Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 478,46 Kb.
səhifə9/9
tarix03.08.2018
ölçüsü478,46 Kb.
#66972
1   2   3   4   5   6   7   8   9

ONOR. GEORGE PULLICINO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra

MEPA - KUMMISSJONI GĦAR-REVIŻJONI TAL-POLICIES
12778. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12333 u ċioe: Peress li ftit ġimgħat ilu l-Prim Ministru waqqaf kummissjoni għar-reviżjoni tal-policies tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, billi huwa għażel li jinnomina għadd ta’ persuni li qed jirrappreżentaw lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' jgħid jekk inkunx korrett jekk nifhem li l-Users Committees tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u anke għaqdiet ambjentali mhux governattivi, issa għandhom l-obbligu li jaġġornaw regolarment lill-entitajiet li qegħdin jirrapreżentaw dwar l-andament tal-laqgħat li qed ikollhom bħala rappreżentanti tagħhom?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

KAPPARA JUNCTION – PJAN DWAR IT-TRAFFIKU
12779. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12339 u ċioe: B’referenza għar-rapporti li dehru fil-media lokali li l-Awtorità dwar it-Trasport qiegħda tikkonsidra serjament li twessa’ Triq Mikiel Anton Vassalli fil-Kappara, jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta’ għadd ta’ residenti fl-inħawi u ċittadini oħrajn dwar il-fatt li ż-żona madwar ir-roundabout tal-gass fi Triq Mikiel Anton Vassalli u Sliema Road, fil-Kappara huma postijiet fejn l-inċidenti tat-traffiku ma jonqsux?

Fl-imgħoddi kien hemm saħansitra każijiet fejn vetturi skidjaw u telgħu l-bankina u anki faqgħu ċ-ċint tal-Korporazzjoni Enemalta, fost partijiet oħrajn. Sa ftit jiem ilu biss kellna mill-ġdid każ gravi fejn vettura telgħet il-bankina u nqalbet.


Fiċ-ċirkostanzi, apparti mill-pjanijiet li għandu l-Gvern dwar il-Kappara Junction, tista' l-Awtorità dwar it-Trasport flimkien mal-kunsill lokali konċernat jaraw li jitqiegħdu crash barriers fuq iż-żewġ naħat ta’ Regional Road u Sliema Road u fuq is-central strips tal-istess toroq?
Tista' tiġi introdotta sistema ta’ pelican lights biex in-nies ikunu jistgħu jaqsmu bla periklu? Jistgħu jittieħdu passi effettivi biex jiġi mrażżan sewqan eċċessiv f’dawn l-inħawi, kif ukoll li jiġu introdotti speed cameras bejn Kappara Service Station u r-roundabout tal-gass?
Jirriżultali li dan l-ilment ilu jitressaq lill-awtoritajiet għal aktar minn ħames snin, iżda ninsab infurmat li minkejja dan kollu l-Awtorità dwar it-Trasport lanqas bagħtet acknowledgements lill-persuni li ressqu dawn l-ilmenti matul is-snin.

Għal soluzzjoni ħolistika nemmen li l-Awtorità għandha tikkonsidra serjament li tfassal pjan flimkien mal-kunsill lokali konċernat u l-Kummissarju tal-Pulizija.


ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

UNJONI EWROPEA – FOND AMBJENTALI
12818. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12351, li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu, u jikkonferma li Malta hija waħda minn erba' stati membri tal-Unjoni Ewropea li naqset milli tibbenefika mill-fond ambjentali ta’ €207 miljun tal-Unjoni Ewropea allokati lill-proġetti ambjentali taħt il-Life Programme għas-sena li għaddiet? Jikkonferma li l-erba' proġetti sottomessi minn pajjiżna lkoll ġew skwalifikati minħabba li ma laħqux il-livelli u s-selection criteria meħtieġa? Bħala Gvern Malti, jista' jgħarrafna għaliex l-ebda proġett Malti ma ġie approvat jew saħansitra aċċettat u dan meta pajjiż żgħir ġirien tagħna li ssieħeb magħna bħal Ċipru, irnexxielu jirċievi 'l fuq minn €6 miljun b’rabta ma' ħames proġetti differenti?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

AWTORITÀ TA’ MALTA GĦAR-RIŻORSI - STUDJU DWAR IL-PROVVISTA TA’ GASS NATURALI
12819. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12361 u ċioe: B’referenza għad-dokument riċenti “A Proposal for an Energy Policy For Malta” jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-feasibility study li għamlet l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi fejn din qalet li kkonsidrat diversi għażliet dwar il-provvista ta’ gass naturali fosthom permezz ta’ pipeline interconnection bejn Gela u Delimara, liquified natural gas terminal f’Delimara Power Station bi trasport via sea vessels u compressed natural gas li jinvolvi l-ħażna u t-trasport ta’ gass kompressat f’pipes ġewwa sea vessels?

Jista' jara li jiġu nklużi wkoll ir-rakkmandazzjonijiet finali fejn jintqal li skont l-istudju, liquified natural gas terminal bi storage capacity ta’ 600,000 cubic metres tkun l-aħjar għażla u li l-introduzzjoni tal-gass naturali apparti milli jgħin fid-diversifikazzjoni fil-ġenerazzjoni tal-fuel jikkontribwixxi sostanzjalment fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-carbon dioxide flimkien ma' pollutants oħrajn ?


ONOR. GEORGE PULLICINO: Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

GĦAWDEX - TENDER GĦALL-KONSERVAZZJONI TAĊ-ĊITTADELLA
12827. L-ONOR. ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjoni tat-tender li ngħatat għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar taċ-Ċittadella? Tista' tgħid meta se jitlesta dan ix-xogħol? Kemm se jdumu?
ONOR. GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li ma nħarġet l-ebda tender għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar taċ-Ċittadella. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għat-tender li nħarġet għall-formulazzjoni ta' masterplan għaċ-Ċittadella nitolbu jispeċifika biex ikun jista' jingħata d-dokument mitlub.

GĦAWDEX – FLAT F’TAĊ-ĊAWLA
12829. L-ONOR. ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-file li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, dwar ir-rikonoxximent ta' flat f'Taċ-Ċawla fir-Rabat, Għawdex għadu sal-lum mhuwiex proċessat?
ONOR. JOHN DALLI: Ninsab informat li l-Awtorità tad-Djar ħadet deċiżjoni tagħha dwar dan il-każ.

KORP TAL-PULIZIJA – MEMBRI LI GĦALQU 25 SENA SERVIZZ
12840. L-ONOR. MICHAEL FALZON staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Ministru kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għadhom iservu fil-korp minkejja li għalqu 25 sena servizz fl-1 ta' Novembru 2009? F'liema grad jinsabu dawn l-uffiċjali? Kemm hemm ukoll membri fil-Korp tal-Pulizija li huma mistennija jagħlqu l-25 sena servizz sal-aħħar tas-sena kurrenti 2009?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej:


Grad

Għalqu 25 sena servizz sal-1 ta’ Novembru 2009

Se jagħlqu l-25 sena servizz matul Novembru u Diċembru

Kummissarju tal-Pulizija

1

-

Deputat Kummissarju

1

-

Assistant Kummissarju

6

-

Suprintendent

8

-

Spettur tal-Pulizija

6

2

Surġent Maġġur tal-1 klassi

2

-

Surġent Maġġur tat-2 klassi

13

2

Surġent

13

1

Kuntistabbli

104

18

Total

154

23



KAMPANJI DWAR PREVENZJONI TA’ MARD
12843. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12350 u jieħu l-passi neċessarji biex f'dawk l-inħawi ta' Malta li huma l-iktar esposti għall-possibilità ta' mard li jittieħed fil-fatt ikun hemm kampanji lokali biex jiġi evitat kull tip ta' mard?
ONOR. JOHN DALLI: Informat li fejn ikun hemm bżonn, id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jorganizza kampanji speċifiċi dwar prevenzjoni tal-mard infettiv. Fil-preżent ma għandi l-ebda evidenza li hemm xi mard infettiv f’xi parti tal-pajjiż aktar minn oħra.

FGURA: WESGĦA L-KUNSILL TAL-EWROPEA – ĠRIEDEN F’BIĊĊA ART MHUX ŻVILUPPATA
12844. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12341 u jara li jittieħdu l-passi meħtieġa f'biċċa art li għadha mhux żviluppata u li tinsab f'Wesgħa l-Kunsill tal-Ewropa ġewwa l-Fgura qrib ta' supermarket minħabba li hemm problema ta' saħħa pubblika minħabba l-ammont kbir ta' ġrieden li hemm u li issa qed jiġru mal-inħawi kollha?
ONOR. JOHN DALLI: Ninsab informat li uffiċjali fi ħdan id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali spezzjonaw l-area indikata fl-10 ta' Novembru, iżda ma ġie nnutat l-ebda sinjal ta' infestazzjoni ta' ġrieden.
Informat ukoll li l-ħaddiema tal-Pest Control fi ħdan id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali, bl-assistenza tal-Puluzija, għamlu trattament intensiv fil-manholes fl-area indikata. Din iż-żona se tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni u trattament jerġa' jsir jekk ikun il-każ.

AWTORITÀ DWAR IT-TRASPORT - VETTURI SKRAPPJATI MINĦABBA EMISSJONIJIET TA’ DĦAĦEN
12845. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12340 u jgħid kemm tneħħew vetturi mit-triq wara li ġew rapportati minħabba l-emissjonijiet/dħaħen mhux permessibbli taħt l-iskema tal-emissions alert tal-Awtorità dwar it-Trasport?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

FABBRIKI LURA FIL-ĦLAS TAL-KERA
12846. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12338 u jgħid kemm hemm fabbriki li qegħdin lura fil-ħlas tal-kirja tagħhom? Kemm ilha żmien (snin) l-aktar waħda li ilha ma tħallas? X’inhi s-somma globali li l-Gvern irid jiġbor?
ONOR. TONIO FENECH: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fabbriki li huma lura fil-ħlas jammontaw għal 243. L-aktar waħda ilha ma tħallas mill-1999. B’kollox għandhom jinġabru €9.5m. Dawn huma magħmulin minn kirjiet li kellhom jinġabru sa’ 2003 (€3.6m) u kirjiet mill-2004 ‘l hawn (€5.9m). Hawn ta’ min isemmi li għadhu kemm twaqqaf Debtors Committee biex itejjeb l-istrateġija u l-proċess ta’ ġbir tal-kirjiet u tissorvelja dan il-proċess.
GĦAWDEX: ŻONI INDUSTRIJALI - FABBRIKI VOJTA
12847. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12337 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm fabbriki vojta fiż-żoni industrijali f’Għawdex? Sa liema sena kienet tintuża kull waħda, x’kienet tipproduċi u kemm kienet tħaddem nies?
ONOR. TONIO FENECH: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fiż-żona industrijali ta’ Għawdex amministrata mill-MIPL hemm żewġ fabbriki li jinsabu vojta. L-aħħar li ntużaw kien waħda f’Ġunju tal-2005 u l-oħra f’Diċembru 2006. Dawn il-fabbriki kienu jipproduċu auto switches u prodotti tar-rubber rispettivament. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT - YOUTH SPECIAL TRAINING SCHEME
12848. L-ONOR. OWEN BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru tagħti iktar informazzjoni dwar il-Vot allokat ta' €500,000 intitolat Youth Special Training Scheme partikolarment:
a) jekk dan il-vot huwiex abbinat ma' dak kif spjegat mill-Ministru tal-Finanzi biex wieħed iħarreġ mill-ġdid liż-żgħażagħ li ħarġu mis-sistema edukattiva mingħajr il-ħiliet meħtieġa?
b) jekk iva:
1) Kif se jsir dan it-taħriġ?
2) Kemm hu stmat li hawn żgħażagħ li għandhom bżonn dan it-taħriġ? 
3) Dan it-taħriġ se jkun volontarju jew mandatorju?
4) Kif se jintnefaq dan il-vot ta' €500,000?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Il-Vot Youth Special Training Scheme ta’ €500,000 huwa abbinat ma’ dak kif spejgat mill-Ministru tal-Finanzi. Se jitwaqqaf working group li se jfassal il-programm bil-għan li jkompli jgħin liż-żgħażagħ itejbu l-kwalifiki u l-ħiliet tagħhom. Dan il-programm għandu jwassal biex iż-żgħażagħ jiksbu kwalifika fuq livell 2 skont il-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki. F’dan it-taħriġ se jiġi kkonsidrat ukoll ir-rikonnoximent tat-tagħlim informali u mhux formali. L-indikazzjoni li toħrog mit-tracer study tal-2008 juri li żgħażagħ li ma jkomplux l-edukazzjoni tagħhom jew isibu impjieg huma ta’ 552. L-istudenti li jipparteċipaw fl-iskema se jingħataw ukoll l-inċentiv li jirċievu l-istipendju. Dan il-vot se jintefaq fit-tagħlim u l-amministrazzjoni tal-programm.

SAN PAWL IL-BAĦAR - BANKINA FI STAT PERIKOLUŻ
12849. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jivverifika għaliex il-bankina bl-indirizz u skont ir-ritratt li qed jintbagħat separatament, għadha fi stat perikoluż minkejja li ġiet informata l-Enforcement Unit tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sena u erba' xhur ilu, minbarra l-Awtorità dwar it-Trasport u diversi dipartimenti governattivi u l-kunsill lokali?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

PULIZIJA – INVESTIGAZZJONI DWAR SEJBIET TA’ DIESEL
12850. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12332, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi indikazzjoni ta' meta se tkun konkluża din l-investigazzjoni?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Ninsab infurmat li l-Pulizija qed tistenna mingħand il-Kontrollur tad-Dwana sabiex tkun tista tipproċedi b'dan il-każ.

KSI - KWESTJONI DWAR KONT TAD-DAWL U L-ILMA
12851. L-ONOR. RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-kont tad-dawl u l-ilma, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, intbagħat lis-sid tal-post in kwestjoni li kien qaleb il-meters fuq l-inkwilini, meta f'dan il-perjodu l-kont ma kienx fuq ismu? Ma jidhirlux il-Ministru li s-sid tal-post ma kellu x'jaqsam xejn ma' dawn il-kontijiet u mhux dovut li jħallashom għax ma kellux x'jaqsam magħhom?

 

Jista' jgħid għaliex din il-persuna qed tkun imwissija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li se taqta' s-servizz f'dan il-post?



 

ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

RABAT - TBATTIL TA' FOSOS TAD-DRENAĠĠ
12869. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12646, jista' l-Ministru jivverifika fil-każ tal-fosos f'Landrijiet, limiti tar-Rabat?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MTARFA - XOGĦLIJIET FUQ TRIQ
12870. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12653 u jgħid x'inhi r-raġuni għala t-triq li tagħti aċċess prinċipali fl-Imtarfa ikkrollat? Meta se jitlesta x-xogħol tal-irranġar tat-triq peress li din hi triq li tintuża ħafna?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li fl-imsemmija triq kien ikkrolla ħajt li ġie msewwi mill-ħaddiema tal-Gvern. Fl-istess triq hemm periklu li tikkrolla parti oħra tat-triq u kien għalhekk li ġiet magħluqa naħa waħda tat-triq biex din għalissa saret one way. Ir-residenti tal-lokalità ġew infurmati b’dan kif ukoll u peress li qed isiru xi xogħlijiet, dan hu mistenni li jitlesta sal-aħħar tas-sena.
VETTURI – FANALI LI JITFGĦU DAWL BLU
12871. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12655 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12393, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qiegħda tittieħed in kwantu l-ħafna vetturi li għandhom fanali jitfgħu dawl blu?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

SKEMA SPIŻJAR TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK – MEDIĊINA SKADUTA
12872. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12384 u jikkonferma jekk bħala parti mill-Iskema l-Ispiżjar tal-Għażla tiegħek, kienx hemm mediċina ritornata lura mingħad l-ispiżjara għaliex kienet skaduta? Kemm kien l-ammont?
ONOR. JOHN DALLI: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

ŻJARA TAL-AMMIRALL GIAMPAOLO DI PAOLA
12873. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12447 u jinforma lill-Kamra x'kien l-iskop taż-żjara tal-Ammirall Ciampaolo di Paola f'pajjiżna fil-jiem li għaddew u x'kien diskuss waqt laqgħat li kellu miegħu u mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin?
ONOR. LAWRENCE GONZI: L-iskop taż-żjara tal-Ammirall Giampaolo di Paola f’pajjiżna fil-jiem li għaddew kienet waħda ta’ rutina, żjara li seħħet wara li Malta irrijattivat l-isħubija tagħha fil-Partnership for Peace.
Il-laqgħat li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant kienu żjara ta’ kortesija qasira li l-Ammirall Giampaolo di Paola għamel lill-Prim Ministru (billi l-Forzi Armati ta’ Malta jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu) u żjara ta’ kortesija qasira oħra lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Id-diskussjoni fiż-żewġ laqgħat ta’ kortesija ttrattat is-sitwazzjoni internazzjonali u l-benefiċċji għall-Forzi Armati Maltin bis-sħubija fil-Partnership for Peace.

SAN VINCENZ DE PAULE – KAŻ TA’ MEWT TA’ ANZJANI
12874. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12558, 12279 u 11829 u jgħid jekk kenitx infetħet investigazzjoni dwar rapport li kien deher f'gazzetta lokali f'Settembru 2008 dwar anzjana ta' 81 sena li mietet f'San Vincenz de Paule u li tpoġġiet fil-kamra mortwarja tal-istess sptar fuq mejda tal-injam, b'rasha sserraħ fuq landa tat-tip li jintużaw biex fihom jinżamm l-ilma jew xi tip ta' likwidu ieħor bħal diesel? Jekk infetħet din l-investigazzjoni, x'irriżulta u x'passi ttieħdu?
ONOR. JOHN DALLI: Informat li fil-każ konċernat kienet infetħet investigazzjoni interna li wasslet għall-passi dixxiplinari kontra l-impjegati.
Informat ukoll li l-Bord ta' Dixxiplina kien sab li l-akkużat bħala ħati ta' negliġenza gravi waqt il-qadi ta' dmiru u mġiba arroganti lejn il-pubbliku. L-impjegat kien ġie sospiż għat-tlett ijiem fuq nofs paga.

XOGĦLIJIET FUQ TOROQ
12875. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12557, 12275, 11925 u 11461 u jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar relatat ma' -
a) Triq Valletta fiż-Żurrieq;
b) Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f'Ħal-Luqa;
ċ) Parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq;
d) Underpass minn Triq Diċembru 13 sa ħdejn il-Waterfront tal-Belt;
e) Triq mill-għolja tal-Għadira saċ-Ċirkewwa; u
f) It-tkomplija ta' Triq Mġarr minn ħdejn il-heliport sar-Rabat, f'Għawdex?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
AIR MALTA – INGAĠĠ TA’ PERSUNI MINGĦAJR IL-KWALIFIKI RIKJESTI
12876. L-ONOR. JOSÈ HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega u jiġġustifika kif persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġiet ingaġġata mal-Air Malta meta ma kellhiex il-kwalifiki rikjesti fil-call for applications?
Jiftakar il-Ministru li l-kandidat magħżul kellu jkollu almenu sentejn prattika ta’ avukat mentri l-persuna magħżula kien għad għandha warrant biss għal għaxar xhur?
Jista' jispjega kif għad li l-persuna ndikata rriżenjat mill-kariga tagħha u peress li ma sabitx impjieg fis-settur privat reġgħet ġiet ingaġġata mal-Air Malta ftit ġimgħat wara u ċioe f’nofs Ġunju tal-2008?
Jaf il-Ministru li dan sar għad li kienet diġà ħarġet call for applications?
Kif jiġġustifika li meta l-persuna reġgħet ġiet ingaġġata mal-Air Malta reġgħet ġiet reinstated fil-grad li kellha bir-related benefits kollha?
Jaf li b’abbuż serju saru dikjarazzjonijiet foloz mid-diriġenti tal-Air Malta fuq dokumenti tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u dan sabiex ir-rizenja effettiva tal-persuna ndikata tneħħew mir-records tal-korporazzjoni?
ONOR. JOHN DALLI: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

ĦAMRUN – RAMPA FI TRIQ MIGGIANI
12877. L-ONOR. JOSÉ HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jaf il-Ministru li r-rampa li kienet saret xi snin ilu fi Triq Miggiani il-Ħamrun in-naħa ta’ fuq tat-triq tmermret għal kollox?

Jaf li din ir-rampa kienet saret minħabba l-preżenza ta’ erba' tarġiet u sabiex tiffaċilita l-bżonnijiet ta’ nies bi bżonnijiet speċjali u nisa li jkollom jgħaddu bil-pushchairs?


Jaf li minħabba dan kollu hemm min qed isofri preġudizzju kbir għax ma jistax joħrog mid-dar? Jidhirlu li għandu jintervjeni f’din il-kwistjoni?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.



Yüklə 478,46 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin