisti li spiċċaw kellhom jitilgħu quddiem il-bordijiet biex jaqtgħuhom minn fuq ir-reġistru elettorali. Jekk se noqogħdu nsemmu x’ġara u x’ma ġarax, jien nista’ ngħid li llum għandna sitwazzjoni fejn l-identity cards tagħna huma kollha skaduti. Allura żgur li issa huwa l-mument li nagħmlu dan l-eżerċizzju. (Interruzzjonijiet).
THE CHAIRMAN: Bil-permess tal-Onor. Farrugia, insejjaħ lill-Ministru Gatt.
ONOR. AUSTIN GATT: Legalment l-identity cards għal Malta huma validissimi għax kien hemm estenzjoni. Issa min irid jużaha biex isiefer biha, u allura jrid ibiddel id-data tal-vadilità tagħha, kulma’ jrid jagħmel hu li jmur l-Evans Building u jibdluhielu.
THE CHAIRMAN: Grazzi. L-Onor. Anġlu Farrugia.
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Aħna qed ngħidu li jekk issa se nagħmlu eżerċizzju fejn kulmin għandu dritt li jkollu identity card valida u mhux skaduta, il-preżentazzjoni tal-emenda tista’ isir illum. Irridu ngħidu li kellna gvern li din għamilha b’intenzjoni! Jiena ngħid li b’abbuż ħalla l-identity cards jiskadu! Ara ma taħsbux li dawn jagħmlu xi ħaġa bla skop! Dawn kollha jkollhom raġuni warajhom! Issa aħna qed ngħidu b’mod kompatt - mhux kif qed jitkellem il-Ministru Tonio Borg li ma tantx jidher li huwa kompatt - li din l-emenda hija sempliċi u li għandna naqblu magħha. Aħna għandna nitilqu mill-punto di partenza li persuna with a valid identity card ikollha dritt tivvota u li fiha nnifisha tagħti d-dritt tal-vot.
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? Il-Ministru Tonio Borg.
ONOR. TONIO BORG: Din tal-identity cards ma nafx kif qamet. Għamilna tliet kwarti niddiskutu fuq emenda li ma teżistix! Lanqas biss ġiet ippreżentatha l-emenda fuqha. Fl-antik ippreżentaw emenda simili għax kont irċevejtha bl-email. Dik kienet emenda teknika u dettaljata li ġiet imressqa mill-Partit Laburista fejn intqal li l-vot ikun suġġett għalmin hu reġistrat taħt l-Income Tax Act tal-1948 u li jħallas is-social security contribution. Mela kellkom emenda fuqha darb’oħra. Issa din id-darba għamiltu tliet kwarti tiddiskutu fi stadju ta’ kumitat din il-kwestjoni, imma meta staqsejtkom fejn hi l-emenda, skoprejna li l-emenda ma ġietx ippreżentata! (Interruzzjonijiet)
THE CHAIRMAN: Ma tistgħux titkellmu t-tnejn f’daqqa! Ippermettuli ftit. Issa kif ilesti l-Ministru nsejjaħlek biex titkellem, Onor. Farrugia.
ONOR TONIO BORG: Sur President, fuq il-kwestjoni tal-identity cards ġiet ippreżentata l-emenda. Biex tivvota ġimgħa qabel trid tmur turi l-boarding pass. Fuq din ippreżentaw emenda wkoll. U li biex tivvota minn ġimgħa qabel inti trid turi l-biljett tal-ajru, ressqu emenda wkoll. Anke biex il-kummissarji elettorali jkunu jistgħu jivvotaw qabel ressqu emenda fuqha. Imma fuq il-kwestjoni li ilna tliet kwarti niddiskutuha, fejn qalu li għandna reġistru elettorali mtaqqab u li kull min mhuwiex eleġibbli għall-vot, ivvota lill-Partit Nazzjonalista, skoprejna li m’għandniex emenda fuqha! Anke jien waqajt fin-nassa, għax ħsibt li hemm emenda fuqha u bdejt inwieġeb sakemm skoprejt li m’hemmx emenda fuqha! Ħlejna tliet kwarti għax qatt m’għaddieli minn moħħi li xi ħadd jista’ jiddiskuti emenda li ma teżistix! Jien qatt ma bsart li qegħdin niddiskutu emenda, li għamluha l-cavallo di battaglia tagħhom, u mbagħad ma nsibx l-emenda għaliha! Lanqas biss indunaw li m’għamlux emenda għaliha u kelli nqajjem jien dan il-punt!
THE CHAIRMAN: Point of order, l-Onor. Anġlu Farrugia.
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Sur President, diġà spjegajt fuq dan li qed isemmi l-Ministru. Mhu veru xejn! Dwar il-kwestjoni tat-taxxa u dak kollu relatat konna qegħdin niddiskutuh - u konna se niddiskutuh - fis-Select Committee. Hawnhekk sempliċiment għamilna emendi għall-emendi li ressqu n-naħa l-oħra. Din diġà spjegajtha u tajt ir-raġunijiet. Għaldaqstant m’għandux għalfejn jerġa’ iqajjimha. Mhu veru xejn! Il-Kap tal-Oppożizzjoni rrifera għall-kwestjoni tat-taxxa u dak kollu li hu marbut magħha dwar min għandu jivvota u min m’għandux, però dejjem fil-kontest tar-riforma kollha kompleta elettorali li kienet waħda mis-suġġetti skont l-ittri skambjati bejnu u bejn il-Prim Ministru għas-Select Committee. Issa jekk se jibqa’ sejjer biha, naħseb li l-poplu Malti qiegħed jifhem x’inhu jiġri f’dan il-parlament!
THE CHAIRMAN: Insejjaħ lill-Ministru Tonio Borg.
ONOR. TONIO BORG: Dażgur li l-poplu Malti qiegħed jifhem dak li qed jiġri! Mela l-ewwel ngħidu li nivvotaw favur din l-emenda li qed iressaq il-gvern jekk intom taċċettaw li anke għall-elezzjoni li ġejja tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali jivvotaw biss in-nies li jirreġistraw għat-taxxa. Hekk kienet fis-Second Reading! Hemm ħames kondizzjonijiet, waħda minnhom hija proprju din li trid tkun tħallas it-taxxa u li tkun reġistrat taħt l-Income Tax Act. L-inqas li stennejt huwa, jekk għadhom jemmnu fiha - għax donnu pperswadejniehom li lanqas ikomplu biha – li meta niġu fl-istadju ta’ kumitat, tressqu l-emendi għaliha bħalma ressaqtu għal affarijiet oħra.
Issa jew insejtu jew ma kellkomx ċans, imma xorta jibqa’ l-fatt li ma ressaqtuhiex din l-emenda, u allura kontu out of order. Il-Kamra ġiet żvijjata mill-Oppożizzjoni għax bdew jiddiskutu. Għalkemm l-Oppożizjzoni vvotat kontra u talbet division fuq it-Tieni Qari, meta ġejna għall-emenda tal-ġimgħa qabel l-Oppożizzjoni ma vvotatx kontra. Fil-fatt dik l-emenda għaddiet nem. con u wara skoprejna li riedu jagħmlu emendi oħra. B’hekk għamilna r-recommittal.
THE CHAIRMAN: Point of order, l-Onor. Anġlu Farrugia.
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Sur President, se nsemmi żewġ affarijiet. Ħalli nerġa’ mmur fuq tat-taxxa għax il-Ministru ilu għaddej fuqha, u jkun tajjeb li jmur jara t-transcript ta’ dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni. Il-Ministru qed jgħid li qrah id-diskors u allura jaf li l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li hemm bżonn ta’ diskussjoni wiesgħa, twila u dettaljata. Barra minn hekk, ma kienx qed jagħmel riferenza u qatt ma qal li se jagħmel emendi at this stage. Inkunu nġusti li niġu f’din il-Kamra u ngħidu li sar hekk jew li kellu jkun hekk! Dan mhu veru xejn! It-tieni ħaġa li rrid insemmi hija dwar il-kwestjoni tal-emendi tagħna. Aħna konna diġà għedna mill-bidu nett, xħin bdejna d-dibattitu llejla, li għandna l-emendi. Issa meta għal xi raġuni għaddiet nem. con., aħna morna għar-recommittal. Mhux hekk kien il-ftehim? Allura għalfejn se terġa’ kull darba taqla’ din il-kwestjoni meta diġà lestejnieha?!
THE CHAIRMAN: Grazzi. Naħseb li d-diskussjoni ħadet ħin biżżejjed. Qed noqorbu lejn id-9.00 p.m. u għandna l-votazzjonijiet x’nieħdu. Il-Ministru Tonio Borg.
ONOR. TONIO BORG: Sur President, ħa nsemmi xi affarijiet pożittivi li ħarġu minn dan id-dibattitu. Jidher li hemm affarijiet li naqblu dwarhom, fosthom il-kwestjoni tal-membri tal-Kummissjoni Elettorali. Qbilna wkoll fuq xi ħaġa li għal din in-naħa tal-Kamra u anke għan-naħa l-oħra hija importanti, jiġifieri mhux għal din id-darba imma għal darb’oħra, li dawk il-persuni kollha li jagħlqu t-18-il sena jkunu jistgħu jivvotaw jekk ikunu għalqu t-18-il sena sad-data tal-elezzjoni. Ejjew inkomplu niddiskutu dawn l-affarijiet għax hemm ċerti affarijiet pożittivi.
Din il-proposta li min għandu 18-il sena jivvota, anke jekk jagħlaqhom bejn l-għeluq tar-reġistru elettorali u d-data tal-elezzjoni, kienet proposta tagħna li l-Oppożizzjoni taqbel magħha. U naħseb li hija xi ħaġa pożittiva li rridu nimxu fuqha. Kien għalhekk li xtaqt nagħlaq dan id-dibattitu b’mod pożittiv. Issa nispera li jiġu strutturati l-emendi b’tali mod fuq dik l-emenda li naqblu dwarha u ma niġux kostretti li nivvotaw kontra dik l-emenda għax hija f’forma ta’ pakkett. Nerġa’ ngħid li l-emenda dwar li l-membri tal-Kummissjoni Elettorali jivvotaw lejlet l-elezzjoni ma nsibux oġġezzjoni għaliha. Issa jekk tiġi strutturata l-emenda b’tali mod li nistgħu nivvotaw favur tagħha, aħna nivvotaw favur tagħha. Jekk ma jsirx hekk, se jkollna nivvotaw kontra l-emendi kollha.
THE CHAIRMAN: Grazzi. Ippermettili ftit Onor. Farrugia, ħalli nagħmlu daqsxejn ta’ struttura fuq kif se nagħlqu d-dibattitu fl-Istadju ta’ Kumitat. Għandna tliet emendi, waħda ppreżentata min-naħa tal-Gvern u t-tnejn l-oħra ppreżentati min-naħa tal-Oppożizzjoni. Issa min-naħa tal-Iskrivan tal-Kamra ppreparajna text li jekk xi ħadd jogħġbu jressaqha, ikun liberu li jressaq din l-emenda. Aktar rimarki? L-Onor. Anġlu Farrugia.
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Sur President, qed nieħu pjaċir li l-Onor. Tonio Borg qed jaqbel ma’ din l-emenda llum għax din ma kentix il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Mela jien qed neħodha li l-Partit Nazzjonalista qed jaqbel mal-proposta tagħna li nistgħu nagħmlu emenda sabiex jingħata l-vot lil dawk iż-żgħażagħ ta’ bejn is-16-il sena u.....
THE CHAIRMAN: L-emenda li semma l-Ministru Borg kellha x’taqsam mal-kummissarji elettorali.
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Għar-rigward tal-kunsilli lokali m’intomx taqblu magħha? Ma taqblux ma’ dan il-vot? (Interruzzjonijiet)
THE CHAIRMAN: Ippermettili ftit Onor. Farrugia. L-emenda li semma l-Ministru Borg kienet fuq tal-kummissarji elettorali. Issa ma nistgħux niftħu diskussjoni fid-9.00 p.m! Hemm aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Mela ħalli nispjega ftit kif se nipproċedu. L-ewwel se npoġġi l-mistoqsija fuq l-emendi mressqa min-naħa tal-Oppożizzjoni fejn għandna żewġ emendi. Għandna waħda ppreżentata mill-Kap tal-Oppożizzjoni mmarkata bl-ittra “B” u għandna emenda oħra ippreżentata mill-Onor. Anġlu Farrugia mmarkata bl-ittra “Ċ”. Wara se nressaq għall-vot l-emenda ppreżentata mill-Viċi Prim Ministru mmarkata bl-ittra “A”.
Il-Ministru Tonio Borg.
ONOR. TONIO BORG: Sur President, inti semmejt diversi emendi mmarkati b’ittri differenti imma aħna m’għandniex l-emenda tal-Oppożizzjoni attached mal-ittra msemmija. Jekk waħda minnhom qiegħda tirriferi biss għall-emenda separata tal-Kummissjoni Elettorali...
THE CHAIRMAN: Le mhijiex.
ONOR. AUSTIN GATT: Jista’ jkollna kopja tagħha?
THE CHAIRMAN: Iva, imma suppost li kulħadd għandu kopja għax diġà tqassmu.
ONOR. AUSTIN GATT: Aħna m’għandniex.
THE CHAIRMAN: Ilna nitkellmu fuq dawn l-emendi mis-6.40 p.m. fl-Istadju ta’ Kumitat, allura kif m’għandkomx kopja tagħha? L-Onor. Anġlu Farrugia ressaq emenda waħda, filwaqt li l-oħrajn kollha tressqu mill-Kap tal-Oppożizzjoni. L-Onor. Austin Gatt.
ONOR. AUSTIN GATT: Sur President, ħalli nkunu ċari. Hemm żewġ emendi tal-Oppożizzjoni, waħda mressqa mill-Kap tal-Oppożizzjoni u l-oħra mressqa mill-Onor. Anġlu Farrugia. Sar ir-recommittal, u l-emenda tal-Onor. Borg għall-oriġinali diġà għaddiet nem. con. (Interruzzjonijiet) Imma hemm il-vot fuq ir-recommittal, mhux fuq l-emenda! (Interruzzjonijiet) Allura hemm żewġ emendi, għax hu qal li hemm tlieta.
THE CHAIRMAN: Ippermettuli ftit. Għandna emendi mressqa min-naħa tal-Oppożizzjoni li qed jissuġġerixxu li jemendaw it-text oriġinali, però din il-Kamra qablet diġà fuq l-emenda mressqa mill-Viċi Prim Ministru li għaddiet nem. con., u allura issa t-text inbidel. Jiġifieri qed jiġu ppreżentati emendi fuq it-text oriġinali, fuq kif kienet il-klawsola oriġinali, li issa ġiet emendata permezz tal-Viċi Prim Ministru. (Interruzzjonijiet) Le, imma anke kif inhi strutturata l-emenda mhux qed taqbel. L-Onor. Austin Gatt.
ONOR. AUSTIN GATT: Ħalli nagħmlu hekk. Inressqu l-emenda handwritten tal-Onor. Farrugia u nivvotaw fuqha. Inressqu l-emenda tal-Kap tal-Oppożizzjoni typewritten li fiha żewġ paġni. L-ewwel paġna tgħid: “Emenda għas-subartikolu (3A) tal-artikolu 77 u wara s-subartikolu (4)(a) tal-artikolu 77”, u nivvotaw fuq din. Wara li nivvotaw għal dawn it-tnejn, nivvotaw fuq il-klawsola oriġinali, kif emendata minn Dr. Borg. Taqblu hekk? (Interruzzjonijiet) Hawn l-emenda tal-Onor. Farrugia, nivvotaw fuqha, wara nivvotaw fuq l-emenda tal-Kap tal-Oppożizzjoni li tikkonsisti f’żewġ paġni għax huma subartikoli differenti, u li qed nikkonsidrawha emenda waħda. Imbagħad jibqa’ nivvotaw fuq il-klawsola oriġinali kif emendata u għaddiet nem. con. mill-Onor. Borg.
THE CHAIRMAN: Ladarba qed naqblu, se nipproċedi kif spjega l-Ministru Austin Gatt. Il-mistoqsija hi l-emenda mmarkata “Ċ”, kif imressqa u moqrija mill-Onor. Anġlu Farrugia. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE CHAIRMAN: Billi ntalbet votazzjoni, skont il-ftehim milħuq din tittieħed fil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hi l-emenda mmarkata kif imressqa u moqrija mill-Kap tal-Oppożizzjoni. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE CHAIRMAN: Billi ntalbet votazzjoni, skont il-ftehim milħuq, din ukoll tittieħed fil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hi klawsola 2, kif emendata bl-emenda “A” imressqa mill-Viċi Prim Ministru li diġà vvotajna fuqha. L-Onor. Anġlu Farrugia.
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Peress li l-emendi tagħna ma ġewx aċċettati min-naħa tal-gvern, anke l-emenda tal-Viċi Prim Ministru aħna se nivvotaw kontra tagħha.
THE CHAIRMAN: Imma se npoġġi l-mistoqsija l-ewwel.
ONOR. ANĠLU FARRUGIA: Jien sempliċement biex nagħmel point of clarification.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata bl-emenda ppreżentata mill-Viċi Prim Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried
ONOR. MEMBRU: Division.
THE CHAIRMAN: Din il-votazzjoni tittieħed ukoll fil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol.
Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.
Fid-9.05 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin irrapporta progress.
THE DEPUTY SPEAKER: Billi aktar qabel intalbet votazzjoni fuq it-Tieni Qari, se nerġa’ npoġġi l-mistoqsija. Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “Att biex jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, Kap. 354”, ikun moqri t-Tieni Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
Billi ntalbet votazzjoni s-seduta ġiet sospiża fid-9.05 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.
THE DEPUTY SPEAKER: Se nerġa’ npoġġi l-mistoqsija. Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “Att biex jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, Kap. 354”, ikun moqri t-Tieni Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
VOTAZZJONI NRU. 35
FAVUR : 35
L-Onor.
Agius David
|
Frendo Michael
|
Agius Francis
|
Galea Ċensu
|
Arrigo Robert
|
Galea Mario
|
Azzopardi Frederick
|
Gatt Austin
|
Azzopardi Jason
|
Gonzi Lawrence
|
Bonnici Charlo’
|
Gonzi Michael
|
Borg Tonio
|
Mifsud Philip
|
Cassar Joseph
|
Mifsud Bonnici Carmelo
|
Cristina Dolores
|
Mugliett Jesmond
|
Dalli John
|
Puli Clyde
|
de Marco Mario
|
Pullicino George
|
Debono Franco
|
Pullicino Orlando Jeffrey
|
Debono Giovanna
|
Said Chris
|
Deguara Louis
|
Spiteri Stephen
|
Falzon Joseph
|
Vassallo Edwin
|
Farrugia Jean Pierre
|
Zammit Ninu
|
Fenech Tonio
|
Zammit Dimech Francis
|
Fenech Adami Beppe
|
|
KONTRA : 34
L-Onor
Abela Carmelo
|
Farrugia Michael
|
Agius Chris
|
Farrugia Noel
|
Agius Decelis Anthony
|
Galdes Roderick
|
Bartolo Evarist
|
Gulia Gavin
|
Bonnici Owen
|
Herrera José
|
Brincat Leo
|
Mangion Charles
|
Buhagiar Charles
|
Mizzi Joe
|
Buontempo Stefan
|
Muscat Joseph
|
Busuttil Luciano
|
Parnis Silvio
|
Cardona Chris
|
Pullicino Marlene
|
Caruana Justyne
|
Refalo Anton
|
Cauchi Gino
|
Sammut Joseph
|
Coleiro Preca Marie Louise
|
Sant Alfred
|
Dalli Helena
|
Vassallo Adrian
|
Debono Grech Joseph
|
Vella George
|
Falzon Michael
|
Vella Karmenu
|
Farrugia Angelo
|
Zammit Anthony
|
Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta’ Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.
Skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, il-Kamra għaddiet għall-votazzjonijiet li ntalbu fl-istadju ta’ kumitat tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali.
L-ordni għal Kumitat ġie moqri
FIL-KUMITAT
L-Onor Carmelo Abela, President tal-Kumitati, jippresjedi.
Klawsola 2 – Emenda tal-artikolu 77 ta’ l-Att prinċipali.
Clause 2 – Amendment of article 77 of the principal Act.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda “Ċ” għal klawsola 2, kif imressqa u moqrija mill-Onor. Anġlu Farrugia. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE CHAIRMAN: Skont il-ftehim milħuq din il-votazzjoni tittieħed issa stess.
VOTAZZJONI NRU. 36
FAVUR : 34
L-Onor
Abela Carmelo
|
Farrugia Michael
|
Agius Chris
|
Farrugia Noel
|
Agius Decelis Anthony
|
Galdes Roderick
|
Bartolo Evarist
|
Gulia Gavin
|
Bonnici Owen
|
Herrera José
|
Brincat Leo
|
Mangion Charles
|
Buhagiar Charles
|
Mizzi Joe
|
Buontempo Stefan
|
Muscat Joseph
|
Busuttil Luciano
|
Parnis Silvio
|
Cardona Chris
|
Pullicino Marlene
|
Caruana Justyne
|
Refalo Anton
|
Cauchi Gino
|
Sammut Joseph
|
Coleiro Preca Marie Louise
|
Sant Alfred
|
Dalli Helena
|
Vassallo Adrian
|
Debono Grech Joseph
|
Vella George
|
Falzon Michael
|
Vella Karmenu
|
Farrugia Angelo
|
Zammit Anthony
|
KONTRA : 35
L-Onor.
Agius David
|
Frendo Michael
|
Agius Francis
|
Galea Ċensu
|
Arrigo Robert
|
Galea Mario
|
Azzopardi Frederick
|
Gatt Austin
|
Azzopardi Jason
|
Gonzi Lawrence
|
Bonnici Charlo’
|
Gonzi Michael
|
Borg Tonio
|
Mifsud Philip
|
Cassar Joseph
|
Mifsud Bonnici Carmelo
|
Cristina Dolores
|
Mugliett Jesmond
|
Dalli John
|
Puli Clyde
|
de Marco Mario
|
Pullicino George
|
Debono Franco
|
Pullicino Orlando Jeffrey
|
Debono Giovanna
|
Said Chris
|
Deguara Louis
|
Spiteri Stephen
|
Falzon Joseph
|
Vassallo Edwin
|
Farrugia Jean Pierre
|
Zammit Ninu
|
Fenech Tonio
|
Zammit Dimech Francis
|
Fenech Adami Beppe
|
|
L-Emenda “Ċ” m’għaddietx.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda “B” għal klawsola 2, kif imressqa u moqrija mill-Kap tal-Oppożizzjoni. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE CHAIRMAN: Skont il-ftehim milħuq din il-votazzjoni tittieħed issa stess.
VOTAZZJONI NRU. 37
FAVUR : 34
L-Onor.
Abela Carmelo
|
Farrugia Michael
|
Agius Chris
|
Farrugia Noel
|
Agius Decelis Anthony
|
Galdes Roderick
|
Bartolo Evarist
|
Gulia Gavin
|
Bonnici Owen
|
Herrera José
|
Brincat Leo
|
Mangion Charles
|
Buhagiar Charles
|
Mizzi Joe
|
Buontempo Stefan
|
Muscat Joseph
|
Busuttil Luciano
|
Parnis Silvio
|
Cardona Chris
|
Pullicino Marlene
|
Caruana Justyne
|
Refalo Anton
|
Cauchi Gino
|
Sammut Joseph
|
Coleiro Preca Marie Louise
|
Sant Alfred
|
Dalli Helena
|
Vassallo Adrian
|
Debono Grech Joseph
|
Vella George
|
Falzon Michael
|
Vella Karmenu
|
Farrugia Angelo
|
Zammit Anthony
|
KONTRA : 35
L-Onor.
Agius David
|
Frendo Michael
|
Agius Francis
|
Galea Ċensu
|
Arrigo Robert
|
Galea Mario
|
Azzopardi Frederick
|
Gatt Austin
|
Azzopardi Jason
|
Gonzi Lawrence
|
Bonnici Charlo’
|
Gonzi Michael
|
Borg Tonio
|
Mifsud Philip
|
Cassar Joseph
|
Mifsud Bonnici Carmelo
|
Cristina Dolores
|
Mugliett Jesmond
|
Dalli John
|
Puli Clyde
|
de Marco Mario
|
Pullicino George
|
Debono Franco
|
Pullicino Orlando Jeffrey
|
Debono Giovanna
|
Said Chris
|
Deguara Louis
|
Spiteri Stephen
|
Falzon Joseph
|
Vassallo Edwin
|
Farrugia Jean Pierre
|
Zammit Ninu
|
Fenech Tonio
|
Zammit Dimech Francis
|
Fenech Adami Beppe
|
|
L-emenda “B” m’għaddietx.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 2, kif emendata bl-emenda “A” imressqa mill-Viċi Prim Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE CHAIRMAN: Skont il-ftehim milħuq din il-votazzjoni tittieħed issa stess.
VOTAZZJONI NRU. 38
FAVUR : 35
L-Onor.
Agius David
|
Frendo Michael
|
Agius Francis
|
Galea Ċensu
|
Arrigo Robert
|
Galea Mario
|
Azzopardi Frederick
|
Gatt Austin
|
Azzopardi Jason
|
Gonzi Lawrence
|
Bonnici Charlo’
|
Gonzi Michael
|
Borg Tonio
|
Mifsud Philip
|
Cassar Joseph
|
Mifsud Bonnici Carmelo
|
Cristina Dolores
|
Mugliett Jesmond
|
Dalli John
|
Puli Clyde
|
de Marco Mario
|
Pullicino George
|
Debono Franco
|
Pullicino Orlando Jeffrey
|
Debono Giovanna
|
Said Chris
|
Deguara Louis
|
Spiteri Stephen
|
Falzon Joseph
|
Vassallo Edwin
|
Farrugia Jean Pierre
|
Zammit Ninu
|
Fenech Tonio
|
Zammit Dimech Francis
|
Fenech Adami Beppe
|
|
KONTRA : 34
L-Onor.
Abela Carmelo
|
Farrugia Michael
|
Agius Chris
|
Farrugia Noel
|
Agius Decelis Anthony
|
Galdes Roderick
|
Bartolo Evarist
|
Gulia Gavin
|
Bonnici Owen
|
Herrera José
|
Brincat Leo
|
Mangion Charles
|
Buhagiar Charles
|
Mizzi Joe
|
Buontempo Stefan
|
Muscat Joseph
|
Busuttil Luciano
|
Parnis Silvio
|
Cardona Chris
|
Pullicino Marlene
|
Caruana Justyne
|
Refalo Anton
|
Cauchi Gino
|
Sammut Joseph
|
Coleiro Preca Marie Louise
|
Sant Alfred
|
Dalli Helena
|
Vassallo Adrian
|
Debono Grech Joseph
|
Vella George
|
Falzon Michael
|
Vella Karmenu
|
Farrugia Angelo
|
Zammit Anthony
|
Klawsola 2 kif emendata għaddiet u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.
ONOR. TONIO BORG: Mr Chairman, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex tikkoreġi xi żbalji tal-ortografija u tagħmel xi emendi żgħar li jista’ jkun hemm bżonn.
THE CHAIRMAN: Hawn qbil? (Onor. Membri: Iva)
Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex tikkoreġi xi żbalji tal-ortografija u tagħmel xi emendi żgħar li jista’ jkun hemm bżonn.
Fid-9.45 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin irrapporta l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali mgħoddi b’emendi.
Skont ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, il-Kamra għaddiet għat-Tielet Qari ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi.
ONOR. TONIO BORG: Nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “Att biex jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, Kap. 354”.
THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?
ONOR. DAVID AGIUS: Nissekonda.
THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “Att biex jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, Kap. 354” ikun moqri t-Tielet Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY SPEAKER: Skont il-ftehim milħuq din il-votazzjoni tittieħed issa.
VOTAZZJONI NRU. 39
FAVUR : 35
L-Onor.
Agius David
|
Frendo Michael
|
Agius Francis
|
Galea Ċensu
|
Arrigo Robert
|
Galea Mario
|
Azzopardi Frederick
|
Gatt Austin
|
Azzopardi Jason
|
Gonzi Lawrence
|
Bonnici Charlo’
|
Gonzi Michael
|
Borg Tonio
|
Mifsud Philip
|
Cassar Joseph
|
Mifsud Bonnici Carmelo
|
Cristina Dolores
|
Mugliett Jesmond
|
Dalli John
|
Puli Clyde
|
de Marco Mario
|
Pullicino George
|
Debono Franco
|
Pullicino Orlando Jeffrey
|
Debono Giovanna
|
Said Chris
|
Deguara Louis
|
Spiteri Stephen
|
Falzon Joseph
|
Vassallo Edwin
|
Farrugia Jean Pierre
|
Zammit Ninu
|
Fenech Tonio
|
Zammit Dimech Francis
|
Fenech Adami Beppe
|
|
KONTRA : 34
L-Onor.
Abela Carmelo
|
Farrugia Michael
|
Agius Chris
|
Farrugia Noel
|
Agius Decelis Anthony
|
Galdes Roderick
|
Bartolo Evarist
|
Gulia Gavin
|
Bonnici Owen
|
Herrera José
|
Brincat Leo
|
Mangion Charles
|
Buhagiar Charles
|
Mizzi Joe
|
Buontempo Stefan
|
Muscat Joseph
|
Busuttil Luciano
|
Parnis Silvio
|
Cardona Chris
|
Pullicino Marlene
|
Caruana Justyne
|
Refalo Anton
|
Cauchi Gino
|
Sammut Joseph
|
Coleiro Preca Marie Louise
|
Sant Alfred
|
Dalli Helena
|
Vassallo Adrian
|
Debono Grech Joseph
|
Vella George
|
Falzon Michael
|
Vella Karmenu
|
Farrugia Angelo
|
Zammit Anthony
|
Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta’ Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.
THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin. Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.
Dostları ilə paylaş: |