THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Mr Chairman, nixtieq nagħmel kumment qasir ħafna fuq dawn ix-schedules li rrefera għalihom l-Onor. Spiteri.
THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor. Joe Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat huwa sospiż.
Skond Ordni Permanenti Nru. 111 fid-9.24 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u l-Kamra rriżumiet fid-9.25 p.m.
MR SPEAKER: Peress li hawn quorum il-Kamra tista' terġa' tirriżolvi ruħha f'Kumitat u tkompli bix-xogħol tagħha.
L-ordni għal Kumitat ġie moqri.
FIL-KUMITAT
L-Onor. Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.
Klawsola 11 - Eżenzjonijiet. (Kont.)
Clause 11 - Exemptions. (Cont.)
ONOR. JOHN DALLI: Nixtieq nagħmel kumment żgħir fuq ir-referenza li għamel l-Onor. Spiteri għax-schedules tal-comparative figures u ta' l-indirect taxation. Irrid ngħidlu li dawn is-schedules intbagħtu lill-constituted bodies, jiġifieri l-FOI u ċ-Chamber of Commerce, u qed nistenna l-kummenti tagħhom wara li jifluhom sew u wara li jkunu ddiskutewhom mal-membri tagħhom ħalli fejn hemm xi diskordanzi nisimgħu - bħalma dejjem smajna - u nipprovaw nirranġaw. Jiġifieri dawk ix-schedules m'hummiex il-verżjoni finali, u jista' jkun hemm xi korrezzjonijiet għalihom, skond il-kummenti li jsirulna. GĦalhekk m'hummiex f'pożizzjoni finali, b'mod li wieħed jista' jippreżentahom jew iqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra għax għadhom dokumenti għad-diskussjoni.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.
ONOR. JOSEF BONNICI: Mr Chairman, jien smajt b'ċertu attenzjoni l-argumenti ta' l-Onor. Spiteri. Aħna jidhrilna li l-qasam tat-turiżmu għandu jaqa' taħt is-sistema tal-VAT, għalkemm qed jingħata rata preferenzjali ta' 10%. S'issa fuq l-akkommodazzjoni kien hemm taxxa bir-rata ta' 5% u fuq l-ikel fir-restaurants kien hemm levy taie 10%, li jfisser li dan is-servizz baqa' bl-istess rata, imma taħt is-sistema tal-VAT se jiġi aħjar.
L-eżempju li ta l-Onor. Spiteri, fil-fehma tiegħi, kien eżempju interessanti għaliex kien simili ħafna - bħala aritmetika - għall-eżempju li konna qed niddiskutu aktar kmieni. Jidher li hemm żewġ assumptions li qed isiru, waħda minn kull naħa tal-Kamra. L-assumption li qed issir min-naħa tagħna hi li l-persentaġġ ta' profitt se jibqa' l-istess għax ma narawx għaliex dan għandu jinbidel. L-Oppożizzjoni qed targumenta mod ieħor u qed tgħid li wieħed m'għandux iħares lejn il-persentaġġ tal-profitt, imma lejn il-profitt in money terms u tassumi li dak li jkun se jara li dan jibqa' l-istess. Per eżempju, jekk wieħed kien jagħmel Lm2 profitt fuq il-bejgħ ta' vażun, dan jara li bil-VAT xorta jagħmel Lm2 profitt , irrispettivament minn kemm fil-fatt huwa l-cost tiegħu. Veru li għandna żewġ assumptions, imma fil-fehma tiegħi l-assumption tagħna hija aktar adattata, tagħmel aktar sens u hija aktar ġusta. (Interruzzjonijiet)
THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, irrelataw id-diskussjoni mal-klawsola.
ONOR. JOSEF BONNICI: Jien qed nikkummenta fuq id-diskors li għamel l-Onor. Spiteri li dam jikkummenta 15-il minuta fuq dan is-suġġett. Jien ma naħsibx li qed indum wisq. Nista' ngħid li ssemmew ħafna affarijiet li ma kellhomx jissemmew. L-Onor. Spiteri ħa eżempju ta' 50% profitt u għamel il-kalkoli fuqu. Jien ma nistax ngħid li ma kkalkolax tajjeb. Nerġa' ngħid li l-assumption tagħna hija li l-persentaġġ tal-profitt se jibqa' l-istess, waqt li l-assumption ta' l-Oppożizzjoni mid-dehra hija li dan il-persentaġġ mhux neċessarjament jibqa' l-istess imma jista' jespandi għaliex wieħed jista' jikkalkola ċertu element ta' profitt f'termini ta' flus u jara li jibqa' jżomm dak il-profitt. Aħna ma naqblux ma' dan u naħsbu li m'għandux jiġri hekk. Per eżempju, bħalissa l-prezz tal-kafe' rdoppja internazzjonalment. Issa jien ma nistax nistenna li meta l-prezz jerġa' jiġi f'postu - u jerġa' jiġi f'postu, għax hekk jiġri - allura n-negozjant għandu jibqa' jagħmel l-istess valur ta' profitt li kien qed jagħmel meta rdoppja l-prezz tal-kafe'. Huwa l-persentaġġ tal-profitt li għandu jibqa' l-istess. Din hija l-loġika li qed nużaw u s-sistema li rridu mmexxu biha.
Rigward in-nuċċalijiet - kif semma l-Onor. Dalli - jien informat li nuċċalijiet li huma corrective spectacles m'humiex se jkunu soġġetti għall-VAT. Jista' jkun li aktar kmieni kien hemm xi verżjoni li ma kenitx qed tindika hekk imma l-informazzjoni li għandi jiena hija li din hija s-sitwazzjoni.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki? L-Onor. Lino Spiteri.
ONOR. LINO SPITERI: Nispera li r-referenzi dwar kemm qed indumu mhux qed jimplikaw li qed intawlu bla ħtieġa. Jien assolutament m'iniex intawwal u assolutament m'iniex nitkellem għax qed nieħu pjaċir - għalkemm nieħu pjaċir bil-kumpannija - imma qed nitkellem għax hemm il-ħtieġa.
Rigward l-assumptions li ssemmew, irrid ngħid li mhux aħna qed ngħidu li se jiġri hekk. Aħna qed ngħidu li waħda mill-affarijiet li jistgħu jiġru hija din u jekk inti tħares empirically - kif persważ li jaf li għandu jħares ukoll l-Onor. Josef Bonnici - issib li t-tendenza hija li meta jogħlew il-prezzijiet, wara ma jerġgħux jitbaxxew għall-istess livell li kienu qabel. Għalhekk aħna ngħidu li prices are sticky downwards, bħalma konna ngħidu taħt il-classical theory li wages are sticky downwards. L-Onor. Bonnici ġab l-eżempju tal-kafe'. Bħalissa l-prezz tal-kafe' mhux irdoppja imma kkwadrupplika in the primary market - għax kien hemm frost fil-pajjiżi li jipproduċuh - imbagħad niżel. Anke jien naħseb li l-prezz jerġa' jinżel imma nistgħu nbassru b'ċertezza li jekk għola b'100% ma jerġax jitbaxxa bl-ammont ekwivalenti; it will go down part of the way imma mhux għal kollox. Dan nafuh empircally internazzjonalment imma partikolarment fil-kontest ta' Malta. F'Malta, fejn suppost li għandek il-kompetizzjoni fis-soft drinks, fil-birra u fl-inbid m'għandekx price competition. Din ktibtha f'artiklu nhar il-Ħadd u nerġa' ntenniha. F'Malta s-sistema hekk taħdem. Allura ma tistax a priori teskludi l-possibilita' li t-tieni ipotesi - u mhux assumption - li għamilna aħna tista' sseħħ. Jista' jkun li hemm 50% ċans li sseħħ waħda u li sseħħ l-oħra.
Rigward in-nuċċalijiet korrettivi jien qed nikkwota preċiżament dak li ġie ċirkolat f'dawn il-ġranet u li rrefera għalih il-Ministru. M'hux il-każ li this is an earlier version, għax this is the latest version. Il-punt tiegħi kien li bħalma l-Ministru qal li jekk għad hemm xi ħaġa li trid tiġi llimata, lest li jillimaha, kieku din il-Kamra kellha kopja ta' dak li ġie mogħti lill-Federation of Industry u liċ-Chamber of Commerce, forsi konna nkunu f'pożizzjoni fejn anke aħna nagħmlu kontribut biex ma jsirux affarijiet li jkunu irritanti u b'effett negattiv u bla ħtieġa.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki? L-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Se nipproponi l-aħħar emenda dwar il-kontraċettivi wara insistenza tad-Deputati tobba. Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:
"ĊĊĊ" F'partita 11 żid dan il-paragrafu wara paragrafu (6):
"(7) Il-provvista tal-kontraċettivi.".
"ĊĊĊ" In item 11, add the following paragraph after paragraph (6):
"(7) The supply of contraceptives.".
Jien inħoss li nista' nagħmel dan, għax fil-għodu insistejt li s-servizzi reliġjużi wkoll jiġu eżenti mit-taxxa!
THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor. Lino Spiteri.
ONOR. LINO SPITERI: Jien m'iniex qed ninterpreta l-emenda ta' l-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici bħala suġġeriment lil din il-Kamra to put a stop to it. Jien inħoss li għandna nitkellmu ftit ieħor fuq din il-klawsola. Fil-fatt għandi żewġ punti x'nagħmel li huma kompletament differenti minn ta' qabel.
Item 21 tat-Tieni Parti tat-Tieni Skeda tgħid hekk:
"The supply of water by a public authority, excluding the supply of water in any package or container.".
Jien qed nifhem sewwa li waqt li the supply of water by a public authority se jkun eskluż mill-VAT without credit - ma nafx liema public authority trid il-credit - the supply of water in any package or container se jkun soġġett għall-VAT? Dan ifisser li l-ilma tax-xorb tad-diversi kumpanniji Maltin u l-ilma bil-bowser li jiġi supplied minn suppliers privati se jkun soġġett għall-VAT?
ONOR. JOHN DALLI: Iva, l-Onor. Spiteri qed jifhem tajjeb. L-ilma li jiġi provdut mill-awtorita' pubblika in whatever form, se jkun mingħar VAT imma kwalunkwe ilma ieħor mhux provudt mill-awtorita' pubblika se jkun soġġett għall-VAT.
ONOR. LINO SPITERI: Jien ma' dan ma naqbilx. L-ilma huwa oġġett essenzjali u f'Malta kull min jixtri ilma tal-flixkun ma jagħmilx dan b'kappriċċ, għax nagħmlu kemm nagħmlu reverse osmosis ...
THE DEPUTY CHAIRMAN: Dwar dan ġiet ippreżentata emenda mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici.
ONOR. JOHN DALLI: Onor. Spiteri, jien dalgħodu għamilt il-punt li llum l-ilma tal-flixkun għandu s-sisa li hija ekwivalenti għall-VAT li qed nagħmlu.
ONOR. LINO SPITERI: Jien inħoss li l-ilma la għandu jkollu sisa fuqu u lanqas għandu jkollu VAT għax min jixtri l-ilma, jixtrih għall-ħtieġa u mhux bħala kapriċċ. Barra minn hekk min iġib l-ilma tal-bowser, iġibu għax l-ilma tiegħu ma jkunx servieh u jkun irid isaqqi jew inkella jimla t-tank ta' fuq il-bejt għaliex ma jkollux ilma. Issa dan se jibda jħallas il-VAT ukoll.
L-aħħar punt tiegħi fuq dan l-item hu dwar item 26 ta' Part Two li taqa' taħt "Other exemptions". Dan l-item jittratta lotteries u jispeċifika:
"Government lotto and lotteries, the supply of agency services related thereto, and such other supplies related to gambling as may be approved by the Minister.".
Mela filwaqt li qed nintaxxaw l-ilma bil-VAT, anke jekk diġa' kien hemm excise duty fuqu, u waqt li qed indaħħlu l-VAT fuq l-ilma bil-bowser - li żgur ma kellu l-ebda taxxa - il-Gvern bil-loġika tiegħu qed jeżenta kompletament il-gambling, il-logħob ta' l-azzard, li jista' jkun logħob żgħir u jista' jkun logħob kbir, basta jkun approvat mill-Ministru. U jien nistaqsi: Jagħmel sens li tintaxxa xi ħaġa essenzjali bħall-ilma u mbagħad teżenta xi ħaġa kapriċċjuża bħal-logħob, xi ħaġa li m'għandniex ninkoraġġuha? Bl-Ingliż dan huwa game of chance, il-logħob taċ-ċans, biex ma ngħidux gambling. Allura għandek tinkoraġġixxi dan il-logħob billi teżentah mit-taxxa, waqt li fl-istess ħin qed iddaħħal il-VAT fuq l-ilma bil-bowser biex forsi timla t-tank ta' fuq il-bejt jew biex issaqqi xi siġar li jista' jkollok? Jew inkella għal darb'oħra kien hemm wisq istanzi fejn din il-liġi ġiet mudellata fuq dik li teżisti f'postijiet oħra, speċifikament fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fejn kienu l-Irlandiżi li nsistew li jkun hemm eżenzjonijiet ta' din ix-xorta proprju minħabba li nafu li xi predilection għandhom l-Irlandiżi għall-games of chance u għall-gambling? Imma jagħmlu sens dawn l-affarijiet? Mela qed tintaxxa dik il-parti tat-turiżmu - li hija industrija li rridu ninkoraġġuha - li hija l-akkommodazzjoni, u mbagħad il-gambling, basta jkun approvat mill-Ministru, qed neżentawh! Allura jekk ikun hemm applikazzjoni - għallinqas suppost li jkun hemm - biex tittella' karozza jew xi household good, jew inkella biex isiru lotteriji waqt coffee morning - dawn issa saru popolari saħansitra iżjed milli kienu qabel - u jingħata l-permess għal attivita' bħal din, li assolutament m'għandha l-ebda ebda benefiċċju, la materjali u lanqas soċjali, dik il-lotterija tkun eżentata mill-VAT. Imma dan jagħmel sens?
ONOR. JOHN DALLI: Mr Chairman, nixtieq nagħmel kumment żgħir ħafna fuq il-gambling. F'Malta l-gambling diġa' huwa taxxa, jiġifieri finalment l-gambling, bħal lottu u affarijiet oħra, diġa' qishom taxxa fuq il-poplu. Il-gambling kif inhu llum f'Malta ma tintaxxahx.
ONOR. LINO SPITERI: Huwa taxxa dak il-gambling li hu offrut mill-Gvern - dejjem kien offrut mill-Gvern u milli jidher hekk se jibqa' - bħal-lottu, Super Five, u affarijiet oħra. Pero' hawnhekk hawn "and other forms of gambling approved by the Government." Nifhem li m'għandekx tintaxxa xi ħaġa li qed jipprovdi l-Gvern għax qed jaqla' u jaqla' sew minn fuqha, jiġifieri fih innifsu huwa revenue item. Imma allura l-gambling tal-privat tkompli tinkoraġġih billi teżentah?
THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija emenda "KK" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju 1994, din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hija emenda "LL" kif mressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Divison.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju 1994, din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hija emenda "MM" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju 1994, din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hija emenda "NN" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju 1994, din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hija emenda "OO" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju 1994, din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hija emenda "QQ" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju 1994, din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hija emenda "RR" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju 1994, din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hi l-emenda "SS" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju, 1994, din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hi l-emenda "VV" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju 1994 din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hi l-emenda "WW" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju 1994 din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hi l-emenda "XX" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju 1994 din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hi l-emenda "YY" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju 1994 din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hi l-emenda "ŻŻ" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju 1994 din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hi l-emenda "AAA" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju 1994 din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hi l-emenda "ĊĊĊ" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju 1994 din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hi l-emenda "DD" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju 1994 din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Il-mistoqsija hi l-emenda "EE" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda "EE" għaddiet nem. con.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda "FF" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda "FF" għaddiet nem. con.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda "ĠĠ" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda "ĠĠ" għaddiet nem. con.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda "ĦĦ" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda "ĦĦ" għaddiet nem. con.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda "II" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda "II" għaddiet nem. con.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda "JJ" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda "JJ" għaddiet nem. con.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija emenda "PP" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda "PP" għaddiet nem. con.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda "UU" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda "UU" għaddiet nem. con.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda "BBB" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda "BBB" għaddiet nem. con.
Klawsola 12 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni.
Clause 12 - Application for registration.
ONOR. JOHN DALLI: Din il-klawsola tispeċifika l-obbligu ta' taxpayer li jirreġistra bħala taxpayer u qed ngħidu li dan għandu jsir fi żmien 30 ġurnata jew minn mindu jsir taxpayer. Jiġifieri t-taxpayer għandu jieħu l-inizjattiva hu stess jew inkella meta jiġi mitlub biex jagħmel dan mill-Kummissarju tal-VAT.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: L-ewwelnett nixtieq inkun naf għalfejn saret subklawsola 12 (6). Jien se nipproponi emenda għal din is-subklawsola biex titneħħa s-setgħa tal-Ministru. Imbagħad nixtieq spjegazzjoni għal subklawsola 12 (2) li tgħid hekk:
"Persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilita f'Malta u li ma tkunx persuna reġistrata għandha tapplika għand il-Kummissarju sabiex tiġi reġistrata taħt dan l-Att fi żmien tletin jum mid-data meta tagħmel provvista taxxabbli, li ma tkunx provvista ta' servizzi lil persuna taxxabbli stabbilita f'Malta.".
Il-persuna li rċeviet il-provvista m'hijiex f'Malta u l-persuna li għamlitha lanqas hija f'Malta. Allura kif tapplika din?
THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki? Il-Ministru.
ONOR. JOHN DALLI: F'din il-klawsola qegħdin nittrattaw a supply of goods għaliex qegħdin inneħħu mid-definizzjoni l-provvista ta' servizzi. Allura qegħdin nillimitaw ir-reġistrazzjoni għall-provvista ta' prodotti, a supply of goods, imma provvista li m'hijiex importazzjoni normali, għaliex altrimenti tkun an importation u ma taqax taħt din il-klawsola. Dan il-klawsola taħseb għal sitwazzjoni meta xi ħadd minn barra jibgħat prodotti mhux lil xi ħadd li qed jimporta mingħandu - allura tidħol bħala importation - imma lil xi aġent tiegħu, per eżempju f'Malta. Jekk xi ħadd minn barra jibgħat xi ħaġa lil xi aġent biex imbagħad tiġi negozjata, f'dak il-każ dan għandu jirreġistra. Pero', kif għidt, qed neskludu minn dan l-obbligu lil min jipprovdi a supply of service u a supply of goods in the normal importation process għaliex altrimenti tiġi an importation. Dan jinkludi, per eżempju, tranżazzjoni ta' kumpannija li se tistabbilixxi ruħha f'Malta jew inkella stabbiliet aġent mhux tat-tip li se jixtri l-affarijiet mingħandha biex ibigħhom.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. ALFRED SANT: Dik ma tapplikax għaliex qed teskludih bil-kliem "other than a supply of services to a taxable service established in Malta". Jiġifieri l-aġent diġa' huwa eskluż.
ONOR. JOHN DALLI: Jien mhux qed nirreferi għal aġent li jieħu ownership ta' affarijiet. Jista' jkollok aġent li jirrappreżentak biss u ma jeħux ownership ta' l-affarijiet imbagħad ibigħhom f'ismu. Jiġifieri qed nitkellmu fuq dawk il-każijiet fejn il-prodott jibqa' f'isem min se jesportah.
ONOR. ALFRED SANT: Jiġifieri jkun forma ta' trustee?
ONOR. JOHN DALLI: Mhux trustee imma, per eżempju, ikun hemm commission agent. Jista' jkollok xi ħadd li jkun qed jirrappreżentak f'Malta u allura tibgħat l-affarijiet għandu.
ONOR. ALFRED SANT: Per eżempju distributur?
ONOR. JOHN DALLI: Imma distributur li ma jeħux ownership ta' l-affarijiet. F'dak il-każ qed ngħidu li l-esportatur oriġinali jibqa' responsabbli għal dawk l-affarijiet u jkun a taxable person f'Malta, għaliex imbagħad idaħħal l-affaijiet f'Malta f'ismu, u allura jrid jagħmel accounting tal-VAT li se jdaħħal. Ladarba eventwalment dawk il-prodotti li jinbiegħu, se jbigħhom hu, irid jagħmel accounting tal-VAT bil-proċess normali u jrid jirreġistra fis-sistema.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki? (Onor. Membri: No)
Il-mistoqsija hi l-emenda "DDD" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 166 tas-26 ta' Lulju, 1994, din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol
Klawsola 13 - Reġistrazzjoni.
Dostları ilə paylaş: |