Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 478,46 Kb.
səhifə6/9
tarix03.08.2018
ölçüsü478,46 Kb.
#66972
1   2   3   4   5   6   7   8   9

X’inhu l-importanti Sur President? L-importanti hu li fit-trasport qed nagħmlu affarijiet li qatt ma saru qabel. Dik hi l-verità. U qed nagħmluhom għax nemmnu li f’Malta għandu jkollna sistema ta’ trasport li tagħmel ġieħ lill-Maltin, li ma jkollha xejn inqas minn dak li għandhom fl-Ewropa, li min isuq is-servizz pubbliku għandu jkun kwalifikat, li għandu jkollu sistema ta’ trasport pubbliku li tkun denja għal min jirkibha u li jkollu sistema kompetittiva u mhux magħluqa bil-monopolji kif dejjem ried il-Partit Laburista! U dawn jibqgħu sal-lum jiddefendu l-monopolji! Imbagħad tafu għaliex stagħġibt! Għax dan huwa l-ewwel budget fejn Kap tal-Oppożizzjoni ma tkellimx dwar it-toroq! Issa mhux għax għandna t-toroq tajbin jew għamilna xi mirakli f’sena! Imma għall-Kap tal-Oppożizzjoni t-toroq mhumiex importanti għall-Maltin. Għalih it-toroq huma sekondarji totalment! Hu jaf x’inhi l-problema tat-toroq! Jaf kemm qed ninvestu fit-toroq u jaf kemm għandna investit għas-sena d-dieħla għat-toroq! Għalhekk ma jridx jitkellem dwarhom il-Kap tal-Oppożizzjoni!

Hu jipprova jevita l-argument għax jaf li din is-sena għamilna riorganizzazzjoni sħiħa fid-dipartiment li jieħu ħsieb it-toroq u llum il-poplu Malti hemm barra jaf li kull darba li naqilgħu triq, nagħmlu quality assurance u din tagħmel differenza sostanzjali għal fejn irridu mmorru. Il-Kap tal-Oppożizzjoni jaf illi l-proġett ta’ Marsaxlokk miexi on time u on budget u allura evita d-diskors dwaru. Sur President, ara tiftakarx li xi darba t-toroq kenux main feature għall-Kap tal-Oppożizzjoni meta rrisponda! Però li stagħġibt illum hu li ħlief l-Onor. Buhagiar, li forsi tkellem biss madwar minuta u nofs dwar it-toroq, ħadd mill-oppożizzjoni ma tkellem aktar dwarhom f’sagħtejn u kwart ta’ diskors li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Allura jien nikkonkludi li kważi kważi, li kieku noqgħod nilludi ruħi, qed nagħmlu kollox tajjeb! Però naf xi problemi kbar hemm. (Interruzzjonijiet)


Rigward l-awditur għamiltli riferenza għall-2005. Li semma l-awditur, irranġajnih kollu u llum m’għadu jiġri xejn! Jien nerġa’ nistieden lil sieħbi l-Onor. Mizzi biex meta mmorru niftħu t-triq ta’ Wied il-Għajn, jiġi miegħi u niftħuha flimkien on time and on budget. Il-problema tal-oppożizzjoni hi li ma jridux jifhmu li l-affarijiet jistgħu jitbiddlu, tista’ tagħmilhom tajjeb u li minflok joqogħdu verament jidħlu fejn dak li qed jitbiddel u fejn inti qed tagħmel tibdila li tbiddel mill-qiegħ dak li qed jiġri, jintilfu fid-dettall tal-affarijiet. L-aktar gustuż fuq dawn kollha kien l-Onor. Cardona. Issa l-Onor. Cardona suppost tkellem fuq l-IT, apparti ċerti affarijiet li huma out of this world. Però xi ħadd li sema’ lill-Onor. Cardona jitkellem se jispiċċa jemmen li l-Partit Laburista huwa favur SmartCity, ħlief bil-paroli? Kulma qal li huma favur SmartCity imma mbagħad semma ħafna affarijiet kuntrarji. Min sema’ lill-Onor. Cardona jitkellem induna li l-Partit Laburista jixtieq li SmartCity tfalli biex il-gvern jaqa’ għaċ-ċajt. Dik hi l-konklużjoni, xejn aktar! Dan bħal meta ġibna l-Lufthansa Technik u għamilna deal żul minn hemm jew meta l-Ministru Fenech ġab l-SR Technics u kien hemm tan-naħa l-oħra u qalulna: Dażgur li tajjeb, però nisperaw li issa jkun hemm biżżejjed studenti jistudjaw u li l-ħaddiema jkollhom hekk u hekk! Aħna nifhmu jew ma nifhmux li min jiġi jinvesti USD100 miljun ġej hawnhekk biex jagħmel il-flus? Nifhmu jew ma nifhmux li xogħolna bħala gvern huwa arġinat bil-kuntratt li għamilna? Nifhmu jew ma nifhmux li l-ewwel obbligu li jeżisti ... L-Onor. Cardona suppost li huwa avukat. F’Lulju se jkollna d-delivery ta’ 12,000 metru kwadru ta’ uffiċċju! Dak huwa l-obbligu! U sal-aħħar ta’ din is-sena ma nafx kemm se jkun hemm impjegati!


Allura dak il-ħafna paroli, għax kien hemm hekk, u l-ieħor hekk, u l-ieħor hekk ... Dan kollu ġej mil-lanżit – għax m’hemmx kelma oħra – għax ġibna dak li ġibna bir-riskji kollha. Jien nista’ niggarantixxi li d-Dubai, Abu Dhabi jew x’imkien ieħor, ma jfallix? Ejja nħallu l-ħmerijiet! Ejja ngħidu li għandna opportunità u nippruvaw neħduha! U mela tiġi tagħmilli diskors, taqbadli l-pjan li għamilna għall-2008-2010 u fl-aħħar tal-2009 tikkritikani li ma lħaqtx it-targets kollha li għandi nlaħħaqhom sal-aħħar tas-sena d-dieħla! U ejja! Dan diskors ta’ serjetà! Jew huwa diskors ta’ serjetà meta tgħidu għalfejn qed niftaħru bl-e-government għax kulma għamilna huwa li ġejna biss l-ewwel fl-Ewropa! U le ma jimpurtax billi ġejna l-ewwel!


Ara l-gazzetta li fiha hemm li ġejna l-ewwel fl-Ewropa ħadd ma ta kasha. Li kieku ġejna fit-28 post jew fit-30 post, kieku headline daqsiex kienu jġibu! Imma li ġejna l-ewwel ma tarax! Il-gazzetta “The Times” jumejn wara rrapportata u lanqas qalet li ġejna l-ewwel Alla jbierek. Imma ħalliha dik! X’qalilna l-Onor. Cardona? Qalilna: Kif tiftaħru b’din is-sistema ta’ e-government meta mbagħad il-passaport xorta waħda rrid niġbru jien? Ara x’affarijiet dawn! X’jippretendi l-kelliem tal-oppożizzjoni tal-IT li l-passaport li napplikaw għalih nibgħatuh bil-computer jew bil-posta! U ejja ddaħħaqniex! L-IT huwa ħafna aktar serju minn hekk! Għandna niftaħru lkoll kif nagħmlu fil-financial services. Ġejna l-ewwel! U ġejna l-ewwel mhux b’kumbinazzjoni tafux! Ġejna l-ewwel għax għaxar snin ilu għamilna deċiżjonijiet politiċi serji, għamilna pjan ċar u nvestejna l-flus biex ilħaqnihom! Mhux b’kumbinazzjoni niżel mis-sema l-Arkanġlu Gabriel u qalilna li aħna ġejjin l-ewwel! Dan ġie b’xogħol ta’ ħafna u ħafna nies. U l-Onor. Cardona jiġi jiddieħaq bihom għax qal li l-passaport irridu mmorru niġbruh aħna! U ejja nkunu ftit serji! Aħna fuq dan irridu nibnu.


Is-sena d-dieħla u s-snin ta’ wara għandna quddiemna t-tibdil tas-sistemi maġġuri – dawn irrifera għalihom il-Ministru tal-Finanzi – li permezz tagħhom se naqilbu s-sistemi kollha tas-social policy, jiġifieri li tħallas il-pensjonijiet, li fih tieħu l-welfare u ma nafx kemm sistemi oħra. Se naqbdu l-income tax, il-VAT, is-sistemi tal-health kollha, tal-public registry, tal-land registry, u oħrajn. Fis-snin li ġejjin dawn kollha rridu nerġgħu naqbduhom mill-qiegħ u niżviluppawhom mill-ġdid għax kollha ġew żviluppati fis-snin disgħin u llum qegħdin jixjieħu! Dan li qal il-ministru tal-finanzi fil-budget. U l-Onor. Cardona jiġi jgħidlek li l-passaport ma jeħdux bil-computer! U ejja! Almenu ejja nagħmlu kelliema li jifhmu fl-IT u mhux kelliema li joqogħdu jgorru li hawn Malta m’għandniex biżżejjed bandwidth jew li l-bandwidth tagħna huwa għoli. Mela din hija responsabbiltà tal-gvern! Ma nafux li dan huwa settur tal-privat u li aħna ma nistgħux nindaħlu fih?


Yüklə 478,46 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin