Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 453,03 Kb.
səhifə2/7
tarix30.01.2018
ölçüsü453,03 Kb.
#41474
1   2   3   4   5   6   7

RULING



MR SPEAKER: Issa se ngħaddi biex nagħti d-deċiżjoni tas-Sedja fir-rigward ta’ Ksur ta’ Privileġġ imressaq mill-Onor. David Agius fis-seduta 221 tas-17 ta’ Mejju, 2010 kontra l-gazzetta “L-Orizzont”, il-gazzetta “Illum” u s-Sur Christopher Cutajar. Ir-ruling jgħid hekk:
Fis-Seduta Nru. 221 tas-17 ta’ Mejju 2010 l-Onorevoli David Agius ressaq ksur ta’ privileġġ kontra l-gazzetta “L-Orizzont”, il-gazzetta “Illum” u s-Sur Christopher Cutajar b’riferenza ġenerika għall-Ordni Permanenti 161, u għall-Ordinanza dwar il-Privileġġi u Setgħat tal-Kamra tad-Deputati Kap 113.
Huwa kien qed jirreferi għal artikolu fil-gazzetta “L-Orizzont” tas-Sibt, 15 ta’ Mejju, 2010 f’paġna 15, intestat f’isem “Christopher Cutajar – Santa Luċija” u li jġib it-titolu “Veru kien ‘lapsus’?” u għal artikolu fil-gazzetta “illum” tal-Ħadd, 16 ta’ Mejju, 2010 f’paġna 11, intestat f’isem “Christopher Cutajar – Santa Luċija” u li jġib it-titolu “Veru kien ‘lapsus’?”.
Is-Sedja rat is-siltiet li semma l-Onorevoli Agius u qrat l-ittri sħaħ miktuba mis-Sur Cutajar biex tara l-isfond kollu li fih trid tiġi interpretata s-silta kif mitlub ukoll mill-Onorevoli Agius fis-sottomissjoni tiegħu.
Is-Sedja tikkonstata li din it-talba għal dikjarazzjoni ta’ ksur ta’ privileġġ prima facie tqajjem fil-ħin u li kien konformi mal-Ordni Permanenti 36 li tgħid li "Mozzjoni dwar kwistjoni ta’ privileġġ li ma tkunx inqalgħet waqt is-seduta tal-Kamra għandha ssir mal-ewwel opportunità u tista’ ssir qabel il-bidu ta' xogħol pubbliku".
Is-Sedja tagħmel ukoll riferenza għal dak li jikkostitwixxi ksur prima facie ta’ privileġġ u in partikolari l-kliem tal-istess Ordinanza li jgħid hekk:
"L-espressjoni prima facie tfisser li ilment li jkun sar ikun jallega ksur ta’ xi regola stabbilita b’din l-Ordinanza jew fl-iStanding Orders tal-Kamra tad-Deputati jew ta’ xi rizoluzzjoni approvata mill-Kamra tad-Deputati dwar attijiet imsemmija fis-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu, u ma għandha f'ebda każ tkun tfisser jew timplika xi stqarrija ta' ħtija jew ta’ innoċenza."
Is-Sedja terġa’ tfakkar li l-imperattiv tal-libertà ta’ espressjoni fil-qafas tad-demokrazija kostituzzjonali tagħna jeżiġi attenzjoni partikolari fl-użu tal-privileġġ parlamentari u tal-ksur tiegħu anke prima facie.
Is-Sedja hija tal-fehma li s-siltiet indikati fl-ittri msemmija mill-Onorevoli Agius jaqgħu fil-qafas ta’ kumment politiku u ta’ espressjoni ħielsa tal-kittieb u ta’ min ippublikahom, u li l-kummenti li fihom - li inoltre ma jagħmlu l-ebda riferenza speċifika għall-Onorevoli Agius - huma ta’ natura ġenerika u jibqgħu fl-ambitu ta’ opinjoni.
Għaldaqstant, salv u fermi d-drittijiet li talvolta jista’ jkollu l-Onor. David Agius taħt l-Att dwar l-Istampa (Kap. 248) jew taħt xi liġi oħra, is-Sedja tiddeċiedi li m’hemmx każ ta' prima facie ksur ta’ privileġġ.

MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI



KUNSILLI LOKALI – TALBIET GĦALL-ĦLAS TA’ ĦSARAT FIL-VETTURI
16382. L-ONOR. NOEL FARRUGIA (f’isem l-Onor. Chris Agius) staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-ħlas ta’ danni lill-kunsilli lokali minn persuni li ġratilhom ħsara fil-karozza tagħhom matul is-snin 2003 - 2010?
Jista’ jgħid liema kienu l-kunsilli lokali li ġew mitluba jħallsu d-danni?
Kemm kien l-ammont tal-ħlasijiet, sena b’sena kunsill b’kunsill?
Kemm mit-talbiet ġew milqugħa u kemm ġew rifjutati sena b’sena kunsill b’kunsill?
X'kienu r-raġunijiet wara kull rifjut?
ONOR. CHRIS SAID (f’isem il-Prim Ministru): B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16382 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - XIRI TA' MOBILE PHONES/IPHONES
16516. L-ONOR. NOEL FARRUGIA (f’isem l-Onor. Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum?
Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz?
Min awtorizza dan ix-xiri?
CHRIS SAID (f’isem il-Prim Ministru): Nirreferi lill-Onor. Interpellant l-informazzjoni mitluba dwar Mobile Phones/I-Phones għall-perjodu minn Jannar 2008 sa April 2010 fit-tabella ta’ hawn taħt:





Lil min inxtara Mobile Phone/

I-Phone


Prezz



Min awtorizza x-xiri

Uffiċċju tal-Prim Ministru










Segretarjat tal-Prim Ministru

Segretarju Privat

190

Direttur għas-Servizzi Korporattivi




Uffiċjal inkarigat mis-sigurtà tal-Prim Ministru

180

Direttur għas-Servizzi Korporattivi

Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju tas-Segretarju Parlamentari

186

Direttur għas-Servizzi Korporattivi






Lil min inxtara Mobile Phone/

I-Phone


Prezz



Min awtorizza x-xiri

Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura

Segretarju Parlamentari

445

Chief Information Officer




Kap tas-Segretarjat

435

Segretarju Permanenti (Informazzjoni, Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli)




Użu Ġenerali

54

Kap tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura

Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika

Segretarju Parlamentari

539

Chief Information Officer




Kap tas-Segretarjat

186

Direttur għas-Servizzi Korporattivi




Segretarju Privat

186

Direttur għas-Servizzi Korporattivi

Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjoni

Direttur Ġenerali

186

Direttur għas-Servizzi Korporattivi

Direttorat tad-Difiża

Direttur

186

Direttur Ġenerali (Operations)






Lil min inxtara Mobile Phone/

I-Phone


Prezz



Min awtorizza x-xiri

Awtorità tax-Xandir

Assistent tal-Uffiċċju

45

Direttur, Finanzi




Officer i/c Minor Staff

89

Kap Eżekuttiv






Segretarju tal-Bord

186

Direttur, Finanzi




Kap Eżekuttiv

75

Kap Eżekuttiv




Assistent tal-Uffiċċju

52

Direttur, Finanzi

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali

Użu ġenerali tal-ħaddiema tas-Sovrintendenza meta jkun xogħol barra

80

Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali




Deputat tas-Sovrintendenza

80

Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali

Heritage Malta

Kap Eżekuttiv

324

Kap tal-Finanzi

Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi u Teatru Manoel

Kap Eżekuttiv

423

Chairman







Lil min inxtara Mobile Phone/

I-Phone


Prezz



Min awtorizza x-xiri

Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

IT Team

566

Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA




Ex-Chairman

708

Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA




Gozo Team

45

Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA




Development Services Enforcement Supervisor

45

Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA




Minerals Team

45

Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA




Uffiċjal Prinċipal (Sanitary)

45

Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA




Uffiċjal Anzjan għall-Infurzar

42

Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA




Użu Ġenerali

42

Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA




Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA

279

Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA




Direttur tal-Ippjanar

50

Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA





Lil min inxtara Mobile Phone/

I-Phone


Prezz



Min awtorizza x-xiri

Malta-EU Steering & Action Committee

Kap

435

Segretarju Permanenti (Informazzjoni, Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli)

Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku

Chairman tal-Kummissjoni

165

Segretarju tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku

Forzi Armati ta’ Malta

Mezz ta’ Komunikazzjoni għall-Uffiċjali li ħadmu bħala osservaturi fl-EU Observer Mission in Georgia

Żewġ mobile phones €240 l-wieħed

Direttur tad-Difiża




Mezz ta’ Komunikazzjoni għall-Uffiċjali li jagħmlu xogħol ta’ sigurtà fil-Forti Sant Iermu l-Belt Valletta

Żewġ mobile phones €35 l-wieħed

Reġiment’s Quartermaster

Dipartiment tat-Turiżmu

Direttur

160

Direttur għas-Servizzi Korporattivi






Kap tat-Taqsima, Oil Pollution Response Module

114

Direttur tat-Turiżmu









Lil min inxtara Mobile Phone/I-Phone

Prezz



Min awtorizza x-xiri

Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi

Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi

315

Segretarju Permanenti



UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - HEAD OFFICES TA’ ENTITAJIET
16725. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn qed jintuża bħala head office ta’ kull korporazzjoni u awtorità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Kif ġie akkwistat il-post u x’jitħallas għall-użu tiegħu?
ONOR. MARIO DE MARCO (f’isem il-Prim Ministru): L-informazzjoni mitluba dwar il-head offices tal-Awtoritajiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hi kif tidher fit-tabella ta’ hawn taħt:






Post fejn qed jintuża bħala Head Office

Kif ġie akkwistat

X’jitħallas għal użu tiegħu

Awtorità ta’ Malta’ dwar l-iStandards

Tieni u Tielet Sulari fil-Binja Evans, Triq il-Merkanti, Valletta

Dan is-sit għadda b’kera lill-Awtorità bl-approvazzjoni tat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern fi ħdan id-Dipartiment tal-Artijiet

€44,248 kera fis-sena

Awtorità tax-Xandir

7, Triq Mile End, Ħamrun

L-Awtorità kienet xtrat l-art u bniet fuqha

Ma jsir l-ebda ħlas għal dawn l-uffiċini

Awtorità dwar il-Mediċini

203, Level 3, Rue d’Argens, Gżira

Mikri mingħand Mizzi Estates

€124,249 kera fis-sena

Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta

Parti mill-Berġa tal-Italja, Triq il-Merkanti, Valletta

Il-bini jintuża wkoll mid-Dipartiment tat-Turiżmu

Ma jsir l-ebda ħlas mill-Awtorità iżda d-Dipartiment tat-Turiżmu jħallas il-kera tal-binja kollha

Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

St. Francis Ravelin, Floriana

Mikrija mingħand id-Dipartiment għall-Artijiet

39,599 kera fis-sena




Hexagon House, Blata l-Bajda

Inxtrat bħala utile dominum mingħand l-HSBC Bank Malta li jiskadi fis-sena 2091

€10,506 ċens fis-sena lid-Dipartiment tal-Artijiet

Nixtieq ninfurmah ukoll li fil-preżent m’hemmx korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru.



MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT - XIRI TA' MOBILE PHONES/IPHONES
17161. L-ONOR. NOEL FARRUGIA (f’isem l-Onor. Charles Mangion) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16921 u 16519 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
ONOR. MARIO DE MARCO (f’isem lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment): Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16519.

MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT - XIRI TA' MOBILE PHONES/IPHONES
17349. L-ONOR. NOEL FARRUGIA (f’isem l-Onor. Charles Mangion) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17161, 16921 u 16519 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
ONOR. MARIO DE MARCO (f’isem lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment): Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16519.

AIR MALTA: CABIN CREW - IMPJEGATI TEMPORANJI
17496. L-ONOR. NOEL FARRUGIA (f’isem l-Onor. Marie Louise Coleiro Preca) staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista’ l-Ministru jgħid b’liema mod ġew magħżula u ngaġġati 18-il ħaddiem li kienu impjegati temporanji bħala cabin crew mal-Air Malta fuq bażi ta’ kuntratt indefinit? Xi kriterji ntużaw? Sar xi eżami u/jew intervista? Kemm kienu ilhom ingaġġati mal-Air Malta fuq bażi temporanja dawk magħżula, jiġifieri minn liema sena? Kemm fil-fatt l-Air Malta għandha ħaddiema impjegati fuq bażi temporanja bħala cabin crew b’kollox u li ma ġewx ingaġġati fuq l-istess bażi ta’ kuntratt indefinit? Dawk li ma ġewx magħżula, kemm ilhom jaħdmu mal-kumpanija fuq bażi temporanja, jiġifieri minn liema sena?
ONOR. MARIO DE MARCO (f’isem lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment): Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għal numru ta’ snin il-kumpanija għamlet użu minn għadd ta’ impjegati temporaniji part-time biex issaħħaħ in-numru ta’ cabin crew fix-xhur fejn jiżdied l-operat. Infatti il-kumpanija għandha grupp ta’ impjegati temporaniji part-time li tagħmel użu minnhom biss meta jkun hemm bżonn. Dawn l-impjegati huma mħallsa fuq bażi pro-rata skont il-bżonn. Fi ftit xhur, dan il-grupp se jiġi rinforzat u se jinkludi madwar 200 persuna.

Fix-xitwa, il-kumpanija kellha bżonn numru ta’ impjegati part-time temporanji u għalhekk żammet 18-il part-timer. B’nuqqas amministrattiv il-kuntratti ma ġewx mġedda għal perjodu ieħor definitiv fil-perjodu ta’ 12-il ġurnata hekk kif stipulat mill-liġi. Għalhekk minħabba n-natura tal-liġi, il-kuntratt definit ta’ dawn l-impjegati kellu jiġi mibdul f’wieħed indefinit dejjem fuq bażi part-time.


L-ebda wieħed minn dawn it-18-il cabin crew ma ilu jaħdem għall-perjodu kontinwu definit ta’ impjieg ta’ 4 snin hekk kif stabbilit mil-liġi. Is-sena meta l-impjegati bdew jagħtu s-servizz tagħhom ad hoc lill-Air Malta ivarja skont l-impjegati varji.
Apparti dawn it-18-il cabin crew part-time, il-kumpanija bħalissa għandha 41 cabin crew ieħor impjegati fuq kuntratt definit. Il-part-time cabin crew kollha ma jagħmlux parti mill-grupp ta’ impjegati permanenti full-time iżda huma jipprovdu s-servizzi tagħhom fuq bażi ad hoc.

ENEMALTA: AD HOC COMMITTEE - EXECUTIVE RAPPORTEUR
17568. L-ONOR. NOEL FARRUGIA (f’isem l-Onor. Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament għadux iservi bħala executive rapporteur fuq l-ad hoc committee tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet strutturali fil-ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku kif ukoll dwar l-identifikar ta’ loading shedding problems bejn iż-żewġ power stations eżistenti?
ONOR. MARIO DE MARCO (f’isem lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment): Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18857.

AIR MALTA - KAŻ TAL-CABIN CREW
18157. L-ONOR. NOEL FARRUGIA (f’isem l-Onor. Marie Louise Coleiro Preca) staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17614 u jgħid:
a) kif filwaqt li fl-Air Malta qed jingħad li l-ingaġġ ta’ 18-il persuna li kienu jaħdmu fuq bażi temporanja bħala cabin crew u issa ġew ingaġġati b’kuntratt indefinit, kien żball amministrattiv, kif il-UĦM permezz ta’ press release bid-data tat-18 ta’ Mejju 2010 bit-titolu 'Ftehim bejn l-UĦM u l-Air Malta dwar Ħaddiema fis-Sezzjoni tal-Cabin Crew', qed jiġi mistqarr pubblikament li: 'F'dawn iċ-ċirkostanzi t-Taqsima għamlet diversi rappreżentazzjonijiet mal-management tal-Air Malta kif ukoll talbet lid-Direttur fid-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, it-tabib li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, biex jintervjeni dwar din is-sitwazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema';
b) min qed jgħid il-verità, dak li qed jintqal mill-management tal-Air Malta jew dak li ppubblikat il-UĦM;
ċ) kif l-Air Malta ddiskutiet il-każ tal-cabin crew mal-UĦM u mhux mal-Union of Cabin Crew li hija l-union leġittima li tirrappreżenta lil din is-sezzjoni ta’ ħaddiema fl-Air Malta?
ONOR. MARIO DE MARCO (f’isem lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment): Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17614.

ENEMALTA - RETAINER FEES TAL-MIMCOL
18171. L-ONOR. NOEL FARRUGIA (f’isem l-Onor. Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu jirrappreżentaw ir-retainer fees tal-MIMCOL ta’ €46,587 in konnessjoni ma’ finance and management tal-Korporazzjoni Enemalta skont mistoqsija parlamentari 17703?
ONOR. MARIO DE MARCO (f’isem lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment): Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18770.

WHITE ROCKS PORJECT – AREA FL-OUTSIDE DEVELOPEMENT ZONE
18373. L-ONOR. NOEL FARRUGIA (f’isem l-Onor. Stefan Buontempo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-area li hija fl-outside developement zone fil-proġett tal-White Rocks and Leisure Village?
ONOR. MARIO DEMARCO (f’isem il-Prim Ministru): Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit oriġinali tal-White Rocks kien suġġett għal development brief li ġie approvat fl-1995 u huwa kopert b’permess PA 810/01.
Is-sit tal-proġett White Rocks and Leisure Village ikopri medda ta’ 221,174 sqm.
MR SPEAKER: Grazzi. L-Onor. Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.
ONOR. NOEL FARRUGIA: Sur President, b’riferenza għad-development tal-brief, jista’ s-Segretarju Parlamentari jiggwidana ftit x’kienet ir-raġuni li fuq sit ta’ din ix-xorta se nerġgħu nibnu numru ta’ appartamenti minflok ma mmorru għal xi ħaġa innovattiva u nisfruttaw il-kosta tagħna b’affarijiet li tabilħaqq jistgħu jattiraw nies li huma aktar iffukati fuq affarijiet innovattivi għal dak li jirrigwarda r-real estate?
MR SPEAKER: Grazzi. Is-Segretarju Parlamentari, Mario de Marco.
ONOR. MARIO DE MARCO: Napprezza li kieku l-Onor. Farrugia jispjega ruħu daqsxejn aħjar u b’mod aktar speċifiku.
ONOR. NOEL FARRUGIA: Jien qed ngħid, fid-development brief li nħareġ, bil-għan li jiġu sottomessi l-pjanijiet għal dan is-sit, x’kienu r-raġunijiet li l-gvern ma marx għal xi ħaġa innovattiva f’dak li huwa r-real estate biex ma nkomplux nibnu blokok tal-konkos biss? Kif nafu fir-real estate internazzjonali dawn l-affarijiet innovattivi jeżistu. Ma jeżistux fil-blokok ta’ appartamenti li nibnu aħna. Hawn nies kompetenti f’dan il-pajjiż li huma awtorevoli biżżejjed u għandhom il-kapaċità li jippjanaw affarijiet ta’ din ix-xorta flimkien ma’ konsorzji oħra. Naturalment dawn it-tip ta’ binjiet ikunu jistgħu jattiraw nies li tabilħaqq għandhom is-saħħa f’dak li huwa investiment fir-real estate.

ONOR. MARIO DE MARCO: Li xtaqt nosserva huwa li dan id-development brief kien ħareġ kważi 15-il sena ilu u naturalment illum il-ġurnata l-affarijiet inbidlu, bħalma nbidlu l-metodu u t-teknoloġija ta’ kif jinbnew il-postijiet. Imma llum hemm ħafna aktar awareness sabiex anke l-carbon footprint tal-binjiet ikun kemm jista’ jkun negliġibbli, jekk mhux żero wkoll. U nista’ ngħid li jien naqbel mal-Onor. Farrugia li l-binjiet tal-futur għandhom jagħmlu qabża ta’ kwalità, fis-sens li dawn ikunu binjiet aktar sensittivi għall-ambjent. Anzi mhux biss sensittivi bħala estetika - għax mod tibni blokk appartamenti fil-qalba ta’ Tas-Sliema u mod tibni blokk ta’ appartamenti ġo area sensittiva – għax illum il-ġurnata għandek ukoll teknoloġija ġdida li tgħin f’dak li għandu x’jaqsam mal-konsum tal-enerġija, għandek il-mod ta’ kif jinbnew il-ħitan, il-mod ta’ kif isiru s-soqfa u l-mod ta’ kif tiġi ġġenerata l-enerġija f’dawn il-binjiet. Iva naħseb li dawn huma kollha affarijiet li rridu nikkonsidraw flimkien mal-periti tagħna. Illum isiru ċerti energy audits li huma obbligatorji u li naħseb huma l-mod ta’ kif irridu mmexxu ‘l quddiem il-kostruzzjoni tagħna.
ONOR. NOEL FARRUGIA: Xtaqt nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari x’inhi r-raġuni li qed nimxu fuq development brief li ġie ppreparat 15-il sena ilu. Biex inħaffu fil-proġett? Jew kien hemm raġunijiet oħra?  
MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.
ONOR. MARIO DE MARCO: Naħseb li hawnhekk wieħed japprezza li l-mistoqsija li saret ma kenitx relatata mad-development brief per se, u allura jkolli nistqarr li qed nitkellem fuq xi ħaġa li ma kontx responsabbli għaliha jien, fil-fatt lanqas biss kont membru parlamentari dik il-ħabta. It-tieni nett il-mistoqsija tal-lum lanqas hi fuq id-development brief u allura qed nitkellem fuq assunzjoni mhux neċessarjament informazzjoni. Madankollu nassumi li d-development brief ta’ dak iż-żmien kien ibbażat fuq kunċett li kien miexi fuqu dak iż-żmien il-gvern, jiġifieri li hemmhekk isir villaġġ turistiku. Naturalment jekk issir mistoqsija bil-miktub inkun nista’ nagħti risposta aħjar.
MR SPEAKER: Grazzi. Is-Sedja tixtieq tiġbed l-attenzjoni li fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari huwa permess li jsiru mistoqsijiet supplimentari sabiex tintalab spjegazzjoni aħjar tar-risposta li tkun ingħatat u f’dan il-każ id-development brief qiegħed fir-risposta. U kien għalhekk li s-Sedja aċċettat dik it-tip ta’ mistoqsija.
L-Onor. Gino Cauchi, mistoqsija supplimentari.
ONOR. GINO CAUCHI: Sur President, f’dan il-proġett min hu involut? Min minn se jitmexxa? Mis-segretarjat tat-turiżmu li jaqa’ taħt il-Prim Ministru u li l-Onor. de Marco huwa responsabbli minnu, jew mill-ministeru tal-edukazzjoni li taħtu jaqa’ l-isport? Min se jieħu ħsieb u min se jkun responsabbli? Qiegħed nistaqsi dan għax filli nisimgħu li dan huwa proġett sportiv, filli nisimgħu li dan huwa proġett turistiku u kulħadd jiġbed il-linja tiegħu u kulħadd maqbud f’dan it-taħwid kollu. Tista’ tiċċaralna daqsxejn il-pożizzjoni tal-gvern fuq dan il-famuż proġett u tgħidilna min se jkun responsabbli minn xiex?
MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.
ONOR. MARIO DE MARCO: Il-proġett preżentement qed jitmexxa taħt id-dekasteru tal-ministeru tal-edukazzjoni li taħtu jaqa’ l-isport imma m’għandix dubju li l-faċilitajiet sportivi jistgħu jintużaw ukoll għal dak li għandu x’jaqsam mat-turiżmu sportiv.  Niftakar li s-sena l-oħra jien u l-Onor. Clyde Puli konna għamilna skema - li erġajna rrepetejnieha din is-sena – li permezz tagħha inċentivajna l-organizzazzjonijiet sportivi sabiex iġibu attivitajiet sportivi internazzjonali u konferenzi sportivi f’pajjiżna. Permezz ta’ din l-iskema konna tajna, ta’ kull bed night iġġenerat minn dawn l-entitajiet sportivi, €3 għal kull individwu jekk din l-attività ssir fil-peak months u €5 għal kull individwu jekk issir fix-shoulder months fejn hemmhekk ma tantx ikollok turisti. Jekk attività bħal din kienet tkun se ssir f’Għawdex konna tajna €5 jekk issir fis-sajf u €7 jekk issir fix-shoulder months.
Nirrikonoxxu wkoll li hemm effett sekondarju relatat mat-turiżmu, imma l-proġett qiegħed jitmexxa taħt id-dekasteru tal-ministeru tal-edukazzjoni. Ovvjament fl-aħħar mill-aħħar dan huwa proġett nazzjonali u hemm ukoll l-involviment tal-ministeru tal-finanzi biex jitmexxa ‘l quddiem dan il-proġett li huwa wkoll wieħed internazzjonali.
MR SPEAKER: L-Onor. Cauchi.
ONOR. GINO CAUCHI: F’dan l-istadju tista’ tgħidilna jekk dan il-proġett huwiex se jkun jinkludi fih żvilupp li huwa relatat direttament mal-qasam turistiku? Hemm xi lukanda inkorporata fih dan il-proġett?
MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.
ONOR. MARIO DE MARCO: Iva, mill-informazzjoni li għandi hemm lukanda kkontemplata f’dan il-proġett.
MR SPEAKER: Grazzi. L-Onor. Farrugia.
ONOR. NOEL FARRUGIA: Sur President, meta qed ngħidu li se jinbena kumpless sportiv, dan ifisser li se jkun hemm il-ħtieġa ta’ xi golf course biex tkompli tattira turisti f’pajjiżna? Jien nemmen li fiż-żmien li ġej irridu naraw kif se noħolqu ambjent fejn it-turisti jsibu aktar spazju fejn jieħdu pjaċir. L-idea li f’din iż-żona tista’ tiżviluppa golf course, kif kien propost minn xi investituri dan l-aħħar, twarrbet minħabba li aktar jagħmel sens li tiżviluppa sports complex, jew inkella din ma ġietx ikkonsidrata?  
MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.
ONOR. MARIO DE MARCO: Ovvjament hawnhekk qed immorru oltre mill-kwestjoni tad-development brief, però ma jimpurtax. Filwaqt li l-White Rocks kienet waħda mis-siti identifikati fl-eżerċizzju li kien sar numru ta’ snin ilu - jekk m’iniex sejjer żball kważi għaxar snin ilu - bħala li għandha potenzjal għall-golf course, din kellha wkoll il-limitazzjonijiet tagħha. Fil-fatt kellek it-triq prinċipali li kienet qed tagħmilha ta’ fruntiera għall-golf course, u milli niftakar, mill-istudju li kien sar, l-area taħt it-triq ma kenitx kbira biżżejjed sabiex issir golf course tad-daqs meħtieġ. Allura l-area ta’ hemmhekk kienet se tkun żgħira wisq biex ikollok golf course rikonoxxuta internazzjonalment.  Allura biex ikollok golf course ta’ dan it-tip kien jeħtieġ li tieħu art oħra ‘l fuq mit-triq u kien ikollok tbiddel il-korsa tat-triq, xi ħaġa li żgur kienet se tkun problematika. 
Bħalissa qegħdin naraw ukoll kif il-golf course tal-Marsa tista’ tiġi estiża peress li diġà għandna golf course eżistenti u għandna wkoll area madwar il-Marsa li forsi tista’ tiġi inkluża mal-golf course eżistenti ħalli jkollna golf course sħiħa ta’ livell internazzjonali. Il-problema tat-turiżmu relatat mal-golf hija li kulħadd jgħidlek li biex ikollok turiżmu għall-golf irid ikollok minn tal-inqas tliet golf courses għax ġeneralment it-turisti li jduru l-pajjiżi u jagħmlulek ġimgħa jilagħbu l-golf jieħdu gost li fil-vaganza tagħhom iduru l-golf courses.
Wieħed mill-pajjiżi fejn l-aktar li jintuża l-golf biex jattiraw t-turisti huwa l-Portugall, in-naħa tal-Algarve, fejn hemmhekk għandek kwantità sħiħa ta’ golf courses differenti. Ovvjament pajjiżna, minħabba ċ-ċokon tiegħu u s-sensittività tal-kampanja tagħna mhux la kemm taqbad tgħid ejja ħa nagħmlu golf course fil-kampanja. U dan għaliex sa ċertu punt biex tagħmel golf course irid ikollok kampanja ċatta u din hija xi ħaġa aljena għalina minħabba kif inhi l-kampanja tagħna, bl-għelieqi li huma terraced bil-ħitan tas-sejjieħ u affarijiet bħal dawn.
Ovvjament nafu wkoll li l-golf course jirrikjedi investiment kapitali kbir u jirrikjedi wkoll recurrent expenditure kontinwu f’ħafna ilma u affarijiet bħal dawn. Fir-realtà dawn huma l-problemi li għandhom il-golf courses.
MR SPEAKER: L-Onor. Gino Cauchi, mistoqsija supplimentari. Inżommu mal-mistoqsija jekk jogħġobkom.
ONOR. GINO CAUCHI: Min-naħa tiegħi nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet fuq żewġ affarijiet li għadek kemm semmejt fuq dan il-proġett.  Jien niftakar li waħda mir-raġunijiet għalfejn dak il-golf course ma sarx kien minħabba li l-iżvilupp kien se jkun fuq il-garigue li jieħu lejn il-lukandi tan-naħa ta’ San Ġorġ u l-MEPA dakinhar kienet qalet li l-garigue ta’ hemmhekk huwa protett u ma jistax jintmiss. Issa peress li f’dan il-proġett qegħdin nitkellmu fuq 221,000 metru kwadru u allura se jkun qiegħed jidħol ukoll fuq dak il-garigue, se jiġi kkonsidrat dan il-punt jew inkella se jitwarrab min-nofs?  
Intqal ukoll li se jinbnew numru ta’ appartamenti. Jekk m’iniex sejjer żball madwar 300 appartament. Min se jkun eleġibbli li jixtri dawn l-appartamenti? Il-Maltin jew il-barranin? Xi pjani hemm f’dan ir-rigward?
MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.
ONOR. MARIO DE MARCO: Jien m’għandix dubju li fil-konsiderazzjoni ta’ kwalunkwe applikazzjoni eventwali relatata ma’ dan il-proġett, l-istess punti ta’ sensittività li huma kkonsidrati f’kull applikazzjoni se jiġu kkonsidrati. Jiġifieri jekk il-garigue kien sensittiv dak iż-żmien, se jkun ukoll fattur li se tikkonsidra l-MEPA. U allura m’għandix dubju li fejn hemm il-garigue se jiġi kkonsidrat ukoll bħala area sensittiva.
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-kwestjoni tal-appartamenti, jekk humiex se jkunu jistgħu jinxtraw mill-Maltin jew le, ikolli nistqarr li m’iniex f’pożizzjoni li nirrispondi din il-mistoqsija. Naħseb li tapprezza l-fatt li kif spjegajt aktar qabel, din il-mistoqsija parlamentari titkellem fuq l-area ta’ żvilupp u mhux fuq id-dettall tal-proġett. Għalhekk nitolbok sabiex tagħmel mistoqsija diretta lill-ministeru li qed jindirizza u jmexxi dan il-proġett.
MR SPEAKER: Grazzi. Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda. Tqegħid ta’ Karti.


Yüklə 453,03 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin