Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 453,03 Kb.
səhifə7/7
tarix30.01.2018
ölçüsü453,03 Kb.
#41474
1   2   3   4   5   6   7

ONOR. GEORGE PULLICINO: Jien infurmat li l-kampanja dwar il-promozzjoni tal-energy saving u enerġija li tiġġedded se tkun kordinata mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi.

INTEGRAZZJONI TA' ELECTRICAL RENEWABLE ENERGY SOURCES
19110. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jgħid min qed jagħmel l-istudji kkummissjonati mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali biex jinvestiga t-tħassib (concerns) relatati mal-integrazzjoni ta' electrical renewable energy sources kbar fil-grid nazzjonali ta' pajjiżna?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Jien infurmat illi l-istudji kkummissjonati mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali saru mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta, li hi d-Distribution System Operator tal-enerġija, u l-konsulenti Mott MacDonald.

MARITIME POLLUTION CONTINGENCY PLAN
19140. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: In vista ta' dak li ġara fil-Golf tal-Messiku u fid-dawl tal-fatt li l-istess kumpanija konċernata se tkun qed tesplora fil-Mediterran u in vista tal-fatt li dan se jkun qed isir qrib ix-xtajtiet tagħna, tenut kont tal-fatt li l-Mediterran huwa major trading route u anki fid-dawl tal-fatt li oil spill f’baħar magħluq bħall-Mediterran jista' jkollu konsegwenzi diżastruzi, jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet immedjati u effettivi beħsiebu jieħu l-gvern kemm bħala kontinġenza kif ukoll f’fora internazzjonali sabiex jevita li l-baħar tal-Mediterran ma jgħaddix mill-esperjenzi tal-Gulf of Mexico?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Malta għandha l-Maritime Pollution Contingency Plan li għadu kemm ġie aġġornat permezz ta’ fondi mill-EEA Norwegian Grants Mechanism. Bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, Malta għandha wkoll aċċess għal għadd ta’ pollution response vessels li huma on stand by mal-European Maritime Safety Agency; tnejn minn dawn il-vapuri huma bbażati f’Malta. Fil-kuntest tal-Maritime Pollution Contingency Plan, Transport Malta, l-enti kordinatur ta’ dan il-pjan ta’ kontinġenza, se takkwista apparat (offshore booms u salvage pumps) biex itejjeb il-kapaċità ta’ pajjiżna f’każ ta’ inċident.

MRA - PRICE SETTING MECHANISM
19155. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jippubblika l-price setting mechanism li tuża l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li permezz tagħha jistipulaw il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa qabel ma japprovaw xi żidiet fil-prezzijiet tal-gass għall-konsumaturi u stabbilimenti kummerċjali? X’inhuma l-kriterji stabbiliti?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Jien infurmat illi l-price setting mechanism ilu fuq fuq il-website tal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi www.mra.org.mt mit-30 ta’ Ġunju. F’parti mid-dokument LPG/Propane Price Review. Summary of the review Process and main conclusions Annex 1 hemm il-kriterji stabbiliti, li huma l-legalità, sostenibbiltà u profitabbiltà, ebda diskriminazzjoni u trasparenza filwaqt li l-prinċipju hu ta’ full cost recovery.
Għall-benefiċċju tal-Onor. Interpellant, kopja ta’ dan id-dokument tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.

TAQSIMA TAS-SALARJI - TQASSIM TAL-PAYSLIPS
19156. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex l-payslip tal-paga mingħand il-gvern qed tasal ġimgħat tard? X’inhi r-raġuni li meta jiġu mistoqsija l-uffiċjali tas-salarji f’Għawdex, dawn minflok jagħtu spjegazzjoni jheddu lill-impjegati li jkunu talbu sodisfazzjoni?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Bħala parti mill-proċess biex ħaddiema Għawdxin jitilgħu jaħdmu Għawdex, it-taqsima tas-salarji tal-gvern illum topera minn Għawdex. Din it-taqsima, skont A.L. 327 ta’ 2009, issa taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Uffiċċju tiegħi.
Għalkemm il-proċess hu li l-payslips jiġu stampati Għawdex, id-dipartimenti jiġbru l-payslips rispettivi tagħhom mid-Direttorat tal-HR Systems and Data Management fil-Management and Personnel Office ġimgħa qabel id-data tal-pagament, sabiex dawn jitqassmu lill-impjegati.
Ir-responsabbilità li jitqassmu l-payslips minn dejjem kienet u għadha tad-dipartiment fejn jaħdem l-individwu. Għalhekk, l-uniku post fejn persuna għandha ċċempel f’każ ta’ dewmien bħal dan hu lit-taqsima tas-salarji tad-dipartiment jew ministeru kkonċernat.

Għalkemm ma jirriżultax li d-Dipartiment tal-HR Systems and Data Management irċieva xi ilmenti tax-xorta li qed isemmi l-Onor. Interpellant, nitolbu jkun aktar speċifiku sabiex ilmenti ta’ din ix-xorta jkunu jistgħu jiġu investigati sostanzjalment.



PACE GRASSO FOOTBALL GROUND - PROĠETT PROPOST
19163. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja: Tista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett propost ftit tas-snin ilu fuq is-sit tal-ground tal-football Pace Grasso, Paola huwiex se jsir jew le? Jekk iva, meta mistenni jibda u kemm se jiġi jiswa? Tista' tpoġġi l-pjanti proposti fuq il-Mejda tal-Kamra?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

DIPARTIMENT TAL-VAT – VAT MIĠBUR MINN GĦAWDEX
19164. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar VAT minn Għawdex, id-Dipartiment tal-VAT is-sena l-oħra u din is-sena sal-lum?
ONOR. TONIO FENECH: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ VAT miġbur minn Għawdex matul is-sena 2009 u din is-sena sal-lum huwa €10,968,624 u €5,378,716 rispettivament.

MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - DEVOLUZZJONI LILL-KUNSILLI LOKALI
19197. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18389 u jgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'ġie devolut minn dawk id-dipartimenti, aġenzji, entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu lill-kunsilli lokali?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
ESPORTATAZZJONI TA’ PATATA
19254. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' bdiewa li din is-sena bagħtu l-patata għall-konsum fis-suq intern Ewropew? Lejn liema pajjiżi ntbagħtet din il-patata din is-sena?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Jien infurmat li din l-informazzjoni ma tinġabarx mill-Ministeru tiegħi minħabba li din l-attività hija waħda purament kummerċjali.

MCAST - KORSIJIET ĠODDA
19255. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja: Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema se jkunu dawk il-korsijiet ġodda li se jiġu organizzati mill-MCAST għas-sena skolastika 2010-2011 jew fis-snin ta' wara sa fejn huma diġà ppjanati?
ONOR. DOLORES CRISTINA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.

AERIALS TAT-TV - PROGRAMM GĦAT-TNEĦĦIJA
19256. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Billi xi żmien ilu kien hemm diskussjoni dwar xi programm li permezz tiegħu jitneħħew l-aerials tat-TV li għandna fuq il-bjut tagħna madwar Malta u Għawdex, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żvilupp dwar dan il-programm?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Awtorità Maltija għal Komunikazzjoni fuq kif l-aħjar li tiġi implimentata din l-iskema li hu maħsub li toħroġ aktar tard din is-sena.

MSIDA - TRAFFIC LIGHTS ĦDEJN IL-KAŻIN TAL-LABOUR
19257. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jagħmel studju dwar il-mod kif qed jiffunzjonaw it-traffic lights ħdejn il-Każin tal-Labour fl-Imsida, kemm fid-direzzjoni li tagħti mill-Imsida lejn tal-Qroqq, kif ukoll minn Tal-Qroqq lejn l-Imsida, għaliex dawn il-lights qed jikkawżaw dewmien esaġerat biex il-vetturi jgħaddu minn dawn l-inħawi?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-ilment tiegħu lill-entità konċernata.

L-IMBORDIN – TWAĦĦIL TA’ CRASH BARRIER
19258. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji permezz ta' Transport Malta biex fit-triq li tieħu minn L-Imbordin sal-bypass tal-Mellieħa, fl-inħawi tal-Miżieb, titwaħħal crash barrier fil-parti tat-triq li hi perikoluża ferm, minħabba li m'hemmx ilqugħ bejn it-triq u l-wied li qiegħed madwar sular iktar fil-fond?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

XEMXIJA - RESTAWR FUQ L-AKWADOTT
19259. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarx xi studju dwar il-mod ta' kif jista' jiġi restawrat l-akwadott (il-parti li fadal minnu) li jibda mix-Xemxija fid-direzzjoni tal-Manikata?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Jien infurmat li s’issa it-Taqsima tar-Restawr għadha m’għamlitx dan l-istudju. Madankollu sar xogħol fuq is-sit li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant biex titneħħa parti mill-istruttura li kienet perikoluża.




Yüklə 453,03 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin