Dibattiti tal-kamra tad-deputati


MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



Yüklə 453,03 Kb.
səhifə6/7
tarix30.01.2018
ölçüsü453,03 Kb.
#41474
1   2   3   4   5   6   7

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



DAR MALTA FI BRUSSELL - KONSULENTI U KUNTRATTURI
18671. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18321 u 17936 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konsulenti u kuntratturi li ħadmu fuq Dar Malta fi Brussell, u kemm tħallsu kull wieħed?
ONOR. TONIO FENECH: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17936.

TRASFERIMENT TA' QBIELA
18701. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jivverifika għala minkejja li l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ilu aktar minn sentejn li talab li l-qbiela tar-raba' li jaħdem hu u li hi proprjetà tal-gvern jinqaleb fuq it-tfal, sal-lum, dan it-trasferiment għadu ma sarx?
ONOR. TONIO FENECH: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19187.

BORMLA: TRIQ SAN ĠWANN – MANUTENZJONI TA' ĠNIEN
18845. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta jaħseb li se jiġi rranġat il-ġnien fl-area ta' Triq San Ġwann Bormla, quddiem il-Cospicua Rangers, wara ħafna snin ta' telqa? Ma jaħsibx li għaddew wisq snin sabiex għal sajf ieħor ir-residenti f'dik l-akwata jridu jħabbtu wiċċhom ma' dak it-tħarbit? Jista' għall-inqas jagħti data, nittama finali, ta' meta se jibda u jitlesta dan ix-xogħol li l-permessi tiegħu huma approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar, (MEPA) għadha kemm ħarġet il-permess meħtieġ fuq il-proġett fl-area msemmija fit-8 ta’ Ġunju 2010. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla kkomunika dwar il-ħruġ tal-permess mal-Project Design & Engineering Directorate fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Dan peress li l-Kunsill Lokali ta’ Bormla daħal fi ftehim dwar dan il-proġett mal-Ministeru msemmi fejn, waqt li l-kunsill lokali jieħu ħsieb il-proċess tal-ippjanar ix-xogħol se jsir mill-Project Design & Implementation Department. Dax-xogħol huwa mistenni li jinbeda hekk kif jiġu fi tmiemhom il-proġetti mibdija li bħalissa għandu l-Ministeru kkonċernat.

PASSAPORTI ĠODDA – MIŻURI TA’ SIGURTÀ
19025. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega x'miżuri qed jittieħdu biex tiġi żgurata l-privatezza tal-individwi, il-protezzjoni minn abbuzi ta' data u assigurazzjoni ta' protezzjoni ta' data mill-awtorità responsabbli mill-ħruġ ta' passaporti fid-dawl li fost id-data l-ġdida li qed tinżamm hemm il-marki tas-swaba’?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li d-data li tinġabar meta wieħed japplika għall-passaport ġdid tintuża biss għal skopijiet ta’ passaport, skont ir-Regolament tal-Unjoni Europea 2252/2004, u biex tassigura s-sigurtá fil-passaport stess. L-immaġini tal-marki tas-swaba’ li jinżammu fil-passaport jintużaw biss meta wieħed jiġbor il-passaport mill-uffiċċju tal-passaporti u meta jaqsam il-fruntieri. L-uffiċjal jitlob l-individwu biex jivverifika li l-marki tas-swaba’ li hemm fil-passaport jaqblu ma’ dawk tal-individwu. B’hekk tassigura l-identità tal-individwu. Id-data fil-passaport hija ssiġillata diġitalment u tista’ tinqara biss minn apparat awtorizzat.

L-infrastruttura hija mibnija b’sigurtà kbira biex tevita xi intrużjoni mhux awtorizzata. Is-sistema tawditja x’jiġri meta l-users awtorizzati jużaw is-sistema u żżomm audit trail ta’ dak li jkun sar minn kull user.


Id-data biometrika li tinżamm fil-passaport, kemm l-immaġini tal-wiċċ u l-marki tas-swaba’, qiegħda tinżamm ukoll fid-database però mingħajr l-ebda link mad-data personali tal-individwu. B’hekk tkun teknikament aktar diffiċli biex tistabbilixxi l-identità tal-persuna li tagħha tkun id-data biometrika.
Meta jiskadi l-passaport, il-marki tas-swaba’ jinżammu fis-sistema għal sitt xhur, u wara jitħassru awtomatikament. Dawn is-sitt xhur huma kkunsidrati bħala l-inqas perjodu possibbli li jista’ jkun hemm bżonn biex jiġu investigati xi rapporti ta’ xi abbuż tal-passaport sad-data tal-iskadenza tiegħu.

KALAXLOKK COMPANY LTD.
19037. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar mill-kumpanija Kalaxlokk Company Ltd. matul is-sena 2009? Kemm hemm persuni impjegati ma' din il-kumpanija? Kemm kien il-ħlas tagħhom matul is-sena 2009?
ONOR. TONIO FENECH: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19188.

MITA - RECRUITMENTS
19101. L-ONOR. OWEN BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għar-recruitments li saru fis-sena 2009 u 2010 mal-MITA, jista' l-Ministru jgħid:
a) liema kienu r-recruitments li saru permezz ta' external calls u liema kienu f'kull każ il-pożizzjonijiet u s-salarji;
b) liema kienu r-recruitments li saru permezz ta' internal calls u liema kienu f’kull każ il-pożizzjonijiet u s-salarji? F'kull każ x’kienu d-dipartimenti relattivi u l-kwalifiki rikjesti (occorrendo) għal dawn il-posts; u
ċ) liema kienu d-direct appointments li saru mingħajr sejħa u x'kienu l-pożizzjonijiet u s-salarji f'kull każ? F'kull każ x'kienu d-dipartimenti relattivi u l-kwalifiki rikjesti? Fuq liema kriterji nħarġu dawn il-posts?
ONOR. AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru hi kif tidher fit-tliet tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.
INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU
19123. L-ONOR. GINO CAUCHI staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f’Malta fejn bejn is-sena 2000 u llum, seħħew l-ikbar numru ta’ inċidenti tat-traffiku? Kemm kienu l-inċidenti li seħħew matul dan il-perjodu f’kull waħda minn dawn it-toroq, sena b’sena, b’mod separat? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu ta’ natura fatali? X’passi ttieħdu biex jitnaqqsu l-perikli u biex jitnaqqsu l-inċidenti f’kull waħda minn dawn l-għaxar toroq?
ONOR. AUSTIN GATT: Dwar l-ewwel tliet mistoqsijiet ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi. Dwar l-aħħar mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 15397.

REĠISTRU TAL-ARTIJIET – AĠĠORNAR TAL-PJANTI
19144. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarx żvilupp biex il-pjanti li jinxtraw mil-Land Registry ikunu aġġornati skont l-aħħar żviluppi li jkunu saru fil-bini?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li għadu kif intlaħaq ftehim bejn ir-Reġistru tal-Artijiet u l-MEPA sabiex din tal-aħħar tgħaddi l-basemap aġġornata tagħha lir-reġistru bla ħlas u mingħajr dewmien. Dan l-eżerċizzju għandu jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

ASSESSMENT TAT-TFAL – WAITING LIST
17925. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja: Tista' l-Ministru tgħid kemm hija twila l-waiting list biex tagħmel kull test li huwa meħtieġ qabel ma jiġi deċiż jekk tifel għandux bżonn facilitator jew le?
ONOR. DOLORES CRISTINA: L-assessment tat-tfal ma jsirx mill-iStatementing Moderating Panel imma minn professjonisti li jinsabu fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) jew entitajiet oħra fid-Diviżjoni tas-Saħħa. It-tfal jiġu quddiem l-iStatementing Moderating Panel wara li jkunu saru t-testijiet meħtieġa.

SKEJJEL - FACILITATORS
17926. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm facilitators jaħdmu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm kien hemm fil-waiting list għal dan is-servizz f'Mejju 2010?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Bħalissa hemm elf u mitejn u sebgħa u sebgħin (1,277) learning support assistants u Supply LSAs jaħdmu mad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Dan in-numru ma jinkludix Supply/LSAs li qegħdin fuq xi forma ta’ unpaid leave. Bħalissa hemm tlieta u sebgħin (73) fuq unpaid leave (Parental responsibility etc.).
L-ammont ta’ tfal fl-iskejjel tal-Istat li għadhom fuq il-waiting list huwa ta’ ħames mija u wieħed u disgħin (591). Il-parti l-kbira ta’ dawn it-tfal m’għandhom l-ebda diżabilità u diġà qed jibbenifikaw mis-servizzi li hemm fl-iskejjel.

SKEJJEL – STUDENTI SLOW LEANERS
17927. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm tfal u kemm kienet l-età tat-tfal li kienu identifikati li huma slow learners jew li għandhom slow concentration span matul is-sena 2009?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Fl-2009 b’kollox kien hemm 38 tifel u tifla bejn l-età ta’ 5 snin u 14-il sena bi problemi ta’ “slow concentration / slow learners”.

SKEJJEL – SERVIZZ TA’ FACILITATORS
17928. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja: Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa twil iż-żmien minn meta jibda il-proċess biex jivverifika jekk it-tfal għandhomx bżonn facilitator jew le, sa meta fl-aħħar it-tfal jagħtuhom facilitator? Veru li dan il-proċess idum iktar minn sentejn? Veru allura li dawn it-tfal li jkollhom bżonn għajnuna speċjali qed idumu sentejn u iktar biex jieħdu dan is-servizz?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Tfal b’diżabilità jiġu quddiem l-iStatementing Moderating Panel skont in-numru ta’ applikanti fil-lista tar-reġistrazzjoni. It-tfal l-oħra li m’għandhomx diżabilità jissejħu quddiem il-panel skont il-lista tar-reġistrazzjoni imma ma jingħatawx prijorità għaliex dawn it-tfal diġà jieħdu s-servizz tal-learning support assistant jew servizzi oħra li jingħataw lit-tfal b’diffikultajiet fit-tagħlim.

KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA - SPEJJEŻ GĦALL-KAWŻI MAGĦMULA MILL-UE
17995. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16559 u ċioe: B'referenza għall-kawżi li l-Unjoni Ewropea għamlet lil Malta rigward il-kaċċa fir-rebbiegħa, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Gvern Malti kemm fl-ispejjeż li kellu jħallas lill-Qorti Ewropea, kif ukoll dawk l-ispejjeż lill-avukat barrani u spejjeż b'konnessjoni ma' biljetti tal-ajru u akkomodazzjoni lid-delegazzjoni Maltija?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

SPTAR MATER DEI - PILLOLI OUT OF STOCK
17996. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16372 u jgħid kemm kien hemm pilloli out of stock ġewwa l-Isptar Mater Dei matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2010? Kemm damu out of stock, liema kienu u għal liema raġuni?
ONOR. JOSEPH CASSAR: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.
MITA: SEJĦA M482/09 - SEHEM TAD-DIPARTIMENT TAL-KUNTRATTI
18789. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18409 u jgħid x’sehem kellu d-Dipartiment tal-Kuntratti fis-sejħa M482/09 tal-MITA?
ONOR. AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 18409.

MITA: SEJĦA M482/09 – RAPPORT MILL-BORD TAL-EVALWAZZJONI
18790. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18410 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kiteb il-bord tal-evalwazzjoni u tal-konsulenti dwar il-proposti sottomessi minn dawk il-kumpaniji li wieġbu għas-sejħa M482/09 tal-MITA?
ONOR. AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 18410.

DELIMARA POWER STATION - INVESTIGAZZJONI DWAR L-OFFERTI TAL-BWSC U L-MAN
18791. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18411 u ċioe: Peress li l-BWSC hija 100% tal-Mitsui Engineering and Shipbuilding Co Ltd (MES) u peress li l-MAN hija licenzjata mill-MES biex tibni magni għall-power stations u MAN u MES jipproduċu magni għall-power stations flimkien u peress li l-BWSC u l-MAN kienu tnejn mill-offerenti għall-kuntratt tal-estensjoni tal-power station f’Delimara u waħda ntagħżlet u l-oħra ġiet runner up, jista' l-Ministru jara li ssir investigazzjoni jekk l-offerti tal-BWSC u l-MAN jammontawx għall-collusive bidding peress li l-benefiċjarja finali kienet se tkun il-MES, jirbaħ min jirbaħ il-kuntratt?


ONOR. TONIO FENECH: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18411.

SHELTERS GĦAŻ-ŻWIEMEL TAL-KAROZZINI
18792. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18402 u jgħid fejn wasal l-impenn tal-Ministeru biex jipprovdi kenn mix-xemx u x-xita għaż-żwiemel tal-karozzini mogħti f’email tas-27 ta’ Awwissu 2009 bl-isem ta’ ‘Karozzini horses’ fejn il-Ministru kiteb: “I can assure you that the Malta Transport Authority is all for the creation of shelters for horses and is willing to pay for them itself provided that there is space where to erect them and that they are used by the cab owners.”? Mindu nkitbet din l-email kemm saru minn dawn ix-shelters għaż-żwiemel, fejn saru u kemm intnefqu flus minn Transport Malta fuqhom? Jekk ma sarux, għal liema raġuni dawn ma sarux u jekk hemm il-ħsieb li se jsiru, meta se jkun dan, filwaqt li tingħata breakdown dettaljata tal-infiq previst?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

ORGANISED MOORING AREAS
18793. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18403 u jgħid kemm saru sejħiet s’issa bħala "Request for Proposals għall-Management and Operations of Organised Mooring Areas” mal-kosta ta’ Malta u Għawdex, fejn wasal il-proċess ta’ kull sejħa, minn min ġew evalwati l-offerti riċevuti u f’kull każ jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-evalwazzjoni?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

ORGANIZED MOORING AREAS - GĦAŻLA TAL-OPERATURI
18794. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18404 u jgħid kemm ġew magħżula operaturi għall-organized mooring areas fl-ibħra ta’ Malta u Għawdex? F’kull każ min huma dawn l-operaturi? B’liema kundizzjonijiet ingħataw dawn l-organized mooring areas f’dak li għandu x’jaqsam ma’ finanzi, tul ta’ żmien u obbligi lejn l-istat u lejn dawk li jużaw il-faċilitajiet f’dawn l-areas filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kuntratt iffirmat għal tali operat rispettivament?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - KONSULENTI
18966. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009 min kienu l-persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza għall-Ministeru u/jew dekasteri oħra li jaqgħu taħtu? F'liema oqsma kienet meħtieġa l-konsulenza?
ONOR. AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 16069.

MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT - KONSULENTI
18967. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009 min kienu l-persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza għall-Ministeru u/jew dekasteri oħra li jaqgħu taħtu? F'liema oqsma kienet meħtieġa l-konsulenza?
ONOR. TONIO FENECH: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 15017 u 17703.

MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI - KONSULENTI
18968. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009 min kienu l-persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza għall-Ministeru u/jew dekasteri oħra li jaqgħu taħtu? F'liema oqsma kienet meħtieġa l-konsulenza?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18086.

MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN - KONSULENTI
18969. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009 min kienu l-persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza għall-Ministeru u/jew dekasteri oħra li jaqgħu taħtu? F'liema oqsma kienet meħtieġa l-konsulenza?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari 16957 u 11684 rispettivament.

MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - KONSULENTI
18970. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid matul l-2009 min kienu l-persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza għall-Ministeru u/jew dekasteri oħra li jaqgħu taħtha? F'liema oqsma kienet meħtieġa l-konsulenza?
ONOR. GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 18742.

MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITÀ - KONSULENTI
18971. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009 min kienu l-persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza għall-Ministeru u/jew dekasteri oħra li jaqgħu taħtu? F'liema oqsma kienet meħtieġa l-konsulenza?
ONOR. JOSEPH CASSAR: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.

TESTIJIET DWAR IL-LIVELL TA’ RADJO-ATTIVITÀ
19091. L-ONOR. ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi testijiet minn xi awtorità kompetenti sabiex jistabbilixxu l-livell ta' radioactivity fl-art, fil-baħar u fl-arja tal-gżejjer Maltin? X'kienu r-riżultati ta' dawn it-testijiet? Meta saru u minn min?
ONOR. GEORGE PULLICINO: It-testijiet li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Occupational Health and Safety Unit u għaldaqstant nissuġerilu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

DELIMARA POWER STATION – ĦLAS TA’ VAT FUQ COMMISSION
19092. L-ONOR. ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se titħallas VAT fuq il-commission ta' xi €4 miljuni li se jieħu l-aġent in konnessjoni mal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta' Delimara? Jekk iva:
a) fuq liema numru tal-VAT se titħallas;

b) b'liema rata tal-VAT;

ċ) min se jħallas il-VAT u lil min; u

d) din il-VAT hija refundable?


ONOR. TONIO FENECH: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta mhu qed tħallas l-ebda commission lil xi aġent in konnessjoni mal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara.

AWTORITÀ TAD-DJAR – ĦLAS GĦAL XOGĦLIJIET F’POST TAL-GVERN
19097. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja: Tista' l-Ministru tara li l-Awtorità tad-Djar tgħin mara xebba li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li wara li applikat biex tieħu għajnuna minn waħda mill-iskemi, l-istess awtorità ma tathiex il-flus meħtieġa b'konsegwenza li l-kuntrattur mhux se jkompli jaħdem fil-fond imsemmi?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar approvat l-applikazzjoni tas-sinjura kif ukoll l-għotja fuq ix-xogħlijiet kollha mitluba minnha. Permezz ta’ ftehim datat 26/2/2010, l-Awtorita’ tad-Djar obbligat ruħha li tħallas is-somma ta’ €4,631.26 għax-xogħlijiet mitluba mis-sinjura. Il-ħlas ikun jista’ jsir wara li s-sinjura tibgħat l-irċevuti fiskali tax-xogħlijiet kollha meta dawn jitlestew. L-Awtorità tad-Djar imbagħad tagħmel spezzjoni fil-post sabiex jiġi kkonfermat li x-xogħol sar, u eventwalment joħroġ il-pagament. Għalhekk mhux il-fatt li l-Awtorità tad-Djar ma tatx il-flus meħtieġa lis-sinjura kif qiegħed jingħad fil-mistoqsija.

DELIMARA POWER STATION – DATA TAT-TLESTIJA
19099. L-ONOR. ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jgħid skont il-kuntratt tal-BWSC:
a) F'liema data suppost tkun lesta in full working order l-estensjoni tal-power station; u
b) F'liema data suppost isir l-pagament finali lill-BWSC tax-xogħol tagħha fuq dan il-proġett?
ONOR. TONIO FENECH: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont il-kuntratt ma’ BWSC, l-impjant il-ġdid se jkun komplut sal-5 ta’ Gunju 2012 u l-pagament finali irid isir sa tletin ġurnata mid-data ta’ meta jitlesta.

AWTORITÀ TAD-DJAR - TALBA GĦAL POST TAL-GVERN
19100. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja: Tista' l-Ministru tgħid x'possibilità hemm li persuna li għandha erbat itfal li dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tieħu post tal-gvern?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor. Interpellant li jagħti parir lill-applikant biex tmur għand il-Customer Care Unit tal-Awtorità tad-Djar.

RENEWABLE ACTION PLAN - KUMPANIJA FIL-WAVE ENERGY
19107. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: B'referenza għad-dokument dwar renewable action plan, jista' l-Ministru jgħid liema hi l-kumpanija fil-wave energy li wriet interess f'pajjiżna mal-Malta Intelligent Energy Management Agency?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Jien infurmat li l-kumpanija Seabased uriet interess fil-wave energy.

ENERGY INTERCONNECTION MALTA-EUROPE - RAPPORT TA' LAHMEYER INTERNATIONAL
19108. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tas-sena li għaddiet ta' Lahmeyer International għall-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali bid-data ta' Lulju 2009 dwar Energy Interconnection Malta-Europe?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MRA - KAMPANJA DWAR IL-PROMOZZJONI TAL-ENERGY SAVING
19109. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jgħid min se jikkordina l-kampanja nazzjonali dwar il-promozzjoni tal-energy efficiency and renewable energy li l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali qal li se tiġi mnedija għal dawn is-sentejn?
Yüklə 453,03 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin