Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 453,03 Kb.
səhifə1/7
tarix30.01.2018
ölçüsü453,03 Kb.
#41474
  1   2   3   4   5   6   7

MALTA

DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Uffiċjali u Rivedut)

IL-ĦDAX-IL PARLAMENT

Seduta Nru. 255
L-Erbgħa, 14 ta’ Lulju, 2010

Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan

Kamra tad-Deputati

MALTA

Prezz €2.50


IL-ĦDAX-IL PARLAMENT


Seduta Nru. 255

L-Erbgħa, 14 ta’ Lulju, 2010

Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament,

il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.02 a.m.

Talba

Seduta Nru. 255

L-Erbgħa, 14 ta’ Lulju, 2010

WERREJ

MINUTI 192

KUMTATI PERMANENTI 192

RULING 192

RULING 193

MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 194

TQEGĦID TA’ KARTI 201

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 202

ABBOZZ TA’ LIĠI DWAR PARTEĊIPAZZJONI U GARANZIJI TAĦT IL-FAĊILITÀ 202

GĦALL-ISTABBILTÀ FINANZJARJA EWROPEA 202

PARTICIPATION AND GUARANTEES UNDER THE EUROPEAN FINANCIAL STABILITY FACILITY BILL 202

ABBOZZ TA’ LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA U BIEX JIMPLIMENTA D-DIRETTIVA 2008/118/KE 223

EXCISE DUTY (AMENDMENT) BILL AND TO IMPLEMENT COUNCIL DIRECTIVE 2008/118/KE 223

AĠĠORNAMENT 224

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 229


MINUTI



Il-Minuti tas-Seduta Nru. 254 li saret fit-13 ta’ Lulju 2010 ġew ikkonfermati.

KUMTATI PERMANENTI



MR SPEAKER (Onor. Michael Frendo): Nippreżenta l-Minuti konfermati tal-laqgħat minn numri 20 sa 24 tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li nżammu bejn it-2 ta’ Marzu u l-5 ta’ Mejju 2010.

RULING



MR SPEAKER: Fis-Seduta Nru. 218 tal-10 ta' Mejju 2010 l-Onorevoli Justyne Caruana talbet lis-Sedja ruling dwar għaliex min-naħa tal-Iskrivan tal-Kamra ma reġgħetx sejħitilha għar-rigward tal-vot tagħha bħalma ġara f'każijiet oħrajn fejn reġgħu ssejħu l-ismijiet; min huma l-Membri li la nstemgħu jgħidu “iva” u lanqas “le”; u għaliex issemmiet hija u ma ssemmiex ħaddieħor u allura, fi kliem l-Onorevoli Membru, kien hemm diskriminazzjoni fil-konfront tagħha.
Għar-rigward tal-ewwel punt, is-Sedja tagħmel riferenza għall-minuti tas-Seduta Nru. 217 tas-6 ta’ Mejju 2010 għar-rigward ta’ dak li ġara fil-Kamra fl-istess seduta u għar-rikollezzjoni preċiża tagħha dwar l-andament tal-vot fl-istess Seduta.

Huwa fatt li l-Iskrivan tal-Kamra ma waqfitx meta sejħet isem l-Onorevoli Membru u ma reġgħetx staqsietha l-vot tagħha bħalma ġara ma' xi membri oħrajn. Is-Sedja infurmata mill-Iskrivan tal-Kamra li f'dak l-istadju l-Iskrivan tal-Kamra ma kenitx ikkonstatat lill-Onorevoli Caruana bħala li kienet ivvutat differenti mill-bqija tal-Membri fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni. Dak li ġara sussegwentement huwa korrettament rappurtat fil-minuti tal-istess seduta.


Għar-rigward tat-tieni punt, fl-istadju tal-votazzjoni, kif hemm indikat fl-istess minuti, is-Sedja ġiet infurmata li waqt il-votazzjoni kien hemm membri li l-vot tagħhom ma kienx ċar. Mir-recording is-Sedja ma setgħetx tikkonstata dan il-punt b'mod speċifiku persuna b'persuna għaliex ir-recording kif ittieħed skont il-proċeduri segwiti għal diversi snin, ma ppermettilhiex li tagħmel dan.
Għar-rigward tat-tielet punt, l-allegazzjoni li nġiebet għall-attenzjoni tas-Sedja kienet dwar kif ġie mogħti l-vot speċifikament tal-Onorevoli Caruana u ġenerikament ta’ membri oħra li la nstemgħu jgħidu “iva” u lanqas “le”. Kien ċar li l-Onorevoli Mario Galea kien ivvota “Yes” għall-mozzjoni, u s-Sedja, skont il-prassi sal-lum, ma tatx possibilità lill-Onorevoli Galea li jibdel il-vot tiegħu minkejja li dan intalab mill-Onorevoli Tonio Borg fis-sottomissjoni tiegħu fuq punt ta’ ordni.
Is-Sedja bl-ebda mod ma riedet tagħmel jew tħossha li għamlet xi diskriminazzjoni mal-Onorevoli Membu però s-Sedja kellha bilfors tieħu nota ta’ dak li kien qed jiġi allegat.
Hija materja serjament preokkupanti u ta’ dispjaċir għas-Sedja li bis-sistema kif operata fil-vot in kwestjoni, ma setgħetx tikkonkludi kjarament dakinhar kif kienet ivvutat speċifikament l-Onorevoli Caruana u ġenerikament kif ivvota kull Membru.
Minkejja li dakinhar intużat l-istess sistema li ntużat kull darba li kien hemm ftehim fil-Kamra biex il-vot jiġi individwalment dikjarat bil-fomm, huwa però ta’ inkwiet għas-Sedja li jidher li b'din is-sistema jistgħu jinqalgħu sitwazzjonijiet fejn ikun hemm ekwivoċi dwar kif ikun ingħata l-vot, liema ekwivoċi ma jkunux jistgħu jiġu kjarifikati b’ċertezza sħiħa u immedjata.
Is-Sedja, fl-impenn tagħha li tagħmel minn kollox fis-setgħa tagħha biex affarijiet bħal dawn ma jerġgħux jiġru fil-Parlament Malti, terġa’ tagħmel l-appell, li s’issa baqa’ bla eżitu, li immedjatament f’dan il-Parlament tidħol sistema ta’ votazzjoni elettronika bħalma jeżisti f’tant Parlamenti oħrajn, li tiffaċilita l-preċiżjoni fil-votazzjoni.
Inoltre, huwa imperattiv, importantissimu u urġenti li ż-żewġ naħat tal-Kamra jilħqu ftehim dwar (a) kif għandu jiġi kjarifikat dubju dwar kif sar vot; u (b) kif għandha tiġi regolata sitwazzjoni fejn membru jagħmel żball ġenwin.
Fin-nuqqas ta’ ftehim fuq sistema elettronika ta’ votazzjoni li, fil-fehma tas-Sedja hija l-aħjar mezz biex nimxu ‘l quddiem għall-fini ta’ ċertezza, iż-żewġ naħat tal-Kamra jridu wkoll b’urġenza jiftehmu kif għandu jittieħed vot dikjarat li allura ma jkunx skont in-norma konswetudinali tal-votazzjonijiet f’din il-Kamra fejn il-votazzjoni tittieħed billi jissejħu l-ismijiet tal-Membri tal-Kamra u l-vot tagħhom jiġi rikordjat skont f’liema naħa tal-Kamra jkunu bil-qiegħda sakemm xi membru ma jindikax mod ieħor.
Is-Sedja tagħmel appell imqanqal liż-żewġ naħat tal-Kamra biex minnufih jirriflettu flimkien kif l-aħjar jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet fuq indikati u dan fl-aħjar interess tal-ħidma parlamentari.


Yüklə 453,03 Kb.

Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4   5   6   7




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin