Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 478,46 Kb.
səhifə1/9
tarix03.08.2018
ölçüsü478,46 Kb.
#66972
  1   2   3   4   5   6   7   8   9

MALTA

DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Uffiċjali u Rivedut)

IL-ĦDAX-IL PARLAMENT

Seduta Nru. 168
It-Tnejn, 23 ta’ Novembru, 2009

Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan

Kamra tad-Deputati

MALTA

Prezz €2.50


IL-ĦDAX-IL PARLAMENT


Seduta Nru. 168
It-Tnejn, 23 ta’ Novembru, 2009

Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament,

il-Palazz, il-Belt Valletta, fil-5.00 p.m.

Talba

Seduta Nru. 168

It-Tnejn, 23 ta’ Novembru, 2009

WERREJ

MINUTI 100

TQEGĦID TA’ KARTI 100

INFORMAZZJONI 100

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 100

KUMITAT TA’ PROVVISTA 100

ESTIMI ĠENERALI 2010 100

IS-SEBA’ JUM STABBILIT 100

MINISTERU 100

GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI 100

X’inhu l-importanti Sur President? L-importanti hu li fit-trasport qed nagħmlu affarijiet li qatt ma saru qabel. Dik hi l-verità. U qed nagħmluhom għax nemmnu li f’Malta għandu jkollna sistema ta’ trasport li tagħmel ġieħ lill-Maltin, li ma jkollha xejn inqas minn dak li għandhom fl-Ewropa, li min isuq is-servizz pubbliku għandu jkun kwalifikat, li għandu jkollu sistema ta’ trasport pubbliku li tkun denja għal min jirkibha u li jkollu sistema kompetittiva u mhux magħluqa bil-monopolji kif dejjem ried il-Partit Laburista! U dawn jibqgħu sal-lum jiddefendu l-monopolji! Imbagħad tafu għaliex stagħġibt! Għax dan huwa l-ewwel budget fejn Kap tal-Oppożizzjoni ma tkellimx dwar it-toroq! Issa mhux għax għandna t-toroq tajbin jew għamilna xi mirakli f’sena! Imma għall-Kap tal-Oppożizzjoni t-toroq mhumiex importanti għall-Maltin. Għalih it-toroq huma sekondarji totalment! Hu jaf x’inhi l-problema tat-toroq! Jaf kemm qed ninvestu fit-toroq u jaf kemm għandna investit għas-sena d-dieħla għat-toroq! Għalhekk ma jridx jitkellem dwarhom il-Kap tal-Oppożizzjoni! 133

Hu jipprova jevita l-argument għax jaf li din is-sena għamilna riorganizzazzjoni sħiħa fid-dipartiment li jieħu ħsieb it-toroq u llum il-poplu Malti hemm barra jaf li kull darba li naqilgħu triq, nagħmlu quality assurance u din tagħmel differenza sostanzjali għal fejn irridu mmorru. Il-Kap tal-Oppożizzjoni jaf illi l-proġett ta’ Marsaxlokk miexi on time u on budget u allura evita d-diskors dwaru. Sur President, ara tiftakarx li xi darba t-toroq kenux main feature għall-Kap tal-Oppożizzjoni meta rrisponda! Però li stagħġibt illum hu li ħlief l-Onor. Buhagiar, li forsi tkellem biss madwar minuta u nofs dwar it-toroq, ħadd mill-oppożizzjoni ma tkellem aktar dwarhom f’sagħtejn u kwart ta’ diskors li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Allura jien nikkonkludi li kważi kważi, li kieku noqgħod nilludi ruħi, qed nagħmlu kollox tajjeb! Però naf xi problemi kbar hemm. (Interruzzjonijiet) 133

Rigward l-awditur għamiltli riferenza għall-2005. Li semma l-awditur, irranġajnih kollu u llum m’għadu jiġri xejn! Jien nerġa’ nistieden lil sieħbi l-Onor. Mizzi biex meta mmorru niftħu t-triq ta’ Wied il-Għajn, jiġi miegħi u niftħuha flimkien on time and on budget. Il-problema tal-oppożizzjoni hi li ma jridux jifhmu li l-affarijiet jistgħu jitbiddlu, tista’ tagħmilhom tajjeb u li minflok joqogħdu verament jidħlu fejn dak li qed jitbiddel u fejn inti qed tagħmel tibdila li tbiddel mill-qiegħ dak li qed jiġri, jintilfu fid-dettall tal-affarijiet. L-aktar gustuż fuq dawn kollha kien l-Onor. Cardona. Issa l-Onor. Cardona suppost tkellem fuq l-IT, apparti ċerti affarijiet li huma out of this world. Però xi ħadd li sema’ lill-Onor. Cardona jitkellem se jispiċċa jemmen li l-Partit Laburista huwa favur SmartCity, ħlief bil-paroli? Kulma qal li huma favur SmartCity imma mbagħad semma ħafna affarijiet kuntrarji. Min sema’ lill-Onor. Cardona jitkellem induna li l-Partit Laburista jixtieq li SmartCity tfalli biex il-gvern jaqa’ għaċ-ċajt. Dik hi l-konklużjoni, xejn aktar! Dan bħal meta ġibna l-Lufthansa Technik u għamilna deal żul minn hemm jew meta l-Ministru Fenech ġab l-SR Technics u kien hemm tan-naħa l-oħra u qalulna: Dażgur li tajjeb, però nisperaw li issa jkun hemm biżżejjed studenti jistudjaw u li l-ħaddiema jkollhom hekk u hekk! Aħna nifhmu jew ma nifhmux li min jiġi jinvesti USD100 miljun ġej hawnhekk biex jagħmel il-flus? Nifhmu jew ma nifhmux li xogħolna bħala gvern huwa arġinat bil-kuntratt li għamilna? Nifhmu jew ma nifhmux li l-ewwel obbligu li jeżisti ... L-Onor. Cardona suppost li huwa avukat. F’Lulju se jkollna d-delivery ta’ 12,000 metru kwadru ta’ uffiċċju! Dak huwa l-obbligu! U sal-aħħar ta’ din is-sena ma nafx kemm se jkun hemm impjegati! 133

Allura dak il-ħafna paroli, għax kien hemm hekk, u l-ieħor hekk, u l-ieħor hekk ... Dan kollu ġej mil-lanżit – għax m’hemmx kelma oħra – għax ġibna dak li ġibna bir-riskji kollha. Jien nista’ niggarantixxi li d-Dubai, Abu Dhabi jew x’imkien ieħor, ma jfallix? Ejja nħallu l-ħmerijiet! Ejja ngħidu li għandna opportunità u nippruvaw neħduha! U mela tiġi tagħmilli diskors, taqbadli l-pjan li għamilna għall-2008-2010 u fl-aħħar tal-2009 tikkritikani li ma lħaqtx it-targets kollha li għandi nlaħħaqhom sal-aħħar tas-sena d-dieħla! U ejja! Dan diskors ta’ serjetà! Jew huwa diskors ta’ serjetà meta tgħidu għalfejn qed niftaħru bl-e-government għax kulma għamilna huwa li ġejna biss l-ewwel fl-Ewropa! U le ma jimpurtax billi ġejna l-ewwel! 133

Ara l-gazzetta li fiha hemm li ġejna l-ewwel fl-Ewropa ħadd ma ta kasha. Li kieku ġejna fit-28 post jew fit-30 post, kieku headline daqsiex kienu jġibu! Imma li ġejna l-ewwel ma tarax! Il-gazzetta “The Times” jumejn wara rrapportata u lanqas qalet li ġejna l-ewwel Alla jbierek. Imma ħalliha dik! X’qalilna l-Onor. Cardona? Qalilna: Kif tiftaħru b’din is-sistema ta’ e-government meta mbagħad il-passaport xorta waħda rrid niġbru jien? Ara x’affarijiet dawn! X’jippretendi l-kelliem tal-oppożizzjoni tal-IT li l-passaport li napplikaw għalih nibgħatuh bil-computer jew bil-posta! U ejja ddaħħaqniex! L-IT huwa ħafna aktar serju minn hekk! Għandna niftaħru lkoll kif nagħmlu fil-financial services. Ġejna l-ewwel! U ġejna l-ewwel mhux b’kumbinazzjoni tafux! Ġejna l-ewwel għax għaxar snin ilu għamilna deċiżjonijiet politiċi serji, għamilna pjan ċar u nvestejna l-flus biex ilħaqnihom! Mhux b’kumbinazzjoni niżel mis-sema l-Arkanġlu Gabriel u qalilna li aħna ġejjin l-ewwel! Dan ġie b’xogħol ta’ ħafna u ħafna nies. U l-Onor. Cardona jiġi jiddieħaq bihom għax qal li l-passaport irridu mmorru niġbruh aħna! U ejja nkunu ftit serji! Aħna fuq dan irridu nibnu. 133

Is-sena d-dieħla u s-snin ta’ wara għandna quddiemna t-tibdil tas-sistemi maġġuri – dawn irrifera għalihom il-Ministru tal-Finanzi – li permezz tagħhom se naqilbu s-sistemi kollha tas-social policy, jiġifieri li tħallas il-pensjonijiet, li fih tieħu l-welfare u ma nafx kemm sistemi oħra. Se naqbdu l-income tax, il-VAT, is-sistemi tal-health kollha, tal-public registry, tal-land registry, u oħrajn. Fis-snin li ġejjin dawn kollha rridu nerġgħu naqbduhom mill-qiegħ u niżviluppawhom mill-ġdid għax kollha ġew żviluppati fis-snin disgħin u llum qegħdin jixjieħu! Dan li qal il-ministru tal-finanzi fil-budget. U l-Onor. Cardona jiġi jgħidlek li l-passaport ma jeħdux bil-computer! U ejja! Almenu ejja nagħmlu kelliema li jifhmu fl-IT u mhux kelliema li joqogħdu jgorru li hawn Malta m’għandniex biżżejjed bandwidth jew li l-bandwidth tagħna huwa għoli. Mela din hija responsabbiltà tal-gvern! Ma nafux li dan huwa settur tal-privat u li aħna ma nistgħux nindaħlu fih? 134

Jien stennejtu jgħidli l-Onor. Cardona jekk ir-riforma tal-MITA tatx ir-riżultati! Tant tat riżultati, li ġejna l-ewwel fl-Ewropa! Jien stennejtu jgħidli jekk il-ħitan interni kissirnihomx fil-MITA! Dak li jrid jgħidli l-Onor. Cardona, jekk neħħejniex min-nofs dawk il-ħafna li ilhom jagħtu gambetti, li ilhom għaddejjin ma jridux ir-riformi! U għaliex ġejna l-ewwel fl-Ewropa? Għaliex fl-aħħar, fil-MITA, għandna nies li jaħdmu fuq l-e-government u mhux dejjem kellna ċerti kapijiet li qatt ma riedu jagħmlu section tal-e-government fil-MITA! U għalhekk timxi ’l quddiem għax tieħu deċiżjonijiet politiċi diffiċli. Veru li tiġi kkritikat u mxandar fuq il-gazzetti, però dawn id-deċiżjonijiet trid teħodhom għax għalhekk qiegħed fil-politika! Imbagħad jiġi l-Kap tal-Oppożizzjoni u jgħidilna li s-sena l-oħra għedna li se nagħmlu fibre to the home u dan m’għamilnihx. Tifhmu x’jiġifieri li tagħmel fibre to the home? Jew taqraw xi comic u tiddeċiedu x’inhu fibre to the home? Tafu li fibre to the home ifisser li kull triq li hawn Malta trid taqlagħha biex int tgħaddi pipe li jwassallek il-fibre? Qed nirrealizzaw li dan ifisser meta ngħidu li se nagħmlu fiber to the home? 134

Is-sena l-oħra prinċiparjament ħdimna fuq is-sistema teknika kollha. Illum nafu teknikament fejn irridu naslu bieb bieb, dar dar, triq triq u nafu bejn wieħed u ieħor xi jfisser il-cost tekniku. Ix-xahar li għadda l-Unjoni Ewropea ddeċidiet il-politika tagħha dwar il-finanzjament li kien kruċjali għax b’eċċezzjoni għall-market principles qed tħalli ċerta għajnuna tal-gvern tidħol u allura aħna ma stajniex nimxu fuq il-finanzjament ta’ din is-sistema qabel ma tiddeċiedi l-Unjoni Ewropea. U issa qegħdin naħdmu bil-gwida tal-MCA flimkien mal-Enemalta, mal-Water Services Corporation, mar-Roads Department, mal-ADT u eventwalment mal-kunsilli lokali, kif se naffrontaw din il-problema l-kbira biex inwasslu l-fibre mit-toroq kollha tagħna. Din mhijiex problema sempliċi imma hija enormi! Immaġina taqla’ t-toroq kollha b’mod jew ieħor biex twassal il-fibre to the home f’kull abitazzjoni! 134

Parti minnhom tista’ tgħaddiha wara li tidentifika minn fejn għaddiet ċerta infrastruttura imma f’ħafna mit-toroq m’għandniex din l-infrastruttura. Allura għandna nħallu lil xi ħadd barra? Is-sena d-dieħla se niddedikawha għal dan ix-xogħol. Is-sena d-dieħla mhux se nwasslu l-fibre to the home però se nkunu qed nagħmlu l-istudji infrastrutturali bażiċi li jridu jwasslu għal dawn l-affarijiet. U niġi fuq il-proġetti ta’ dawn l-affarijiet kif tkellmet l-oppożizzjoni. Dwar l-IT rrid nagħmel rimarka li fl-opinjoni tiegħi hija importanti ħafna. Pajjiżna huwa suċċess f’dan il-qasam. Ejjew ma noqogħdux niddieħku bih minħabba l-politika. Hawn Malta jiġu investituri li huma top end. Ġibna waħda mill-aħjar kumpaniji - anzi ġiet hi minn jeddha minħabba s-servizzi finanzjarji – li tibni l-logħob elettroniku u mhux gaming tal-poker iżda logħob tat-tfal, li permezz tiegħu tispara u tiġġieled. Din hija waħda mill-aħjar kumpaniji ta’ games developers li jeżistu fid-dinja! 134

Dawn ikollhom 400,000 subscribers ġodda kuljum li jidħlu biex jilagħbu l-games fuq il-website tagħhom. Dawn qegħdin hawn Malta mingħajr ħafna trombi! Ma jimpjegawx 200 ruħ u lanqas irriduhom jimpjegaw daqstant nies, imma ġew Malta għax għandna sistema tajba. Għandna sistema tajba ta’ IT, sistema tajba finanzjarja, għandna temp tajjeb u għandna nies tajbin! U mela jiġi l-Onor. Cardona jiddieħak u jistaqsina x’qed noħorġu mill-MCAST u mill-università! Jista’ jkun li n-numru ma lħaqniehx però aħna l-kwalità qegħdin noħorġu u dawn ma tistax tiddieħak bihom, Onor. Cardona. Ejja niftaħru bihom! U għalhekk l-oppożizzjoni ma tasal qatt. Għalhekk l-oppożizzjoni qatt ma tkun fil-gvern! Għax l-oppożizzjoni tgħaddi lin-nies biż-żmien biss! L-oppożizzjoni mhijiex kapaċi tgħid fejn wasalna u mexjin! B’kollox trid tiddieħak, anke bl-istudenti tal-MCAST u tal-università! Hawn Malta ġejja kumpanija li lesta toffri Ph.D fil-GIS u se niddieħku bihom issa! U ejja, dan mhuwiex mod kif nagħmlu l-affarijiet. U għalhekk jiddiżappuntani ċertu diskors li jsir hawnhekk, Sur President. 135

KUMITATI PERMANENTI 141

AĠĠORNAMENT 142

Ordnijiet tal-Ġurnata 142



MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 142




Yüklə 478,46 Kb.

Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4   5   6   7   8   9




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin