Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə6/8
tarix03.08.2018
ölçüsü0,56 Mb.
#66971
1   2   3   4   5   6   7   8

AĠĠORNAMENT



ONOR. TONIO BORG: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 11 ta’ Mejju, 2009 fid-9.00 a.m. b’din l-aġenda:
Mozzjonijiet
Estimi ta’ dħul u nfiq tal-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ għas-sena 2009.
Ordnijiet tal-Ġurnata

Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur - Tieni Qari (Kont);


Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Tielet Qari; u
xi aġenda oħra li tista’ tiġi konfermata aktar tard.
-----------------------------------
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti; u
Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.
THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi. Skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-xogħol tal-Kamra, il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 11 ta’ Mejju, 2009 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.
Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.


MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



AWTORITÀ TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR - RAPPORT ANNWALI
6921. L-ONOR. OWEN BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2008?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 7486.

EMISSJONIJIET MINN ĊUMNIJA TA' FABBRIKA
7030. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jieħu azzjoni dwar il-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, li ċ-ċumnija tagħha qiegħda tarmi bħal trab tal-ħadid li qed ikun ta' dannu għall-ambjent u għall-karozzi?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni fil-fabbrika msemmija.
Ma rriżultax li hemm ċumnija iżda extractor li jarmi arja wara li din tkun iffiltrata. Għalkemm ma kinux jidhru emissjonijiet riċenti, il-management ġie mitlub iżid filter addizzjonali sabiex żgur jiġi eliminat xi inkonvenjent li seta’ jkun hemm.

GĦAWDEX – ĦADDIEMA FIS-SETTUR PUBBLIKU
7312. L-ONOR. ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku f’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Jista’ jaqsamhom taħt dipartimenti tal-Gvern, kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi u entitajiet/organizzazzjonijiet indipendenti statutorji?


ONOR. LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni fis-settur pubbliku li kienu jaħdmu Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru, 2008 huwa kif jidher f’din it-tabella:





Diċ. 2008

Dipartimenti tal-Gvern

3065

Entitajiet/Organizzazzjonijiet

Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji


306


Kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi

256

Total

3627



EMISSJONIJIET MINN ĊUMNIJA TA' FABBRIKA
7425. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7030 u jieħu azzjoni dwar il-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, li ċ-ċumnija tagħha qiegħda tarmi bħal trab tal-ħadid li qed ikun ta' dannu għall-ambjent u għall-karozzi?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 7030.

GĦAWDEX - PROĠETTI INFRASTRUTTURALI
7564. L-ONOR. ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5947, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijet li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma tatx l-approvazzjoni meħtieġa f’kull każ?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Tabella li tagħti r-raġunijiet għaliex l-applikazzjonijiet li jikkonċernaw proġetti infrastrutturali f’Għawdex għadhom pendenti tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.

ROAD TAX
7675. L-ONOR. CENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6573 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, ċioè: Billi minn din is-sena nbidlu l-kriterji li abbażi tagħhom wieħed iħallas il-liċenzja (road tax) annwali tiegħu, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt bniedem li jbiddel il-magna tal-vettura tiegħu, mingħajr ma jbiddel il-vettura hux ser ikun jista' jitlob għar-reviżjoni tal-ħlas dovut, abbażi tal-emissjonijiet li l-magna mqiegħda ġdida fil-fatt tipproduċi?
ONOR. TONIO FENECH: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt li l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur kien qed jiġi diskuss fl-istadju ta’ kumitat tressqet u kienet aċċettata emenda fis-sens li fejn vettura bil-mutur, li tkun diġà reġistrata mill-Awtorità, titwaħħlilha magna ġdida jew il-magna tagħha tiġi mgħammra b’apparat li għalih ikun hemm fis-seħħ ċertifikat ta’ konformità maħruġ mill-manifattur, u allura tkun tikkwalifika għal livelli mnaqqsa ta’ emissjonijiet ta’ CO2 jew ta’ materja partikolata, dik il-vettura tikkwalifika għad-dritt ta’ liċenzja ta’ ċirkolazzjoni applikabbli għal dawk il-livelli mnaqqsa ta’ emissjonijiet ta’ CO2 jew ta’ materja partikolata. Dan sakemm dik il-vettura tkun koperta minn ċertifikat ta’ emissjonijiet mnaqqsa maħruġ minn eżaminatur awtorizzat jew minn faċilità għall-ittestjar akkreditata.

AWTORITÀ TA’ MALTA TAT-TURIŻMU - GĦAJNUNA FUQ SLIELEM, BINS U FAĊILITAJIET OĦRA TURISTIĊI
7837. L-ONOR. CENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jara li l-Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu matul l-istaġun tas-sajf li ġej tagħti l-għajnuna tagħha biex fl-inħawi ta’ Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar, is-slielem ta’ ħdejn il-baħar, il-bins fuq il-bajjiet u faċilitajiet turistiċi oħra jitwaħħlu kmieni biżżejjed qabel l-istaġun?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Ir-responsabbiltà ta’ twaħħil ta’ slielem u bins fuq ix-xtut ma taqax taħt l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu iżda taħt is-sezzjoni tindif tax-xtut.
Ta’ min igħid li minn din is-sena din is-sezzjoni saret tagħmel parti mis-C.S.D. taħt il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali li ħadet taħt idejha n-nies li kienu jiffurmaw is-sezzjoni.
Ninsab infurmat ukoll li x-xogħol f’dan ir-rigward hu fil-proċess li jitwettaq.


CHANNEL 22 - ĦADDIEMA
5056. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm staff f'Channel 22, u x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minnhom? Kemm minn dan l-istaff kellu taħriġ professjonali fil-qasam tax-xandir u fejn ingħatalhom dan it-taħriġ u f'liema sena jew snin? F'liema grad taċ-ċivil jinsab kull membru tal-istaff?
ONOR. DOLORES CRISTINA: B’kollox hemm 12-il impjegat full-time jew b’kuntratt. Id-dettalji mitluba kif jidhru hawn taħt:
Supply Teacher skala 12 b’esperjenza ta’ tmien snin fil-qasam tax-xandir. Segwiet diversi korsijiet fosthom dwar preżentazzjoni u komunikazzjoni pubblika (AŻAD) u fuq muntaġġ permezz ta’ sistemi diġitali (Education 22). Preżentament hi preżentatriċi u producer.
Supply Teacher skala 10 b’Baċċellerat fl-Arti bi speċjalizzazzjoni fil-komunikazzjoni fejn ikkwalifikat bi grad 1st Class Honours (UoM). Għandha 12-il sena ta’ esperjenza televiżiva bħala producer/director lokalment u ħadmet fuq diversi proġetti barra minn Malta. Preżentament twettaq xogħol ta’ preżentatriċi, producer u direttur.
Għalliema, skala 8, b’Baċċellerat fl-Arti bi speċjalizzazzjoni fil-komunikazzjoni (UoM) u Masters fil-Komunikazzjoni bi speċjalizzazzjoni fil-ġurnalizmu (UoM). Għandha esperjenza ta’ 16-il sena fil-qasam tax-xandir televiżiv. Preżentament hi preżentatriċi, producer u direttur.
Supply Teacher skala 10 bi kwalifiċi barranin fosthom Baċċellerat fil-Komunikazzjoni Multi-Media (New York), Broadcast Communications (New York Suffolk Community College), ċertifikat f’audio recording (Audio Recording Technology Institute, YN). Preżentament jaħdem bħala producer, cameraman u fil-muntaġġ.
Impjegata f’kuntratt bħala Operations Manager u taħdem fl-ippjanar ta’ kru tekniku għall-produzzjoni tal-istazzjon.
Żewġ camerapersons u edituri b’kuntratt indefinit. Studjaw l-MCAST fejn kisbu Diploma fl-Elettronika.
Ex-impjegata tal-PBS u għandha esperjezna ta’ 28 sena fil-qasam tax-xandir. Segwiet korsijiet fil-ġurnalizmu mtella’ mill-Istitut tax-Xandara, il-Fondazzjoni Tumas Fenech u l-Università ta’ Malta. Għandha grad ta’ reporter. Preżentament qed taqleb testi mill-Ingliż għall-Malti u viċi-versa u tipproduċi dokumentarji.
Ex-impjegat tal-PBS b’esperjenza ta’ 32 sena bħala cameraman u direttur/producer. Ħadem ukoll barra minn Malta. Preżentament iwettaq xogħol ta’ direttur u producer.
Żewg Supply Teachers, grad 10. Studjaw u kisbu Baċċellerat fil-Film Making mill-Middlesex University, Sydney. Preżentament qed jagħmlu xogħol ta’ camerapersons u producers.
Executive Officer li tagħmel xogħol amministrattiv u klerikali. Qed issegwi kors ta’ Baċċellerat fil-Politika Soċjali fl-Universià ta’ Malta.

ACTING PRECINCT OFFICERS - ALLOWANCES
5057. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: B'referenza għal mistoqsija parlamentari 2969, tista' l-Ministru tgħid min huma l-acting precinct officers fi ħdan id-Direttorati tal-Edukazzjoni? Liema kulleġġi jaqgħu taħthom? X'allowances għandhom kull acting precinct officer u liema entità qed toħroġ l-allowances ta' dawn l-acting precinct officers? Fuq liema kriterju ntgħażlu dawn l-acting precinct officers li minnhom hemm tlieta?
ONOR. DOLORES CRISTINA: L-Acting Precincts Officers iservu f’Kulleġġ San Benedittu, f’Kulleġġ Santa Margerita, f’Kulleġġ Santa Klara, f’Kulleġġ Maria Reġina u f’Kulleġġ San Ġorġ Preca. Dawn l-Acting Precincts Officers jitħallsu mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada.
Dawn l-Acting Precincts Officers intgħażlu fuq l-esperjenza tal-performance effettiva tagħhom sakemm joħorġu l-applikazzjonijiet ta’ College Precinct Officers. Dan ser isir fi żmien qasir peress li l-feedback mill-iskejjel dwar dan il-proġett pilota kien pożittiv ħafna.


DIRETTORAT TAL-EDUKAZZJONI - SCHOOL TRANSPORT SECTION
5058. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-iSchool Transport Section tingħata r-riżorsi umani meħtieġa biex tassigura li ċertu nuqqasijiet li ħarġu fir-rapport annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2007 ma jerġgħux jirrepetu ruħhom? Jekk fl-affermattiv, tista' tagħti indikazzjoni ta' meta ser tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Fil-preżent hemm koordinament aħjar milli kien hemm fis-snin ta’ qabel fis-Sezzjoni tal-iSchool Transport Section. L-operat tal-Kulleġġi, tal-Customer Care u tas-Sezzjoni tal-Finanzi qed jiġu koordinati ma’ dak tal-iSchool Transport Section biex ma jiġux ripetuti n-nuqqasijiet imsemmija fir-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2007.

GĦALLIEMA AKKUŻATI B'PEDUFILJA
5059. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il għalliem ġie akkuzat b'pedufilja matul dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawk akkużati kienu rġiel u kemm kienu nisa?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Matul dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm għalliem wieħed akkużat b’pedufilja. Dan il-każ ġara fl-2004. Kien hemm ukoll żewġ instructors akkużati b’pedufilja, wieħed fl-2000 u ieħor fl-2005, u supply teacher fl-2007. Fil-każijiet kollha l-akkużati kienu rġiel.

SKEJJEL - ĦTIĠIJIET TAT-TRASPORT
5060. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar kif jiġu organizzati l-ħtiġijiet tat-trasport tal-iskejjel, l-ippjanar tar-rotot u ħlasijiet lis-service providers? Kemm huwa stmat li jieħu ħin xogħol ta' din in-natura?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Infurmata li għall-bidu t’Awwissu, id-Dipartiment responsabbli mit-trasport jitlob lill-iskejjel biex jagħmlu t-talbiet għall-bżonnijiet tat-trasport. L-informazzjoni li tintalab hi n-numru tat-tfal, minn fejn huma u minn fejn iridu jinġabru.
Wara li d-Dipartiment jirċievi dawn it-talbiet mill-iskejjel, jiġu ppjanati r-rotot. Għal kull sitta u tletin (36) student tiġi allokata xarabank u għal kull erbatax-il (14) student tiġi allokata minibus.
Dan ix-xogħol jieħu madwar sitt ġimgħat.
Kif jibdew l-iskejjel, l-ilmenti li jaslu lid-Dipartiment jiġu mgħoddija lill-kuntratturi. Wara l-aħħar ta’ kull xahar, id-Dipartiment jirċievi rapport mill-iskejjel imsejjaħ Monthly Report. Wara li dawn ir-rapporti jiġu ċċekkjati mal-kontijiet (invoices), jiġu applikati l-penali u jiġu mgħoddija lis-sezzjoni tal-finanzi (accounts section).
Dan jieħu madwar ġimgħa għal kull xahar skolastiku.

DIRETTORATI TAL-EDUKAZZJONI - AUDIT
5061. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Mill-indikazzjoni li hemm fir-rapport annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2007 jidher ċar li l-accounts section tad-Direttorat tal-Edukazzjoni tinħtieġ audit ġenerali strinġenti. Jidher ċar li minbarra li hemm nuqqas serju ta' staff kompetenti, hemm backlog kbira ta' xogħol li bħala riżultat mhux qed jiġi indirizzat b'mod professjonali kif jitolbu l-financial regulations sew għat-trasparenza kif ukoll biex jitnaqqsu l-abbużi. Tista' l-Ministru tgħid meta ser tittieħed id-deċiżjoni li jsir dan l-audit?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Fl-accounts section tad-Direttorati tal-Edukazzjoni hemm staff serju u kompetenti u ma teżisti l-ebda backlog kbira ta’ xogħol.

OPRI TAL-BAĦAR MHUX REĠISTRATI
7444. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Fid-dawl li t-traffiku fil-baħar tal-qxur u laneċ mhux reġistrati madwar Malta u Għawdex qed jiżdied, x'passi qed jieħu l-gvern biex isaħħaħ is-sigurtà tas-sajjieda tagħna meta dawn ikunu qed jaqdu dmirijiethom u joħorġu jistadu fl-ibħra tagħna?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

KAĊĊA LI TGĦADDI MINN FUQ MALTA U GĦAWDEX
7445. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex jiġi monitored kemm tgħaddi kaċċa minn fuq Malta u Għawdex? Kif qiegħed jiġi mwettaq dan il-monitoring? Kemm hemm nies li qed jieħdu sehem f'dan l-eżerċizzju? Kemm ilu sejjer dan il-monitoring? X'kienu r-riżultati li nstabu? Kemm ġej jiswa b'kollox? Min sejjer iħallas dawn l-ispejjeż?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Qed isir studju fuq kemm ipassu summien u gamiem. Dan l-istudju qed jiġi mmexxi minn Professur Grieg intiż sewwa f’dan il-qasam.
Apparti l-Professur u team tiegħu li qed janalizza d-data miġbura, hemm 73 osservatur mqassmin ma’ Malta u Għawdex jagħmlu l-osservazzjonijiet.
L-istudju ilu għaddej minn Settembru 2007 u mistenni li jispiċċa f’Awissu 2010. Għad ma hemmx riżultati għaliex dawn jiġu evalwati fl-aħħar tal-istudju. Il-Professur li qed jagħmel dan l-istudju ser jitħallas Euro 23,000 (Lm 9,874) liema spejjeż ser jitħallsu mill-Gvern.

KUNTRATTI SPEĊJALI TA' CARERS
7446. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema barranin jaħdmu bħala carers fid-djar privati u residenzjali f'Malta u Għawdex? Hemm kuntratti speċjali li dawn l-ħaddiema qed jkollhom jiffirmaw? Dawn l-kuntratti huma standard jew kull resident jista' jagħmel wieħed tailor-made għalih? X'qed jsir biex ma jkunx hemm abbuż fiżiku, mentali, sesswali u ekonomiku fuq dawn il-carers?
ONOR. JOHN DALLI: Infurmat li n-numru ta’ ħaddiema barranin li jaħdmu bħala carers fid-djar privati u residenzjali f’Malta u Għawdex hu ta’ 205.

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tassigura ruħha li l-carers jitħallsu aktar mill-paga minima.


Skont l-Att tal-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali kuntratt ta’ impjieg huwa ftehim li jista’ jkun kemm bil-fomm jew bil-miktub li bih persuna tintrabat li tagħmel servizz lil, jew taħdem għal, prinċipal bil-ħlas ta’ paga.
Fejn il-kuntratt ma jkunx sar bil-miktub, il-prinċipal għandu jagħti dikjarazzjoni ffirmata minnu li tkun tinkludi l-kundizzjonijiet tal-impjieg, lill-impjegat fi żmien tmint ijiem ta’ xogħol mill-bidu tal-impjieg.
F’kull każ, il-kundizzjonijiet minimi stabbiliti fil-liġi għandhom ikunu rispettati kemm mill-prinċipal kif ukoll mill-impjegat. Dan ifisser li kull kundizzjoni ta’ xogħol miftehma, li tkun anqas favorevoli mil-liġi ma jkunx fiha effett, u għal dik il-kundizzjoni tapplika l-kundizzjoni minima tal-liġi.
Infurmat ukoll li minn żmien għal żmien isiru spezzjonijiet ta’ rutina f’dan is-settur mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg biex jiġi aċċertat li l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali qed ikunu osservati. Waqt dawn l-ispezzjonijiet jiġu intervistati l-impjegati u jiġu ċċekkjati wkoll il-kuntratti tal-impjieg/dikjarazzjoni dwar l-impjieg biex ikun żgurat li tal-anqas il-minimu tal-kundizzjonijiet tal-liġi huma applikati. Barra minn hekk, kull meta d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg jirċievi lmenti speċifiċi jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa. Fejn jirriżultaw nuqqasijiet, jittieħdu l-passi neċessarji biex ikun żgurat li r-regolamenti tal-liġi jkunu rispettati.

MOSTA - WIĊĊ ĠDID TA’ TRIQ SILVESTRU FITENI
7447. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżżomm biex wara 20 sena Triq Silvestru Fiteni il-Mosta, tingħata wiċċ ġdid?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

ĦADDIEMA BARRANIN JAĦDMU MALTA
7448. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn ħaddiema barranin jaħdmu f'Malta bejn Jannar u Diċembru 2008? Dawn ġejjin mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jew minn barra l-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid f'liema setturi qed jaħdmu u kemm hemm minnhom settur b'settur?
ONOR. TONIO FENECH: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistka għad m’għandux l-informazzjoni għal perjodu mitlub jiġifieri Jannar – Diċembru 2008. Din l-informazzjoni tkun tista’ tingħata aktar ‘il quddiem la tkun miġbura.

MOSTA: TRIQ IL-FAMILJA CUMBO - WIĊĊ ĠDID
7449. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta u x'qiegħed iżomm biex wara 20 sena Triq il-Familja Cumbo, Mosta tingħata wiċċ ġdid?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI - KUMMISSJONIJIET
7669. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kummissjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor Membru li l-unika kummissjoni fi ħdan il-Ministeru tiegħi hi l-Kummissjoni dwar il-Bumunqar l-Aħmar. Din iltaqgħet f’Jannar u fi Frar ta’ din is-sena.

MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN - KUMMISSJONIJIET
7670. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarjiet Barranin jgħid liema huma l-kummisjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
ONOR. TONIO BORG: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt id-dekasteru tiegħi ma hemmx kummissjonijiet.

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT - KUMMISSJONIJIET
7671. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-kummissjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
ONOR. DOLORES CRISTINA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar, tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - KUMMISSJONIJIET
7672. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-kummisjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
ONOR. GIOVANNA DEBONO: M'hemmx kummissjonijiet fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

ĦADDIEMA LI JAĦDMU B'ĠIMGĦA MNAQQSA
7697. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7381, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li dawn il-ħaddiema jkollhom l-opportunità mill-ġdid li jaħdmu ġimgħa sħiħa?
ONOR. JOHN DALLI: Infurmat li s-sitwazzjoni li jinsabu fiha ċerti ħaddiema li l-intrapriża tagħhom qed jaħdmu b’ġimgħa ta’ sigħat imnaqqsa hija riżultat tas-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali li qed twassal għal nuqqas konsiderevoli ta’ ordnijiet lil dawn l-azjendi. F’dawn iċ-ċirkostanzi, wieħed jista’ japprezza li f’dan il-mument ma huwiex possibbli li l-azjendi affettwati jiddikjaraw meta ser jaqilbu għal ġimgha normali ta’ xogħol.

ĦADDIEMA LI TILFU ĦAJJITHOM FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
7698. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid matul l-2008 kemm kien in-numru ta' każijiet ta' ħaddiema rrappurtati li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol f'Malta u Għawdex separatament?
ONOR. JOHN DALLI: Informat li matul is-sena 2008 kien hemm tliet ħaddiema li mietu u ma kien hemm l-ebda ħaddiem li tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol ġewwa Għawdex.

HIGH RISE BUILDINGS
7900. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7410 u jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-high rise buildings?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

SKEMA TAL-FIDI TAĊ-ĊENS IMNEDIJA MILL-GVERN.
7904. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: B'referenza għall-iskema tal-fidi taċ-ċens imnedija mill-Gvern, jidhirlu l-Ministru li l-fatt li persuni li applikaw fl-istess perjodu iżda għal raġunijiet independenti minnhom issejħu fi żmien differenti biex jifdu ċ-ċens u għalhekk qed jiġu suġġetti għal kundizzjonijiet differenti, jikkonstitwixxi punt ta' trattament inugwali?

 


Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin