Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 1,01 Mb.
səhifə4/16
tarix03.04.2018
ölçüsü1,01 Mb.
#46780
1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   16

ONOR. JOE MIZZI: Nixtieq niġbed l-attenzjoni li m'hawnx quorum.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Peress li m'hawnx quotum il-kumitat huwa sospiż.
Skond l-Ordni Permanenti Nru. 111 fl-10.41 a.m. il-kumitat ġie sospiż u l-Kamra rriżumiet fl-10.42 a.m.
MR SPEAKER: Peress li issa hawn quorum il-Kamra tista' tkompli bix-xogħol tagħha.


L-Ordni għall-kumitat ġie moqri.
FIL-KUMITAT
L-Onor. Michael Bonnici Viċi Prisident tal-Kumitati, jippresjedi.
Klawsola 9 - Żmien ta' provvista. (Kont.)
Clause 9 - Time of supply. (Cont.)
THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki jekk jogħġobkom? (Interruzzjonijiet) Żommu daqsxejn ordni fil-Kamra. L-Onor. John Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Mr Chairman, kulħadd hu ferħan għax qed joqrob il-ħin tal-liberazzjoni. Irrid nispjega li subklawsola 9 (3) hija fil-kuntest li n-negozju, meta jiġi biex jagħmel VAT return, irid jagħmlu bħala ħaġa naturali mis-sistema ta' accounting li jkollu u s-sistema ta' accounting hija normalment driven minn invoicing. Issa biex aħna ma nimponux fuq in-negozjant li meta jkollu cut-off date joqggħod jagħmel reconciliation ma' l-accounting system tiegħu għal dawk li nsejħulhom goods in transit, jiġifieri dawk l-affarijiet li ma ġewx delivered u ġew invoiced u affarijiet li ġew invoiced u ma ġewx delivered, qegħdin ngħidulu li fil-każ fejn hemm sistema ta' invoicing, it-time of supply mhux se jkun it-time of delivery imma se tkun it-time of invoice sakemm l-invoice qed issir b'mod raġjonevoli. Issa ladarba se nieħdu t-time of an invoice, irridu nieħdu ż-żewġ każijiet. Irridu nieħdu l-każ meta invoice qed issir qabel ma jsir id-delivery u meta invoice qed issir wara li jsir id-delivery. Ma tistax tieħu waħda u ma teħux l-oħra inkella l-oġġettiv għalfejn se tagħmilha jispiċċa. Fil-każ ta' qabel, nerġa' ngħid, m'hemmx kwestjoni ta' limiti għax mhuwiex fl-interess tan-negozjant li joħroġ invoices u jiġi liable għall-VAT qabel ma attwalment qed jagħmel id-delivery. Pero' fil-każ li invoice se toħroġ wara, aħna biex nipproteġu l-Erarju nħossu li rridu nagħmlu limitu sakemm tista' toħroġ invoice. U qed ngħidu li l-invoice trid toħroġ sa 31 ġurnata wara li ssir the actual delivery biex ma nħallux lil min jipprova jivvinta li jibda joħroġ l-invoices tliet snin wara għaliex ikun hawn minn dawn in-nies. (Interruzzjonijiet) Dażgur li din hija ultra-realista u ultra-prammatika! Jekk ma nagħmlux hekk inkunu qegħdin indaħħlu .... (Interruzzjonijiet)
ONOR. ALFRED SANT: X'inhu dan li tibgħat l-invoice tliet snin wara?
ONOR. JOHN DALLI: Mela taħseb li ma ssibx min jivvinta? Cowboys għandna kemm trid mas-saqajn. Issib min jibgħat l-invoices sitt xhur jew seba' xhur wara li jkun għamel delivery.
ONOR. ALFRED SANT: Jiġifieri jkunu daħħlu l-flus diġa'?
ONOR. JOHN DALLI: Dażgur! (Interruzzjonijiet) Le, mhux write-offs. Ikollok dawn l-arranġamenti li dan idaħħal il-flus li fil-fatt mhux qed jiġu rekordjati u l-invoices il-Bambin biss jaf meta jibagħthom!
ONOR. ALFRED SANT: Biss huwa minnu li s-soluzzjoni li qed iwassal il-Ministru żżid l-ispejjeż fuq il-business. Il-burden fuq il-business qed idaħħalhom aktar kmienu fuqhom.
ONOR. JOHN DALLI: Jekk jibgħat l-invoices tiegħu qabel hija għażla tiegħu. Aħna kulma qegħdin ngħidulu huwa li l-mod kif jagħmel il-business irid jirregolah hu. Aħna m'aħna nżidulu l-ebda spejjeż. Pero' qed ngħidulu li fis-sistema mhux se noħolqulu problemi ta' double accounting minħabba l-VAT. Dan hu li qed ngħidu hawnhekk. Aħna qed ngħidulu juża s-sistema li għandu llum u m'għandux għalfejn joqgħod jagħmel reconciliations biex jirrikonċilja l-accounting system tiegħu ma' actual deliveries kif inhu annunċajt fis-sistema pura kieku kellna nużaw sistema pura ta' liability on delivery. Aħna anzi qed ngħiduli dan biex ma nagħmlulux incidence costs. Dan irid jibqa' għaddej bis-sistema tiegħu normali, jaqta' t-trial balance fl-aħħar tat-tliet xhur - illum b'computer kulħadd jista' jagħmel il-mirakli u min jaf kemm kont niffranka ħin u xogħol kieku fi żmieni kelli dawn il-faċilitajiet - jaqta' l-balance sheet u jekk għandu sales account tiegħu, dak ikun it-turnover tiegħu u jirrapporta lilu. Hekk ma toqgħodx tgħid x'iddeliverjajt u għadek ma għamiltx l-invoice tiegħu jew x'għamilt invoice tiegħu u għadek ma għamiltx id-delivery tiegħu. Issa jekk dan għandu l-prattika li jagħmel l-invoicing qabel jagħmel id-delivery, affari tiegħu. Forsi qed jitħallas qabel ukoll, u forsi biex it-30 day credit li jagħti jibda jgħoddlu ġimgħa qabel ma jagħmel id-delivery proprja. Imbagħad dawn iridu jaraw huma x'inhu l-aħjar li jagħmlu. Mhuwiex normali li jsir invoicing qabel ma jsiru d-deliveries pero' min jagħżel li jagħmel l-invoices qabel ma jsiru d-deliveries jaf is-sitwazzjoni x'inhi. Biex nagħlaq, għall-iskop li qed nagħmlu din, jiġifieri għall-iskop li ma nimponux sistemi ġodda u differenti, qegħdin ngħidu li fejn jeżistu sistemi ta' invoicing, it-time of supply se jkun l-invoice date u mhux id-date of delivery, u trid tagħmlu qabel u wara d-delivery. Dan hu li qed ngħidu.
ONOR KARMENU MIFSUD BONNICI: Qabal nagħlqu duq dan il-punt irrid nillustra d-diffikulta' b'eżempju. Nagħtu każ li wieħed ftiehem li jagħmel delivery sena oħra u fil-kondizzjonijiet tal-ftehim kien hemm li jkun hemm advanced payment u jien nagħmillu invoice għall-first advanced payment. Mela dan l-advanced payment għadu ma sarx imma għaliex għamiltlu l-invoicing ta' dan l-advanced payment irrid inħalls il-VAT għax ħriġt il-fattura. U dawn huma ċirkostanzi frekwenti.
ONOR. JOHN DALLI: F'dan il-każ aktar u aktar m'hemmx problema jekk irċieva l-pagament ma' l-invoice.
ONOR.KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux qed ngħid li rċieva l-pagament. Jien qed ngħid li ddomandajt il-pagament u dan jista' jdum ma jħallasni tliet xhur. Mhux hekk jiġri? Aħna din ma naqblux magħha u għalhekk nipproponi din l-emenda għal klawsola 9:
"Ż" Ħassar subklawżola (3) u enumera subklawżola (4) bħala subklawżola (3).
"Ż" Delete subclause (3) and renumber subclause (4) as subclause (3).
ONOR. JOHN DALLI: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 9:

"AA" Fit-test Malti tas-subklawżola (3) tal-klawżola 9, minflok il-kelma "ħlas" għandha tidħol il-kelma "valur".


"AA" In the Maltese text of subclause (3) of clause 9, for the word "ħlas" there shall be substituted the word "valur".

Is-subklawsola 9 (4) tispjega x'jiġri meta jkun hemm a continuous supply. Hemmhekk qed ngħidu wkoll li skond il-pagament jew l-invoice jkun hemm il-metodu ta' ħlas li jkun qiegħed isir. Fis-subklawsola 9 (5) imbagħad hemm il-poteri tar-regolamentazzjoni għal dawn il-provisions.


ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Imbagħad subklawsola 9 (3) hemm konsegwenzi għaliha f'dak li hemm f'paragrafu (b) tas-subklawsola 9 (4) fejn qed jingħad:
"kull meta tinħareġ fattura ta' taxxa dwar dawk il-provvisti, sal-limitu inkluż f'dik il-fattura."
Jiġifieri jkun għadu ma sarx il-ħlas perjodiku imma ħarġet il-fattura u allura t-taxxa hija mponibbli mal-ħruġ tal-fattura u mhux mal-ħlas perjodiku. Aħna din ma naqblux magħha ladarba ma qbilniex ma' subklawsola 9 (3) u mbagħad tiġi l-kwestjoni tas-set-up tal-Ministru. JJiġifieri ħadna din il-battikata u rajna li nistabbilixxu l-ħin tal-provvista u mbagħad ir-regolamenti - biex inpoġġuha hekk - jistgħu jbiddlu dan kollu li għidna u jirrendu dan id-dibattitu sħun li għamilna għal xejn għax jistabbilixxu ħinijiet oħra.
ONOR. JOHN DALLI: L-ewwelnett dan ma kienx dibattitu sħun imma kien dibattitu nteressanti ħafna.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Jista' jkun li sar fis-sħana imma forsi kien frisk ukoll!
ONOR. JOHN DALLI: Mela kien dibattitu fis-sħana u mhux dibattitu sħun! Naħseb li rridu nagħmlu differenza. Hawnhekk qegħdin ngħidu hekk biex - dejjem jekk ikun hemm bżonn minħabba l-flessibbilta' li jista' jkun hawn fis-sistema li jiġu vvintati tranżazzjonijiet u affarijiet oħra minn ġurnata għall-oħra ta' kif isiru l-affarijiet ħalli ngħaddu mit-toqob li jista' jkun hemm fil-liġi - nerġgħu nagħtu lill-Kummissarju tal-VAT il-faċilita' li jkun flessibbli daqs l-operaturi fis-suq.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 9:
"BB" Ħassar para (b) tas-subklawżola (4).
"BB" Delete para (b) of subclause (4).
Nipproponi wkoll din l-emenda għal klawsola 9:
"ĊĊ" Ħassar subklawżola (5).
"ĊĊ" Delete subclause (5).
THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimakri fuq klawsola 9, jekk jogħġobkom? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda "ĊĊ" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No ) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol skond il-Mozzjoni ta' Proċedura.
Il-mistoqsija hija l-emenda "BB" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol skond il-Mozzjoni ta' Proċedura.

Il-mistoqsija hi l-emenda "AA" kif imressqa u moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.


L-emenda "AA" għaddiet nem. con.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda "Ż" kif imressqa u moqrija mill-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.

ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol skond il-mozzjoni ta' proċedura.
Klawsola 10 - Reverse charge.
Clause 10 - Reverse charge.
ONOR. JOHN DALLI: Fi klawsola 10 li diġa' rreferejna għaliha waqt id-dibattitu jidħol il-konċett ta' reverse charge. Jiġifieri meta jkun hemm attivita' li se tkun taxxabbli f'Malta pero' l-persuna mhijiex stabbilita' f'Malta - u dan rajnih waqt li konna qed niddiskutu klawsola 8 f'sitwazzjonijiet meta dawn jistgħu jinqalgħu - se jkun hemm il-mekkaniżmu ta' kif tiġi accounted it-taxxa. Qed ngħidu li din il-persuna li mhijiex stabbilita f'Malta għandha jew ikollha lil xi ħadd jirrappreżenta f'Malta li jeħdilha ħsieb il-ħlas tat-taxxa jew inkella l-klijent ....
ONOR. JOE MIZZI: Mr Chairman, Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Peress li m'hawnx quorum il-Kumitat huwa sospiż.
Skond l-Ordni Permanenti Nru 111 fil-10.57 a.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma fl-10.58 a.m.

MR SPEAKER: Peress li hawn quorum il-Kamra issa tista' tkompli bix-xogħol tagħha.
L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.
FIL-KUMITAT
L-Onor. Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.
Klawsola 10 - Reverse charges. (Kont.)
Clause 10 - Reverse charges. (Cont.)
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. JOHN DALLI: Kont qed ngħid, Mr Chairman, li dik il-persuna li se tagħmel attivita' taxxabbli f'Malta, pero' m'hijiex stabbilita f'Malta, għall-accounting tat-taxxa trid tieħu żewġ toroq; jew it-triq li jkollha xi ħadd jirrappreżentaha f'Malta li allura tkun hi responsabbli li tagħmel l-accounting għat-taxxa, jew inkella l-klijent li qed jirċevi s-servizz jidħol hu responsabbli għat-taxxa u allura jrid jagħmel l-accounting għat-taxxa ta' dak li huwa established barra li qed jipprovdi taxable supply. Naturalment dan se jiġi f'sitwazzjoni fejn se jiċċarġja t-taxxa lilu nnifsu u jerġa' jagħmel claim tagħha, pero' dik hija fejn wieħed irid iżomm l-integrita' tas-sistema kollha kif taħdem. Din hija l-klawsola li teknikament hija msejjħa reverse charge.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. ALFRED SANT: Is-sistema, kif se tapplika fil-każ ta' once only arrangment? Fejn ikollok xi ħadd li qed jirċevi a once only importation, se jkollu jirreġistraha?
ONOR. JOHN DALLI: Le, once only arrangement taħdem bit-tieni alternattiva. Ladarba din m'hijiex se tkun xi ħaġa kontinwa, m'hemmx għalfejn li wieħed jagħmel rappreżentanza u jkun il-klijent stess li jagħmel l-accounting għat-tranżazzjoni.
ONOR. ALFRED SANT: Imma dan ifisser li l-klijent se jkollu jirreġistra?
ONOR. JOHN DALLI: Mhux diġa' rreġistrat!
ONOR. ALFRED SANT: Jekk, per eżempju, tkun importazzjoni privata, x'jiġri?
ONOR. JOHN DALLI: Jekk tkun importazzjoni privata, il-klijent se jinqabad fl-importazzjoni. Qed ngħidu "when a taxable supply of service ...".
ONOR. ALFRED SANT: Din ma tistax tkun importazzjoni privata?
ONOR. JOHN DALLI: Imma bħal xiex?
ONOR. ALFRED SANT: Per eżempju, consulting package.
ONOR. JOHN DALLI: X'jiġifieri consulting package?
ONOR. ALFRED SANT: Per eżempju, forma ta' kif tagħti ċerti tipi ta' lezzjonijiet.
ONOR. JOHN DALLI: Jekk se tagħti tip ta' lezzjonijiet you are a taxable person.
ONOR. ALFRED SANT: Le, persuna tista' tagħmilhom għall-affarijiet privati tagħha, jiġifieri qed tixtri dan is-servizzi biex tużah hi privatament bħal, per eżempju language courses.
ONOR. JOHN DALLI: Imma language course huwa educational u allura m'huwiex VATable.
ONOR. ALFRED SANT: Dak huwa sempliċement eżempju.
ONOR. JOHN DALLI: Pero' meta tibda tagħsar tara li mhux se jkun hemm tip ta' servizzi li normalment ma jintużawx minn taxable persons proprja, li mhux in the course of business; servizzi personali, bħal, mediċi, financial services, servizzi ta' pariri li tista' tirċievi minn barra jew educational services li prattikament huma exempt supplies.

ONOR. ALFRED SANT: Jiġifieri l-kalkoli tiegħek huma li se jkunu minimi.
ONOR. JOHN DALLI: Se jkunu minimi jew xejn.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-persuna li qed tirċievi s-servizz trid tkun persuna taxxabbli u biex tkun persuna taxxabbli trid tkun li dak is-servizz li qed tirċievi jirrelata ma' l-attivita ekonomika tagħha, mela jekk jien nitlob parir ta' consultant barrani, li ma jkunx Malta, fuq dak il-parir inħallas kemm inħallas m'hemmx taxxa.
ONOR. JOHN DALLI: Jekk int bħala avuktat .....
ONOR.KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux bħala avukat, insa li jien avukat jien sempliċi ċittadin. Jekk jien qed niżvolġi attivita' ekonomika u dak il-parir huwa dwar l-attivita' ekonomika tiegħi, professjoni li hija attivita' ekonomika, allura m'hemmx diffikulta'. Id-diffikulta' hija jekk jien ma nikkwalifikax bħala persuna taxxabbli għaliex il-parir li tlabt m'huwiex dwar l-attivita' ekonomika tiegħi, ħallast kemm ħallast flus, għax hu barrani dak ma nħallasx taxxa fuqu.
ONOR. JOHN DALLI: Hemmhekk fejn nibdew nidħlu fil-First Schedule ta' x'tip ta' supply hu u jekk qed jiġi supplied jew mogħti lil xi ħadd f'Malta, allura jkun taxxabbli bl-eċċezzjonijiet li hawn. Per eżempju, service of consultants, parir...
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Dak mhux għalhekk qiegħed, dak qed jippreċiża l-lok u mhux jirrendi persuna taxxabbli. Id-diffikulta' tiegħi hi kemm tikkontempla l-persuna li qed tagħti servizz - tista' tkun barra minn Malta allura m'hijiex konsidrata bħala taxxabbli - u l-persuna li qed tirċievi s-servizz. Dik il-persuna, skond klawsola 10, hija kwalifikata bħala persuna taxxabbli, mela trid tkun, skond klawsola 6 jekk dak is-servizz huwa relatat ma' l-attivita' ekonomika tagħha, il-persuna li qed tirċievi s-servizz.

ONOR. JOHN DALLI: Dwar dan li qed jgħid l-Onor. Mifsud Bonnici rridu mmorru għal klawsola 59 tal-Liġi fejn qed ngħidu li fejn jeżistu każijiet li xi ħadd Malti, privat u mhux a taxable person, li talab servizz minn barra lil dan ma nistgħux inħalluh mhux taxxabbli għaliex jekk inkella jiġi f'kompetizzjoni mhux ġusta mas-servizzi li qed jingħataw mill-Maltin. Ma nistax ngħid li jekk jien nieħu parir mingħand avukat Malti nħallas il-VAT u jekk nieħu parir mingħand avukat barrani ma nħallasx VAT. Ma jistax ikun li jkollna dik is-sitwazzjoni. GĦalhekk qed ngħidu li, f'dak il-każ, min qed jagħti dak is-servizz minn barra jew irid jaħtar rappreżentant f'Malta li jeħodlu ħsieb il-VAT situation tiegħu - il-Liġi hekk tgħid - jew inkella min qed jirċievi servizz ikun rikjest mil-Liġi li l-commissioner jista' jappunta lilu bħala aġent ta' dak li qed jagħtih is-servizz biex accounting tal-VAT. Pero' hawnhekk il-konċett qiegħed li ma nistgħux inħallu din it-transazzjoni mingħajr ma tħallas il-VAT.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Din toħroġ minn sub-klawsola 59 (2) u taf xi tfisser? Tfisser li kull persuna li tirċievi servizz minn barra trid tirreġistra.
ONOR. JOHN DALLI: L-ewwelnett ejjew inkunu saqajna fl-art għax mhux kull Malti se jkun f'din is-stiwazzjoni. L-ewwel ħaġa s-servizz irid ikun taxxabbli - mhux ikun exempt. Nerġa' nsemmi li l-finacial, educational u medical services ma jidħlux f'din il-kwestjoni. Jiġifieri jrid ikun servizz taxxabli. It-tieni ħaġa jrid ikun servizz mogħti lil xi ħadd privat u mhux servizz mogħti lil xi ħadd taxxabbli. It-tielet ħaġa min qed jagħti s-servizz m'għandux rappreżentant f'Malta li jkun jista' ..... F'dak il-każ qed ngħidu "iva". Nafu li tinvolvi ċerta amministrazzjoni u oneru fuq min qed jitlob parir minn barra, pero' qed ngħidu li dawn ma nistgħux nevitawhom għaliex jekk ma nagħmlux hekk se niġu f'market distortion enormi, kontra n-nies lokali li dawk li qed jipprovdu servizz lil-lokal jiġu charged VAT u dawk li jipprovdu servizz mhux mil-lokal ma jiġux charged VAT. Din hi sitwazzjoni li ma jistax ikun li jkollna. Nifhmu li jista' jkollna każijiet - ngħid eċċezzjonali - li jistgħu joħolqu dan it-tip ta' problematika burokratika amministrattiva pero' ma nistgħux noħorġu minnha.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Pero' meta qrajt klawsola 59 u sibt li hemm servizz provdut minn persuna taxxabbli ma stajt qatt nimmaġina li barrani jikkwalifika bħala persuna taxxabli.
ONOR. JOHN DALLI: "Where a taxable supply of services..."
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma minn taxable person. Jien dejjem ħsibt li hija limitata għal min hu konsidrat, skond il-Liġi, bħala taxable person u mhux kulħadd; kull min jagħti parir huwa konsidrat bħala taxable person.
ONOR. JOHN DALLI: Imma min hu konsidrat bħala taxable person? A taxable person huwa xi ħadd li qed jagħti taxable supply li hija defined in a taxable place li huwa Malta u f'ċirkostanzi li l-place of supply, li hija Malta, li toħroġ .... U minn hemm se joħroġ jekk persuna hijiex taxxabbli jew le, mill-fatt ta' place of supply fir-regolamentazzjoni li għaddejjna fil-First Schedule li għaddejna ma' section 8.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: A taxable person hija definita fi klawsola 6 u ma tistax taħrab minnha għax meta tmur fid-definition clause issib li persuna taxxabbli hija dik kif definita fi klawsola 6.
ONOR. JOHN DALLI: "A taxable person is a person who independently carries on an economic activity..."
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Kolox sew, imma dik tapplika għad-dinja kollha jew għal Malta biss?
ONOR. JOHN DALLI: A taxable person huwa kif definit fi klawsola 6 "who independently carries on an economic activity... " Jista' jkun kulħadd fid-dinja. Sakemm qed jagħmel taxable supply f'Malta. Imbagħad għandna x'inhi economic activity u nibdew niddefinixxu.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma mbgħad trid tmur għal klawsola 6 fejn tgħid li kull provvista....
ONOR. JOHN DALLI: X'inhi supply? "A supply made in Malta" - hemmhekk hemm ir-regolamenti tal-place of supply - "for a consideration by a taxable person".
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela allura trid issib min hi l-persuna taxxabbli. Min hi l-persuna taxxabbli? Tgħidlix li min jagħmel ix-xogħol Malta diġa' ...
ONOR. JOHN DALLI: Hawnhekk jien ma naqbilx ma' kif qed jibni l-argument l-Onor. Mifsud Bonnici. Taxable person m'għandha x'taqsam xejn b'din id-definizzjoni ma' made in Malta jew consideration. A taxable person is a taxable person, imbagħad se nillimitaw what is a taxable supply, għax imbagħad se nintaxxaw a taxable supply magħmula minn taxable person. Fuq a taxable supplu qed nagħlqu u qed ngħidu li trid tkun made in Malta.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Skond klawsola 6 a taxable person hi persuna li tiżvolġi attivita' ekonomika u attivita' ekonomika hija kwalifikata. Din hija ħaġa marbuta ma' rwol oħra.
ONOR. JOHN DALLI: Imma x'inhi attivita' ekonomika? "Any activity carried on in the course or furtherance of any trade or business ..." Hawnhekk m'hawn xejn li hija Malta jew mhux Malta. Jiġifieri qed ngħidu, x'inhu a taxable person? A taxable person huwa kull min jagħmel attivita', jista' jkun fid-dinja kollha, Timbuctoo, iċ-Ċina, eċċ. pero' mbagħad aħna m'aħniex se nintaxxaw kulma jsir fid-dinja kollha; se nintaxxaw lit-taxable person li jrid jagħmel a taxable supply u tibda tillimita x'inhi taxable supply. Taxable supply hija xi ħaġa li qed issir Malta. Jekk saritx Malta jew le se tiddependi mid-determinazzjoni tal-place of supply. F'section 8 bis-schedule tagħha għidna x'inhi place of supply. Allura meta l-place of supply ikun Malta u qed issir minn taxable person li m'hijiex established f'Malta, qed nagħmlu r-regolamenti ta' kif se titħallas din it-taxxa.
ONOR. ALFRED SANT: Imma kull darba dik l-activity trid tkun in furtherance of his business. Jekk inti qiegħed fl-import/export ta' l-inbid u tiddeċiedi li ġġib computers minflok ...
ONOR. JOHN DALLI: Qed ngħid ta' taxable person. Dwar taxable person diga' għidna għaliex qed ngħidu in the furtherance of his business. Din iddiskutejniha fi klawsola 6 u qed nagħmlu hekk biex naqsmu l-attivita' ta' persuna, bejn l-attivita' tan-negozju tagħha u l-attivita' privata tagħha.
THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor. Alfred Sant.
ONOR. ALFRED SANT: Jekk qed nifhem tajjeb, il-punt li qed iqajjem l-Onor. Mifsud Bonniċi huwa relatat ma' l-argument ta' kif inhi definita "economic activity". Meta nsemmi goods it means a service. Jekk inti qiegħed fil-business ta' l-inbid u x-xogħol tiegħek huwa li tixtri u tbiegħ l-inbid u l-importazzjoni tiegħek ta' servizz issa - se mmur għal goods nerġa' - hija li ġġib konsenja żraben, it is no longer the furtherance of your business.
ONOR. JOHN DALLI: Jekk inġib żarbun biex nilbsu jiena hija ħaġa u jekk inġib konsenja żraben biex nibda ninnegozja fiż-żraben hija ħaġa oħra.
ONOR. ALFRED SANT: Imma tista' ġġib xi ħaġa għall-użu privat tiegħek li jkun sostanzjali u mbagħad din il-ħaġa tista' toħroġ minnha għax it is no longer in the furtherance of your business.
ONOR. JOHN DALLI: Imma jiddependi x'iġġib.
ONOR. ALFRED SANT: Imma issa qed inġibu l-eżempji. Jekk timporta yacht, per eżempju. Issa se tgħidli li yacht huwa goods. Jekk timporta l-użu ta' yacht ...
ONOR. JOHN DALLI: Inti qed tirreferi għas-servizz?
ONOR. ALFRED SANT: Bħalissa mhux fuq servizz qegħdin nitkellmu?
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk jien negozjant u nitlob parir ta' avukat Ingliż fuq disposal of properties - m'għandux x'jaqsam man-negozju - fuq wirt, per eżempju, ma jkollhiex x'taqsam ma' l-economic activity tiegħi, dik x'inhi allura?
ONOR. JOHN DALLI: Dak is-servizz huwa VATable.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma la m'għandhiex x'taqsam ma' l-economic activity tiegħi, allura jien mhux qed naġixxi qua a taxable person f'dak il-każ.
ONOR. JOHN DALLI: F'dak l-eżerċizju ma tistax tuża section 10 imma tuża section 59.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Section 59 tgħidlek li min ikun qed jagħtik is-servizz ikun a taxable person.
ONOR. JOHN DALLI: Skond il-liġi he is a taxable person.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: A taxable person hija dik il-persuna li skond il-liġi tagħna hija kwalifikata ta' taxable person. (Interruzzjonijiet)
Yüklə 1,01 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   16




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin