REĠISTRAZZJONI TA’ SPEĊI TA' SIĠAR TAL-PALM 8076. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li hawn siġar tal-palm ta' speċi differenti f'Malta u f'Għawdex? Jista' jgħid kemm kien hawn siġar tal-palm ta' speċi differenti li kienu reġistrati? Jista' jgħid x'passi huma ppjanati li d-Dipartiment tal-Agrikoltura ser jieħu wara l-perjodu ta' reġistrazzjoni ta' dawn is-siġar tal-palm?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
TESTIJIET TAL-INSTRUCTORS TAL-KAROZZI 8077. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ser isiru l-kumplament tat-testijiet tal-instructors tal-karozzi, fejn hemm individwi li ilhom jistennew ħafna xhur?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
RABAT - MANUTENZJONI TA’ TRIQ ID-DWEJRA 8078. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li Triq id-Dwejra fir-Rabat issirilha l-manutenzjoni meħtieġa li l-Kunsill Lokali tar-Rabat kien wiegħed li se jirranġa ?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
ASSENTEIŻMU FI SKEJJEL PRIMARJI STATALI 8079. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu fl-iskejjel primarji statali, maqsuma lokal lokal, matul is-sena skolastika 2007/8? Tista' tgħid ukoll kemm kien in-numru ta' ġenituri li tressqu l-qorti fl-istess perjodu għax fallew l-iskola lill-uliedhom?
ONOR. DOLORES CRISTINA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
ASSENTEIŻMU FI SKEJJEL SEKONDARJI STATALI 8080. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu fl-iskejjel sekondarji statali, maqsuma lokal lokal, matul is-sena skolastika 2007/8? Tista' tgħid ukoll kemm kien in-numru ta' ġenituri li tressqu l-qorti fl-istess perjodu għax fallew l-iskola lill-uliedhom?
ONOR. DOLORES CRISTINA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
AWTORITÀ MARITTIMA TA' MALTA - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI GĦAL KEMMUNA 8081. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità Marittima ta' Malta relatati ma' proġetti f'Kemmuna? X'tip ta' applikazzjonijiet huma?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
MALTA SHIPYARDS - ĦADDIEMA 8082. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li preżentament qed jaħdmu fil-Malta Shipyards? Jista' jaqsamhom bejn Maltin u barranin u jgħid ukoll x'sengħa għandhom?
ONOR. AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti. Ninsab infurmat li ma hemmx ħaddiema barranin fil-Malta Shipyards.
ĦRUĠ TA’ PASSAPORTI 8083. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu passaporti matul is-snin 2007 u 2008, sena b'sena? Jista' jaqsamhom skont mnejn ħarġu, ċioè Malta, Għawdex u l-ambaxxati?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
LEARNING SUPPORT ASSISTANTS 8096. L-ONOR. JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li dawk il-learning support assistants li ħadu d-diplomahux ser jaqbżu lil dawk li ma għandhomx diplomafis-seniority biex jiġu jaħdmu Għawdex?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Fil-bidu ta’ April ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Learning Support Assistants (LSAs) kwalifikati bid-Diploma fl-Edukazzjoni Inklussiva tal-Università ta’ Malta biex jimlew postijiet vakanti fil-grad ta’ LSA II. Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija t-8 ta’ Mejju 2009.
L-applikanti se jiġu msejħa biex joqogħdu għall-intervista quddiem Bord tal-Għażla sabiex jiġi stabbilit humiex adattati għal dan il-grad.
Ir-riżultat tal-intervista jiddetermina l-anzjanità fost l-applikanti li jgħaddu. Dawn jiġu ppustjati fl-iskejjel skont l-anzjanità kif rifless fir-riżultat.
ĠUDIKANTI LI SIEFRU FUQ XOGĦOL UFFIĊJALI 8099. L-ONOR. ANGLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-ġudikanti li siefru fuq xogħol uffiċjali tul dawn l-aħħar tliet snin u fuq liema raġuni kull wieħed u waħda minnhom siefru fuq dan ix-xogħol uffiċjali?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.
AĠENZIJA APPOĠĠ - ĦADDIEMA 8102. L-ONOR. JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li ħaddiema fl-Aġenzija Appoġġ se jkunu qegħdin jiġu impjegati fuq bażi ta' self employed? ONOR. JOHN DALLI: Informat li mhuwiex minnu li l-ħaddiema fl-Appoġġ se jkunu qegħdin jiġu impjegati fuq bażi ta' self-employed.
8108. L-ONOR. OWEN BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7778 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioè: Tenut kont tal-konklużjonijiet tal-Communications Committee tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea datat l-1 ta' Jannar li għadda - http://circa.europa.eu/Public/irc/infso/cocom1/library?l=/public_documents_2009/cocom09-11_final/_EN_1.0_&a=d - fejn jidher ċar li Malta għadha lura fl-implimentazzjoni tan-numru tal-Emerġenza Ewropew, jista' l-Ministru jgħid x'rakkomandazzjonijiet saru lill-Gvern f'rapport tekniku li sar ad hoc biex jiġu trattati l-problemi prinċipali fis-sistema Maltija? Kemm hi n-nefqa proposta? Meta se jiġi implimentat dan ir-rapport? F'liema stadji?
Jaħseb il-Ministru li jekk il-Gvern jagħżel li ma jagħmel xejn, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea eventwalment isiru direttivi u l-proġett ikollu jitwettaq xorta waħda?
ONOR. JOHN DALLI: Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
CHILDCARE CENTRES 8111. L-ONOR. HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 7412 li oriġinarjment saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm hawn childcare centres reġistrati? Tista' tagħti l-informazzjoni skont il-lokalitajiet li qegħdin fihom, in-numru tat-tfal li jattendu, ir-range tal-etajiet tat-tfal li jiġu aċċettati u l-ħinijiet li ċ-ċentri jkunu miftuħin?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 2365, 2147, 858 u 152.
QORMI - BRIDGE FI TRIQ IS-SEBĦ 8112. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7873 u jara li l-expansion joints tal-bridge li jaqsam minn Triq is-Sebħ, Ħal Qormi fid-direzzjoni tal-Marsa jiġu rranġati peress li dawn tħaffru bil-konsegwenza li qegħdin joħolqu inkonvenjent kbir għal vetturi li jużaw dan il-pont?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu
lill-ADT.
ŻABBAR – XOGĦOL FUQ TOROQ 8114. L-ONOR. HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista` l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7921 u jgħid meta ser jibda u jitlesta x-xogħol ta’ toroq imsemmija hawn taħt f`Ħaż-Żabbar, liema toroq kienu imwiegħda li ser jitlestew sal-2008, mill-Ministru preċedenti għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, fil-11 ta' Awwissu 2006? Jista' jispeċifika wkoll għaliex l-istess toroq hawn imsemmija baqgħu ma sarux kif imwiegħed?
Lista ta’ toroq: Triq is-Sienja, Triq San Patrizju, Parti minn Triq San Frangisk, Parti minn Triq ix-Xgħajra, Parti minn Triq Dun Salv Sciberras, Triq Patri Feliċjan Grech, Triq Victor Cauchi, Misraħ San Nikola, Parti minn Triq A.Caligari, Triq il-Fustan, Triq il-Qoton, Triq il-Misqa, Triq Krexxuni, Parti minn Triq Felice, Triq il-Ħawt, Triq Dun Frans Buhagiar, Parti minn Triq l-Għadiba, Triq il-Kaħwiela, Triq is-Saqwi, Triq Santa Marija, Sqaq Nru. 1, Triq Santa Klara, Triq iż-Żabra, Triq is-Serrer, Parti minn Triq il-Barumbara, Trejqet il-Mitħna.
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
DIVIŻJONI GĦAL-KONSUMATUR U KOMPETIZZJONI - PERMESSI GĦAL XOGĦOL PRIVAT MID-DIRETTUR ĠENERALI 8115. L-ONOR. HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7903, 7396 u 7111 u ċioè: B’referenza għall-artiklu li deher fil-gazzetta "Illum" taħt it-titlu “Il-każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppubblikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-permessi li ħarġu lid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Konsumatur u Kompetizzjoni (il-Veterinarja) biex tagħmel xogħol privat għadhomx validi minħabba li skont l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dawn il-permessi ngħataw taħt il-leġislatura l-oħra?
ONOR. TONIO FENECH: L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
TISĦIĦ TAL-UFFIĊĊJU TAL-KOMPETIZZJONI 8116. L-ONOR. HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7902, 7397 u 7112 u ċioè: Wara li l-Kummissjoni Ewropea riċentement (Jannar 2009) qalet li trid tara tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni ġewwa Malta, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-passi li beħsiebu jieħu dwar dan anke minħabba li preżentament l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni qed jitmexxa minn veterinarja li tipprattika l-professjoni tagħha fl-istess ħin li tmexxi dan l-uffiċċju li hu meqjus tant importanti mill-Unjoni Ewropea?
ONOR. TONIO FENECH: L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
DIVIŻJONI GĦAL-KONSUMATUR U KOMPETIZZJONI - PERMESSI GĦAL XOGĦOL PRIVAT MID-DIRETTUR ĠENERALI 8117. L-ONOR. HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7901, 7395 u 7110 u ċioè: Filwaqt li nirreferi għal risposta li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-gazzetta "Illum" li dehret f’artiklu taħt it-titlu “il-Każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma d-dati ta’ meta d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Konsumatur u Kompetizzjoni (il-Veterinarja) ngħatat il-permessi biex taħdem xogħol privat? X’kundizzjonijiet kien hemm ma' dawn il-permessi u jekk kien hemm, kinux jippermettulha li tagħmel xogħol privat waqt il-ħin li suppost taħdem mal-Gvern?
ONOR. TONIO FENECH: L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqsant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
MAGNI TAL-LOGĦOB FIL-CASINOS 8118. L-ONOR. HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7523, 7294, 6957 u 6692 u jgħid għal kemm tammonta ċ-ċifra totali li l-Gvern idaħħal kull sena mill-magni tal-logħob li hemm allokati fl-erba' casinos li hawn f'Malta, jiġifieri gaming tax, income tax fuq il-kumpaniji, taxxi fuq il-qligħ, kontribuzzjonijiet soċjali tal-impjegati eċċ.?
Kemm-il persuna jimpjegaw l-erba' casinos f'pajjiżna?
Jikkonferma li hawn madwar 12,000 magna tal-logħob simili għal dawk li hemm fil-casinos imxerrdin fi ħwienet tal-logħob li qegħdin jinbtu f'kull belt u raħal ta' Malta?
Il-kundizzjonijiet għall-permessi għall-ftuħ ta' casinos f'pajjiżna jinkludu sbarrament tal-età, biex wieħed jidħol u jilgħab irid ikun għalaq 25 sena, self barring li jorbot għall-casinos kollha, skrutinju dettaljat tal-flejjes li jidħlu u joħorġu kif ukoll preżenza ta' uffiċjali responsabbli għas-setturi tal-gambling, taxxa, eċċ. Jista' jispjega jekk l-operaturi ta' dawn il-magni tal-logħob (mhux casinos) għandhomx l-istess regolamenti?
ONOR. TONIO FENECH: L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
ĦADDIEMA LI JAĦDMU GĦAL RASHOM 8119. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7430 u 7193 u jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom f'pajjiżna? Jista' jingħata breakdown skont:
a) l-età tal-persuni?
b) in-nazzjonalità tal-persuni?
ċ) is-settur partikolari?
ONOR. TONIO FENECH: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.
MEDIĊINA OUT OF STOCK - AZATHIOPRINE 8120. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7431 u 7192 u jara li jsir sforz sabiex mediċini importati mill-Gvern biss, ma jispiċċawx out of stock b'mod partikolari fil-każ ta' mediċini li jintużaw għal mard serju bħal fil-każ tal-mediċina Azathioprine li bħalissa qiegħda out of stock?
ONOR. JOHN DALLI: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
FLORIANA - PJAZZA EMANUEL S. TONNA 8121. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7691 u jara li jiġu replanted banda oħra s-siġar li qed jgħattu l-faċċata b'valur arkitettoniku tas-Sala Robert Sammut, fi Pjazza Emanuel S Tonna, Floriana?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
MEDIĊINA OUT OF STOCK - PAXETIN U DANTRIUM 8122. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7688 u ċioè: jaf il-Ministru li l-mediċini Paxetin u Dantriumqegħdin out of stock? ONOR. JOHN DALLI: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
QASAM TAL-MANIFATTURA - INFORMAZZJONI FUQ ĦADDIEMA 8123. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7429 u 7196 u jgħid fil-qasam tal-manifattura x'inhi l-medja tan-numru ta' sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa, settur b'settur bħalissa? Kemm jirriżulta li hemm ħaddiema fuq leave bla ħlas fl-istess qasam, settur b'settur kif ukoll fil-qasam tal-industrija tal-kostruzzjoni?
ONOR. TONIO FENECH: L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.