Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 478,46 Kb.
səhifə8/9
tarix03.08.2018
ölçüsü478,46 Kb.
#66972
1   2   3   4   5   6   7   8   9

KUMITATI PERMANENTI



THE DEPUTY SPEAKER: Bil-permess tal-Kamra nsejjaħ lill-Onor. Francis Zammit Dimech.
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġi): Sur President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni għadda mill-istadju ta’ Kumitat mingħajr emendi u li l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Lotteriji u Logħob ieħor għadda mill-istadju ta’ Kumitat bl-emendi.
THE CHAIRMAN: Grazzi. Il-Ministru Austin Gatt, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.

AĠĠORNAMENT



ONOR. AUSTIN GATT: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:
Ordnijiet tal-Ġurnata

1. Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2010


It-Tmien Jum Stabbilit
Voti tal-Ministeru għall-Politika Soċjali.
2. Votazzjoni għall-Emenda mressqa fis-Seduta 167 tat-23 ta’ Novembru 2009 mill-Onor. Anton Refalo għall-Vot 14 u votazzjoni għall-Vot III – Ministeru għal Għawdex.
(votazzjonijiet jittieħdu l-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009 fi tmiem is-seduta ta’ filgħodu)
3. Votazzjoni għall-Emenda mressqa fis-Seduta 168 tat-23 ta’ Novembru 2009 mill-Onor. Chris Cardona għall-Vot 15 – Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
(votazzjoni tittieħed l-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009 fi tmiem is-seduta ta’ filgħodu)
THE CHAIRMAN: Grazzi. Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta 24 ta’ Novembru, 2009 fid-9.00 am. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.
Fid-9.35 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



KINDERGARTEN ASSISTANTS - RIKONOXXIMENT TAL-KORS
9699. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru tgħid x’inhuma r-raġunijiet għaliex l-kors Universitarju li kienu għamlu dawn il-Kindergarten Assistants Special Needs fil-livell ta’ ċertifikat Facilitating in Inclusive Settings li sar fiż-żmien tal-amministrazzjoni Laburista bejn l-1996 u l-1998 fejn il-parteċipanti attendew 8 sigħat fil-ġimgħa għal sena u xahrejn mhux qed jingħata l-għarfien li jistħoqqlu? X’għandu inqas minn korsijiet oħra simili f’livell ta’ ċertifikat? Jekk hemm xi parti nieqsa bħas-psychology of learning ghax ma jsirx top up tiegħu bi credit apposta biex imbagħad jiġi rikonoxxut? Taf li n-nuqqas ta’ għarfien ta’ dan il-kors minbarra li qed joħloq tbatija u ħsara għall-karriera għal dawk f’din il-kategorija qed jitqies bħala diskriminazzjoni u pika tal-mistħija għax sar fi zmien amministrazzjoni Laburista u persuna influwenti llum, li isimha qed jintbagħat separatament, biex dan il-kors ma jigix rikonoxxut dak iż-żmien ma kenitx tmexxi għalkemm kienet tat parti mill-kors?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Il-kors li jwassal għal ċertifikat li sar għat-Temporary Kindergarten Assistants (Special Education) kellu l-għan li wara dan it-taħriġ dawk it-Temporary Kindergarten Assistants (Special Education) ma jibqgħux aktar temporary imma jsiru tal-post kif fil-fatt sar. Dan il-kors kien jissejjaħ Certificate in Supportive Learning in Inclusive Settings.
Wara dan il-kors kien hemm diversi korsijiet oħra fuq livell ta’ ċertifikat li kien jissejjaħ Certificate in Education for Learning Support Facilitators. L-ewwel żewġ korsijiet ta’ dan ic-certifikat saru għal dawk li kienu għamlu l-kors imsemmi hawn fuq. Kull min ried javvanza għal grad ta’ facilitator kellu jagħmel dan il-kors wara li lesta il-kors Certificate in Supportive Learning in Inclusive Settings.
L-Università ma rċeviet l-ebda talba biex lil dawn il-Kindergarten Assistants isirilhom kors ieħor.

SKOLA GUARDIAN ANGEL - RAPPORTI DWAR IMĠIBA TA' ŻGĦAŻUGĦ
9700. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-Direttorat tal-Edukazzjoni f’Mejju 2009 irċeviex kopji ta’ rapporti li saru minn għalliema u kindergarten assistants fl-iskola Guardian Angel bid-dati tas-16 ta’ Ottubru 2008, 7 Novembru 2008, 10 ta' Novembru 2008, 13 ta' Novembru 2008 dwar l-imġiba diffiċli ta’ żgħażugħ, li ismu qed jintbagħat separatament, f’dik l-iskola? X’passi ttieħdu dwar dawk ir-rapporti? Tista’ tgħid jekk sarux ukoll rapporti simili bid-dati tas-6 ta’ Mejju 2009 u 1 ta’ Gunju 2009?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Fis-16 ta’ Ottubru, 2008 id-Direttorat Servizzi għall-Istudent irċieva e-mail mingħand il-kap tal-iskola fejn talab għajnuna għal studenti fl-iskola Guardian Angel, fosthom it-tifel hawn imsemmi.
It-tifel li fuqu qed issir il-mistoqsija ġie irreferut għat-Tim tal-Awtiżmu fis-16 ta’ Ottubru, 2008. Minn dak inhar ‘l quddiem persuna mit-Tim kienet tkun l-iskola kull ġimgħa.
Is-social worker tad-dipartiment għamlet diversi interventi bejn id-29 ta’ Settembru u d-19 ta’ Novembru 2008.
Fil-21 ta’ April 2009, l-Education Officer Special Education għamlet intervent flimkien mal-Occupational Therapist biex assessjaw it-tifel fil-Multi Sensory Room. L-istaff tal-klassi ngħata rakkmandazzjonijiet kif jistgħu jaħdmu mat-tifel.
Ir-rapporti msemmija li waslu d-dipartiment, fosthom l-aħħar wieħed li kien datat 6 ta’ Mejju, 2009 ingħataw lill-Uffiċjali tad-Direttorat meta kienu f’din l-iskola fid-29 ta’ Mejju, 2009. Il-persuna mit-Tim tal-Awtiżmu baqgħet tmur l-iskola kull ġimgħa.
Id-Dipartiment għas-Servizzi tal-Istudent se jkompli jsegwi il-każ u joffri s-support kollu tiegħu.

SKOLA GUARDIAN ANGEL - INVESTIGAZZJONI DWAR TRATTAMENT TA' ŻAGĦŻUGĦ
9701. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-Direttorat tal-Edukazzjoni hux qed jinvestiga rapporti li saru dwar trattament ta’ żagħżugħ, li ismu qed jintbagħat separatament, fl-Iskola Guardian Angel dwar episodji li allegatament seħħew f’Ottubru u Novembru 2008? Meta bdew dawn l-investigazzjonijiet u min qed jagħmilhom? Huwa aċċettabli li parti minn dawn l-investigazzjonijiet saru bit-telefon? Veru li matul dawn l-investigazzjonijiet dawk li qed jiġu investigati ġew irrekordjati ? Fejn waslu dawn l-investigazzjonijiet?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Id-Direttur Ġenerali għal Servizzi Edukattivi talbet biex issir investigazzjoni preliminarja meta wasal rapport miċ-Child Safety Services fis-27 ta’ Mejju, 2009, kif stipulat fiċ-Child Protection Procedures (1999). L-investigazzjoni preliminarja saret fid-29 ta’ Mejju mid-Direttur għas-Servizzi tal-Istudenti u s-service manager għall-Iskejjel Speċjali.
Huwa aċċettabbli li parti żgħira mill-investigazzjoni ssir bit-telefon meta l-persuna ma tkunx qiegħda fuq il-post tax-xogħol, meta ċerti mistoqsijiet jkun hemm bżonn li jsirulha dak il-ħin b’mod immedjat, u aktar u aktar meta l-persuna tkun irtirat jew ma tkunx fil-post fejn qed issir l-investigazzjoni. Qabel l-intervista, il-persuni kollha ġew infurmati li se jiġu irrekordjati għal fini tal-istess investigazzjoni preliminarja.
Fit-2 ta’ Gunju, ir-rapport tal-investigazzjoni preliminarja ġie mibgħut lid-Direttur Ġenerali. Id-Direttur Ġenerali infurmat lit-taqsima taċ-Child Safety Services bil-konkluzjoni tal-investigazzjoni preliminarja. Is-surmast tal-iskola wkoll ġie infurmat b’dawn il-konklużjonijiet u kien mitlub jinforma lill-persuni intervistati bil-konklużjoni tal-investigazzjoni preliminarja.

SKOLA GUARDIAN ANGEL – GĦAJNUNA LIL STUDENT
9702. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru tara li jittieħdu passi serji biex iż-żagħżugħ, li ismu qed jintbagħat separatament, tal-iskola Guardian Angel jingħata l-għajnuna meħtieġa u edukazzjoni adattata għalih bla ma jkun ta' periklu għall-istudenti l-oħra u l-għalliema?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Din is-sena skolastika it-tifel li fuqu qed issir il-mistoqsija, bħalma hija l-prattika tal-iskola ghall-istudenti kollha, mexa klassi u għalhekk għandu għalliema u Learning Support Assistants differenti.
Id-Dipartiment għas-Servizzi tal-Istudent ġie infurmat li dan it-tifel sejjer tajjeb u l-imġiba diffiċli nbidlet. L-għalliema tiegħu qed isegwu programm ta’ support imfassal għat-tifel. Dan ġie ivverifikat mill-Education Officers tal-Inclusion and Special Education.
Id-Dipartiment qed ikompli joffri s-support tiegħu permezz tal-education officers u speċjalisti oħra tad-Dipartiment.

JUNIOR LYCEUM - RIŻULTATI TAL-EŻAMIJIET
9703. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li joħorġu r-riżultati tal-eżamijiet għad-dħul fil-Junior Lyceum? Meta se jsiru r-resits?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Ir-riżultati tal-eżamijiet tal-Junior Lyceum ħarġu fit-22 ta’ Gunju 2009 u r-resit sar fil-31 ta’ Lulju 2009. Ir-riżultati tar-resit intbagħtu fit-13 ta’ Awwissu 2009.

SLIEMA/GŻIRA – POMPA TAL-PETROL F’RUE D’ARGENS
9704. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mill-awtoritajiet konċernati dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens, Sliema/Gzira wara li r-residenti/ġirien ressqu l-ilmenti tagħhom dwar il-ħsara u l-periklu li tikkaġunalhom għal saħħithom, u dwar dan kitbu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-21 ta’ Mejju 2009 ?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra

GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET
11836. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni ngħatat mill-wardens matul is-sena 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ingħataw u jekk ġewx ikkontestati jew le, lokal b'lokal?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.

GWARDJANI LOKALI
11837. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu x-xogħol ta' wardens f'Malta u f'Għawdex? Kemm hawn kumpaniji li jipprovdu dan is-servizz?

 

ONOR. LAWRENCE GONZI: Niforma lill-Onor. Interpellant li hemm tliet aġenziji li jipprovdu servizz ta’ Gwadjani Lokali lill-Kunsilli Lokali:




Guard and Warden Service House

95 Gwardjan Lokali

Sterling Security Co. Ltd.

27 Gwardjani Lokal

Aurelia Assets Protection Ltd.

5 Gwardjani Lokali



PERSUNI MILL-PAJJIŻI TAL-UNJONI EWROPEA RESIDENTI F'MALTA
11838. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kienu qed jgħixu f'Malta jew f'Għawdex fis-sena 2008?
ONOR. TONIO FENECH: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kien hemm 410,290 persuna jgħixu f’Malta fl-1 ta’ Jannar 2008. Minnhom 394,830 kienu Maltin. 10,660 kellhom ċittadinanza Ewropea, u minn dawn, 8,188 oriġinaw mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Naturalment din iċ-ċifra teskludi l-Maltin.

BRING-IN SITES
11839. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bring-in sites madwar Malta u Għawdex lokal b'lokal?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra

PERSUNI MINN PAJJIŻI TAL-UNJONI EWROPEA - BENEFIĊĊJI
11840. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni fl-2008 li kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li kienu jgħixu f'Malta jew f'Għawdex u li kienu jieħdu xi tip ta' benefiċċju li jipprovdi l-Gvern u li qabel ma konna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea dawn il-benefiċċji kienu jittieħdu biss minn Maltin residenti f'Malta?
ONOR. JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni fl-2008 li kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li kienu jgħixu f’Malta jew Għawdex u li kienu jieħdu xi tip ta’ benefiċċju li jipprovdi l-Gvern u li qabel ma konna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea dawn il-benefiċċji kienu jittieħdu biss minn Maltin residenti f’Malta huwa 3.

PERSUNI MINN PAJJIŻI TAL-UNJONI EWROPEA – UŻU MIS-SERVIZZ TAS-SAĦĦA
11841. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li għamlu użu mis-servizz tas-saħħa matul is-sena 2008? Jista' jagħti stima ta' kemm ġew jiswew dawn l-interventi?
ONOR. JOHN DALLI: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

KUNSILLI LOKALI – INIZJATTIVI SPORTIVI
12365. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Fid-dawl li l-kunsilli lokali qed jiġu mħeġġa biex jagħtu s-sehem tagħhom biex iwessgħu l-parteċipazzjoni sportiva fost il-komunitajiet tagħhom, tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern għal dan l-għan? X'inizjattivi ħadu l-kunsilli lokali s'issa ?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Il-Kunsill Malti għall-Isport flimkien mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali nieda skema "Inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali" u ħoloq fond ta’ €120,000. Il-Gvern qed jiffinanzja nofs l-ispejjeż tal-attività, bin-nofs l-ieħor jiġi mħallas mill-kunsill lokali. Fl-ewwel sena l-iskema attirat il-parteċipazzjoni ta’ 24 kunsill lokali li b’kollox mistennija li jorganizzaw madwar 80 attività sportiva bl-inklużjoni ta’ aktar minn 4,500 parteċipant.

L-iskema toffri programmi sportivi u ta’ attività fiżika għall-etajiet kollha inkluż aerobics u pilates. L-iskema toffri wkoll diversi programmi għaż-żgħażagħ speċjalment qabel u wara l-ħin tal-iskola.



KUNSILLI LOKALI – INIZJATTIVI SPORTIVI
12366. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru tgħid fit-tieni edizzjoni tal-iskema “Iniżjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali”, kemm ipparteċipaw kunsilli lokali? Kemm applikaw kunsilli lokali biex jipparteċipaw u kemm kull kunsill lokali tella' attività sportiva? Kemm ħadu sehem persuni minn kull kunsill lokali għal attivitajiet imtellgħin minn kull kunsill individwalment ?
ONOR. DOLORES CRISTINA: L-iskema, “Iniżjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali” tal-2010 għadha fi stadju ta’ evalwazzjoni.

KUNSILLI LOKALI – INIZJATTIVI SPORTIVI GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ
12368. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru tgħid kif qed jiġu integrati l-persuni b'diżabilità fl-iskema “Iniżjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali”?
ONOR. DOLORES CRISTINA: L-iskema “Iniżjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali” tagħti spazju għal inizjattivi mal-persuni b'diżabilità. Fil-fatt il-Kunsill Lokali Senglea qed jippjana attività f’dan ir-rigward.

KUNSILLI LOKALI – POLITIKA TAL-GVERN GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ
12369. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru tgħid x'inhi l-politika tal-Gvern għall-persuni b'diżabilità vis-a-vis l-edukazzjoni, kultura, żgħażagħ u sport fejn jidħlu kunsilli lokali ?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 12126.

MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN - INIZJATTIVI GĦALL-KUNSILLI LOKALI
12373. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-á-vis il-kunsilli lokali?
ONOR. TONIO BORG: Il-Ministeru m’għandu ebda inizjattiva/skema immirata speċifikament lejn il-kunsilli lokali. Madankollu, il-Ministeru jagħti kull appoġġ lill-kunsilli lokali f'kuntatti li huma jkollhom, jew li jixtiequ jiżviluppaw, internazzjonalment.
Ġeneralment din il-ħidma ssir tramite d-dipartiment responsabbli għall-kunsilli lokali.

Dan kollu isir fl-isfond tal-politika barranija ta' Malta, immirata li tassigura relazzjonijiet b'saħħithom u mill-aktar wesgħin ma’ pajjiżi oħra.



MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - INIZJATTIVI GĦALL-KUNSILLI LOKALI
12374. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-à-vis il-kunsilli lokali?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MEPA - APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-FTUĦ TA’ PUBLIC SERVICE GARAGES
12714. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jinfetħu public service garages? Fejn jinsabu dawn l-applikazzjonijiet li hemm pendenti?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

KUNSILLI LOKALI - ĠEMELLAĠĠ MA' BLIET BARRANIN
12715. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi limitu ta' kemm kunsill lokali partikolari jista' jkollu ftehim ta' ġemellaġġ ma' bliet oħra barra minn Malta? Meta jkun hemm l-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex jiġi ffirmat ġemellaġġ partikolari, jista' jgħid jekk normalment ikunx hemm xi kundizzjonijiet partikolari għal tali ftehim?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx limitu ta’ kemm kunsill lokali partikolari jista’ jkollu ftehim ta’ ġemellaġġ ma’ bliet oħra barra minn Malta. Il-kundizzjonijiet li jirregolaw dawn il-ġemellaġġi jinsabu fl-Avviż Legali numru 144 tal-2009, fejn hemm, fost l-oħrajn, limitu ta’ spejjeż li jistgħu jintnefqu kull sena (massimu ta’ € 3,500).
Kull talba li ssir tiġi evalwata mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali fil-kuntest tar-rekwiżiti indikati fl-imsemmi Avviż Legali, fosthom li jintbagħtu Twinning Work Plan u stima tal-ispiża relatat ma’ tali ġemellaġġ.

KUNSILLI LOKALI - PROFESSJONIJIET TAS-SINDKI U VIĊI SINDKI
12716. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-professjonijiet jew impjiegi li għandhom is-sindki u l-viċi sindki f'Malta u f'Għawdex?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Lista li turi l-professjonijiet jew impjiegi li għandhom is-sindki u l-viċi sindki f’Malta u f’Għawdex tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.

GOZO CHANNEL - FTEHIM DWAR ĠARR TA' MERKANZIJA U PASSIĠĠIERI
12717. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta jiġi fi tmiemu l-ftehim preżenti għall-ġarr ta' merkanzija u passiġġieri bejn Malta u Għawdex? X'inhu mistenni li jiġri meta dan il-ftehim jasal fl-aħħar tiegħu?
ONOR. TONIO FENECH: L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar, għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

AWTORITÀ DWAR IT-TRASPORT - STALLAZZJONI TA’ SPEED CAMERAS
12718. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' talbiet għall-istallazzjoni ta' speed cameras? F'liema nħawi ta' Malta u Għawdex qegħdin it-talbiet pendenti quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport? Kemm hemm cameras approvati li għad iridu jiġu stallati u fejn?

ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

KUNSILLI LOKALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
12722. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' kunsilli lokali taż-żgħażagħ li għandna f'Malta u Għawdex? F'liema lokalità hemm dawn il-kunsilli u meta twaqqfu?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Il-proġett ta’ empowerment tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ ġie mniedi f’Settembru li għadda. Kien hemm 29 kunsill lokali applikaw biex jissieħbu f’dan il-proġett. Dawn kienu Birkirkara, Birgu, Birżebbuġa, Bormla, Fgura, Floriana, Gudja, Iklin, Isla, Kirkop, Mosta, Msida, Mtarfa, Nadur, Naxxar, Pietà, Qormi, Rabat Malta, Rabat Għawdex, San Ġiljan, San Ġwann, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Siġġiewi, Swieqi, Tarxien, Valletta, Żebbuġ Malta u Żurrieq. Bħalissa qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet taż-żgħazagħ minn dawn il-lokalitajiet biex iservu bħala Kunsilliera Żġħażagħ f’dan il-proġett.

MEPA – PROĊESS TA’ RIFORMA
12776. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12320 u jispjega l-fatt li meta suppost ir-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha qed tiġi diskussa u finalizzata qabel titressaq fil-Parlament għall-approvazzjoni tal-Kamra u diversi policies tal-Awtorità għadhom qed jiġu reviewed minn kummissjoni maħtura apposta nhar it-2 ta' Ottubru 2009, liema xogħol mistenni jitlesta sa tmiem is-sena, il-Gvern, permezz tal-Awtorità diġà qed jimplimenta mingħajr ebda konsultazzjoni partijiet mill-istess riforma fejn fost l-oħrajn qed joħorġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal kull min jixtieq iservi full-time fuq boards tad-Development Control Commission mingħajr ma biss nafu jekk dawn l-istrutturi humiex se jinbidlu jew le bir-riforma? Jista' jgħid ukoll għal dawk li jistgħu jkunu interessati li jservu fuq il-Planning Appeals Board?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Il-proċess tar-riforma tal-MEPA tnieda f’April 2008. Bħala parti minn dan il-proċess saret konsultazzjoni mill-aktar wiesa’ li kien jinkludi fost oħrajn Konferenza Nazzjonali, laqgħat ma’ stakeholders, laqgħa mar-rapprezentanti tal-Oppozzizjoni, laqgħa mal-impjegati tal-MEPA. Żgur li kien proċess ta’ konsulatazzjoni mill-aktar wiesa’ u miftuħ.
F’dan il-proċess ta’ riforma ġew diskussi il-mużuri kollha li qed jikkonsidra il-gvern inkluż it-twaqqif ta’ żewg Environment and Planning Commissions u Environment and Planning Review Tribunal kollha fuq bażi full-time. Dawn ser jissostitwixxu id- Development Control Commision u l-Planning Appeals Board rispettivament. Il-gvern hu kommess li jistabbillixxi dawn il-ħatriet mill-aktar fis possibbli għalhekk il-gvern nieda l-proċess tal-ħatra liema proċess huwa intiż li jispiċċa darba tidħol fis-seħħ il-liġi l-ġdida. Dan għaliex ir-riforma qed tħares lejn bidla fil-liġijiet li jirregolaw il-MEPA. Il-ħsieb hu li din il-liġi titressaq għall-kunsiderazzjoni tal-Kamra fil-ġimgħat li ġejjien.
Hemm numru ta’ miżuri fir-riforma li ma jinħtiġux bidla fil-liġi sabiex jiġu attwati u għalhekk diġà bdew jiġu implimentati.

RZIEZET LIĊENZJATI
12777. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12331 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa u komprensiva tal-irziezet kollha liċenzjati?
Yüklə 478,46 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin