Dibattiti tal-kamra tad-deputati


ONOR. KARMENU MIFSDU BONNICI



Yüklə 1,01 Mb.
səhifə7/16
tarix03.04.2018
ölçüsü1,01 Mb.
#46780
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10   ...   16

ONOR. KARMENU MIFSDU BONNICI: Issa rigward partita 12 li tittratta dwar l-oġġetti eżenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-Edukazzjoni, aħna jidhrilna li l-provvista ta' school uniform ukoll għandha tkun eżenti mit-taxxa. Għalhekk qed nipproponi din l-emenda:
"VV" Tieni Skeda
F'partita 12 żid wara paragrafu (3), dan:
"(4) Il-provvista ta' "school uniforms".
"VV" Second Schedule
In item 12 add after paragraph (3) the following:
"(4) The supply of school uniforms".
ONOR. JOHN DALLI: Biex toqgħod tispeċifika u tiddefinixxi x'inhuma school uniforms toħloq problema kbira fl-amministrazzjoni. Jersey jista' jkun parti minn school uniform u allura mbagħad trid toqgħod tara liema jkun se jintuża għall-iskola u liema m'huwiex.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: L-ischool uniforms huma preskritti mill-iskejjel.
ONOR. JOHN DALLI: Hemm items mill-ischool uniform tat-tfal tiegħi, bħal jerseys jew T-shirts, illi jistgħu jintlibsu għal barra wkoll. (Interruzzjonijiet) Imma l-badge tista' tinqala'.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: F'paragrafu (b) ta' partita 13 tat-Tieni Skeda, wara l-kliem "vjaġġi bil-baħar scheduled" naħseb li għandu jidħol ukoll il-kliem "vjaġġi bl-ajru scheduled" minħabba l-vjaġġi bil-helicopter. Ma naħsibx li dan jista' jikkwalifika bħala trasport internazzjonali; mhux għax jien ma nixtieqx li jkun hekk - għax jien nixtieqhom ikunu ndipendenti - ... Imma l-fatt huwa li jekk il-vjaġġi bil-baħar scheduled minn Malta għal Għawdex għandhom ikunu eżentati mit-taxxa, hekk ukoll għandhom ikunu eżentati l-vjaġġi bil-helicopter. Għalhekk, Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:-

"WW" Tieni Skeda


F'paragrafu (b) tal-Partita 13, wara l-kliem "vjaġġi bil-baħar" daħħal il-kliem "jew bl-ajru".
"WW" Second Schedule
In paragraph (b) of item 13 immediately after the words "inter-island sea" insert the words "or air".
Jekk mhux appoġġ espress, nippretendi li għallinqas għandu jkun hemm sinjal ta' approvazzjoni min-naħa l-oħra.
ONOR. JOHN DALLI: Le, m'aħniex naqblu għaliex aħna eżentajna t-trasport pubbliku, li jinkludi l-karozzi tal-linja u s-servizz scheduled bil-baħar bejn Malta u Għawdex, jiġifieri t-trasport tal-Gozo Channel. Aħna dak li qed ngħidu. Il-bqija tat-trasport mhux għall-użu tat-tour operators u għat-turisti qiegħed?
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien vjaġġi bl-ajru scheduled għidtlek.
ONOR. JOHN DALLI: Scheduled u mhux scheduled dak m'hux servizz tal-popolazzjoni ġenerali; dak huwa servizz għat-turiżmu ...
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Mur għidilhom li hu hekk! Din qiegħda f'idejn il-Gvern. Wara kollox għallinqas din hija taxxa għal ftit tas-snin, għax xorta waħda trid titneħħa meta titneħħa l-liġi kollha tal-VAT
F'partita 23 tat-Tieni Skeda jingħad li "il-provvista minn organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt ta' dawk is-servizzi li għandhom x'jaqsmu ma' rikreazzjoni sportiva jew fiżika kif tista' tiġi approvata mill-Ministru.". Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għaliha:

"XX" Tieni Skeda


F'partita 23, ħassar il-kliem "kif tista' tiġi approvata mill-Ministru".
"XX" Second Schedule
In item 23, delete the words "as may be approved by the Minister".
Dan biex kemm jista' jkun lill-Ministru nipprovaw innaqqsulu x-xogħol!
ONOR. JOHN DALLI: B'hekk lill-Kummissarju tneħħulu l-flessibbilta' u lill-Ministru ma tnaqqsulux ix-xogħol.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, nipproponi wkoll din l-emenda:-
"YY" Tieni Skeda
F'partita 25 ħassar il-kliem kollu wara l-kliem "interessi professjonali" u daħħal minflok il-kliem "tal-membri tagħhom".
"YY" Second Schedule
In item 25 delete all the words after the words "professional interest" and insert instead the words "of their members".
Hawnhekk qed jingħad "servizzi minn organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt", imbagħad hemm ukoll "iżda f'kull każ meta fil-fehma tal-Ministru din l-eżenzjoni aktarx tikkaġuna tgħawwiġ fil-kompetizzjoni, għandha tkun soġġetta għal dawk l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet li l-Ministru jista' b'ordni bil-miktub jistabbilixxi. Aħna jidhrilna li dik hija diskrezzjoni li m'għandhiex tkun hemm. Minn din in-naħa ma jidhrilniex li hija għal kollox sodisfaċenti u allura bħalma saru ż-żewġ emendi l-oħra tista' ssir it-tielet waħda wkoll.
Nipproponi din l-emenda:
"ŻŻ" It-Tielet Skeda
"Fil-partita 3 wara l-kliem "mit-Tarzna ta' Malta" daħħal il-kliem "jew mill-Malta Shipbuilding" u wara l-kliem "tat-Tarzna" daħħal il-kliem "jew tal-Malta Shipbuilding".
"ŻŻ" Third Schedule
In item 3 after the words "Malta Drydocks" insert the words "or Malta Shipbuilding" and after the word "Dockyard" insert the words "or Malta Shipbuilding".
Nispera li l-emenda li se nipproponi għal partita 8 tat-Tielet Skeda ma ssibx ħafna oppożizzjoni. Din il-partita tittratta dwar l-importazzjoni ta' affarijiet li ngħidulhom sagri - għalkemm m'huma sagri xejn - bħal ċensier, navetti ta' l-inċens, gandlieri, kurċifissi, eċċ. Aħna jidhirlna li huwa xieraq li l-vari u l-anġli li jkunu fuq il-vari jiġu eżentati minn din it-taxxa wkoll. Għalhekk se nipproponi din l-emenda:
"AAA" Tielet Skeda
F'partita 8 wara l-kliem "baldakkini tal-knisja" daħħal il-kliem "u vari".
"AAA" Third Schedule
In item 8 after the words "church canopies" insert the words "and vari".
Fit-test Ingliż, il-kelma "vari" ħallejtha bil-Malti għaliex ma naħsibx li jekk nittraduċuha bl-Ingliż il-kelma "vari" tissinifika eżatt x'għandna f'moħħna. (Interruzzjonijiet)
ONOR. JOHN DALLI: GĦall-vari ta' ġewwa jew ta' barra qed tgħid? (Interruzzjonijiet) Kif nistgħu nikkwalifikaw il-vari biex ma nkoprux il-vari kollha tad-dinja? (Interruzzjonijiet) Qed ngħid hekk għal żewġ raġunijiet - u qed noħodha bis-serjeta' - l-ewwelnett minħabba li dan jista' jagħti lok għal abbuż fis-sens li kull statwa ngħidu li hija vara, u t-tieni rridu nibqgħu ....

ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Ta' l-istatwi ħallejnieha kif inhi, jiġifieri l-oriġinal irid ikun magħmul minn Malti, maħdum hawn Malta u approvat mill-Kummissarju. Jiġifieri jekk ma togħġbux jista' jgħid li ma japprovahiex. Ma nafx għaliex id-disinn irid ikun approvat .
ONOR. JOHN DALLI: Pero' mbagħad irridu ndaħħluha wkoll f'Schedule 2 għax inkella l-importazzjonijiet biss ikunu eżenti u l-oħrajn le. (Interruzzjonijiet) Irridu ndaħħluhom f'Schedule 2 bħala eżenzjoni biex anke dawk manifatturati hawn Malta jkunu eżenti. Inkella l-GĦawdxin jieħdu għalihom! Hemm jaħdmu ħafna! Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi emenda.
"BBB" A. It-Tieni Skeda
(a) Minnufih wara l-partita 17 fl-aħħar tat-Taqsima Wieħed tat-Tieni Skeda għandha tidħol il-partita li ġejja:
"18. Il-provvista ta' oġġetti msemmija fil-partita 8 tat-Tielet Skeda"; u
(b) il-partiti minn 18 sa 26 għandhom jiġu enumerati mill-ġdid bħala partiti 19 sa 27 rispettivament.
B. It-Tielet Skeda
Fil-partita 8 tat-Tielet Skeda minnufih wara l-kelma "kurċifissi" għandha tidħol il-kelma "vari".
"BBB" A. Second Schedule
(a) Immediately after item 17 at the end of Part One of the Second Schedule there shall be inserted the following item:
"18. The supply of objects mentioned in item 8 of the Third Schedule"; and
(b) items 18 to 26 shall be renumbered as items 19 to 27 respectively.
B. Third Schedule
In item 8 of the Third Schedule immediately after the word "crucifixes" there shall be inserted the words "holy statues (vari)".
THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor. Lino Spiteri.
ONOR. LINO SPITERI: Ħalli nibda mill-ewwel item tat-Tieni Skeda u nirrepeti referenza waħda biss għall-argument li għamilt il-bieraħ. Exports huma exempted with credit u d-definition tal-kelma "exports" hija:
"... the supply of goods which consists of the export of those goods by the supplier.",
Jiġifieri qisu hemm xi dubju dwar kif se jkun trattat dak li jkun irċieva s-supplier u għal xi raġuni jew oħra mbagħad jesportah. Meta l-bieraħ għamilt referenza għall-possibilita' li esportaturi Maltin ma jkunux huma direttament is-suppliers, imma għalkemm jibqgħu s-suppliers, jagħmlu subcontracting hawn Malta - għal mument se ngħid hawn Malta - naf li kien hemm understanding tal-punt li kont qed nagħmel. Pero' issa qed nistaqsi jekk kemm-il darba huwiex il-lok li wieħed jieħu l-okkażjoni biex din il-parti tiġi reworded jew inkella titħalla kif inhi imma l-intenzjoni tkun iżjed ċara.
Ħalli norbot it-Tielet Skeda ma' din ħalli nieqaf fuq dan il-punt. Għal darba oħra l-ewwel item tiegħu jirreferi għal:
"The re-importation of -
a) goods which are re-imported unaltered;
b) samples which had been temporarily exported.".
Mela jidher li m'hawn ebda referenza għal re-exports u speċifikament m'hemmx referenza għall-prodotti li jkunu maħduma barra, fis-sens li jkunu sub-contracted barra u jiġu hawn Malta kważi sempliċement biex l-esportatur Malti jagħmel il-finishing tagħhom u jerġa' jesportahom. Inħoss li jekk m'hux intenzjonat li jkun hekk jew għallinqas hemm xi spjega għal dan, dawn huma omissions li jkun aħjar jekk wieħed iħares lejhom biex l-ispirtu ta' dak li ntqal il-bieraħ rigward kif se tkun trattata l-industrija ta' l-esportazzjoni, jiġi kopert iktar fil-klawsoli li qed niddikskutu.

THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor. Joe Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Peress li m'hawx quorum il-kumitat huwa sospiż.
Skond l-Ordni Permanenti Nru 111 fis-6.50 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u l-Kamra rriżumiet fis-6.51 p.m.
MR SPEAKER: Peress li issa hawn quorum il-Kamra tista' tkompli bix-xogħol tagħha.
L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.
FIL-KUMITAT
L-Onor. Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.
Klawsola 11 - Eżenzjonijiet (Kont.)
Clause 11 - Exemptions (Cont.)
ONOR. JOSEF BONNICI: Rigward il-kummenti li għadu kemm għamel l-Onor. Spiteri dwar ir-re exports, niġbed l-attenzjoni għat-Third Schedule, item 19 illi tgħid hekk:
"The importation of goods where the Commissioner is satisfied that the said goods were imported for temporary use only, and subject to such conditions and to the provision of such security as the Commissioner may impose or require.".
Jien naħseb li din taqbad il-punt li semmejt diġa' dwar ir-re-exports.
ONOR. LINO SPITERI: Mr Chairman, jekk kemm-il darba jiġi nnotat li d-definizzjoni hija dik li qed jagħti l-Onor. Josef Bonnici, naturalment naċċettaha.
ONOR. JOSEF BONNICI: Imbagħad item 20 tgħid hekk:
"The importation of goods which are re-exported without being released or immediately upon being released from a customs bond.".
ONOR. LINO SPITERI: Fil-fatt it-tnejn li huma għandhom l-iskop tagħhom, kemm item 19 kif ukoll item 20 li tkopri re-exports. Imma la item 19 u lanqas item 20 ma jipprovdu għal dak li semmejt jien, jiġifieri fejn ikun sar subcontrating - nafu li din hija attwalita' u iżjed se tkun meħtieġa - minn kumpanniji li jkollhom ordnijiet għal esportazzjoni li parti minnhom jipproduċuhom direttament, parti jagħmlu subcontrating tagħhom hawn Malta u parti jistgħu jagħmlu subcontracting tagħhom barra minn Malta forsi għax ma jkollhomx il-capacity jew għax ikun meħtieġ li jħalltu l-cost tagħhom ħalli l-final price tal-mixed order ikun kompetittiv. Jiġifieri qed nitkellmu fuq każijiet fejn għal raġunijiet validi u mhux għal raġunijiet kapriċċjużi, isir subcontracting f'Malta jew anke barra minn Malta. Issa qed nirreferi għal subcontracting barra minn Malta. Jien inħoss li items 19 and 20 kif inhuma drafted ma jkoprux dawn il-każijiet. Fl-istess ħin nifhem li jekk kemm-il darba jkun muri hawnhekk li dak huwa l-ispirtu, il-Kummissarju li qiegħed jisma' jkollu guidelines fuq xiex jimxi u fuq il-bażi ta' din id-diskussjoni jkunu jistgħu jinkitbu guidelines interni. Imma dan jista' jsir għax ikun komfortat mid-dibattitu u mhux għax ikun speċifikament u b'mod dettaljat awtorizzat li jagħmel hekk mil-liġi. Jiġifieri jekk kemm-il darba jkun hemm il-fehma li jista' jsir hekk, mhux se noqgħod ninsisti għal emenda u lanqas qed nipproponi emenda, imma qed inħalliha għan-naħa tal-Gvern biex tara xi trid li jsir dwar dan il-punt.
ONOR. JOSEF BONNICI: Jien informat li fil-fatt dawn il-klawsoli huma biżżejjed u l-punt li semma l-Onor. Spiteri huwa well-catered for f'dawn il-klawsoli li jittrattaw temporary importation, biex ngħid hekk.
ONOR. LINO SPITERI: Fil-qorti jgħidu "let the record so show", għax huwa importanti li jekk hemm bżonn ta' interpretazzjoni, in-nies li jkunu qed imexxu dak id-dipartiment ikollhom ir-records ta' din id-diskussjoni biex jifhmu x'kien il-ħsieb tal-leġislatura.
Item 9 tas-Second Schedule titkellem fuq "Food" u din tgħid hekk:
"The supply of any food, as defined in Part Three of this Schedule, excluding any supply of food which is subject to tax at the rate specified in paragraph (b) of section 19 of this Act in terms of the Fifth Schedule to this Act.".
Jekk immorru għal Part Three of this Schedule insibu li għandna d-definizzjoni ta' dawk iċ-chapters li hemm fl-Import Duties Act li se jiġu affettwati minn dan il-provvediment ta' exemption with credit. Ma' dik torbot ukoll il-Fifth Schedule. L-ewwel punt tiegħi huwa li fid-diskussjoni pubblika li wasslet għal dan id-dibattitu parlamentari, il-Gvern kien ipproġetta għall-attenzjoni tal-poplu l-istima tiegħu li bil-miżuri li se jittieħdu, jiġifieri bit-tneħħija tad-dazju fuq l-ikel importat, il-prezz medju ta' l-ikel - mhux l-ikel kollu - konsmat f'Malta huwa mistenni li jinżel b'6%. Din kienet claim li meta saret ħassejt li hija claim qawwija ħafna li ċertament jeħtieġ li tkun sostanzjata. Issa wasalna biex ngħaddu din il-miżura u, safejn naf jien, din il-claim għadha ma ġietx sostanzjata. Jiena nħoss li dan huwa l-mument fejn il-Gvern, proprju billi jħares lejn id-defenitions li hemm f'section (a) ta' Part 3 tas-Second Schedule, għandu jispjega lil din il-Kamra u lill-poplu kif wasal għall- konklużjoni li se jkun hemm roħs medju fil-prezzijiet ta' l-ikel importat.
ONOR. JOHN DALLI: Mill-informazzjoni li għandi jirriżulta li meta tieħu d-dazju kollu li tħallas fuq food items elenkati f'dawk iċ-chapters issib li se jkun hemm roħs average ta' 6%. Fil-fatt dak hu li għidt.
ONOR. LINO SPITERI: Mr Chairman, bir-rispett kollu lejn l-Onor. John Dalli, jiena dejjem tgħallimt li assertion is not proof. S'issa l-Gvern ħareġ żewġ studji. Studju minnhom kien fuq l-impatt soċjali ta' din it-taxxa, u aħna għamilna kummenti dwaru li mhux se noqogħdu nirrepetuhom hawnhekk. Pero' l-Ministru kellu figuri li seta' ħares lejhom, seta' pprova jgħarbilhom, jara jekk humiex korretti u jara jekk jaqbilx jew le mal-mod kif kienu ppreżentati dawk il-figuri u mal-mod kif kienu konklużi. It-tieni studju li ħareġ il-Gvern kien in reply għal dak li għidna fis-Second Reading u għal darb'oħra ħareġ b'ċerti figuri biex fassal Lorenz Curve għal Malta u ħareġ il-Gini Coefficient. Tista' taqbel u tista' ma taqbilx ma' dak li ħareġ minn dan l-istudju. Jien ma naqbilx u 'l quddiem se ngħid għaliex, imma għallinqas il-Gvern ipprova jissostanzja assertions li kien qed jagħmel. Fil-każ ta' l-ikel importat, naf li l-Gvern ilu li qal, kif qed jerġa' jtenni issa l-Onor. Dalli, li minn kalkoli li għamel huwa mistenni li l-prezz ta' l-ikel importat jorħos b'6%. Pero' jien naħseb li kien ikun iktar xieraq kieku din il-Kamra u l-poplu kollu ngħataw kopja ta' dawn il-kalkoli. GĦaliex qed ngħid dan? Qed ngħid hekk għaliex biex saru dawk il-kalkoli ried isir eżerċizzju li l-Gvern biss jista' jagħmel. Ovvjament jista' jagħmlu ħaddieħor, jekk kemm-il darba jkollu riżorsi bħalma għandu l-Gvern. Pero' min għandu r-riżorsi li għandu l-Gvern? Anke għall-Gvern huwa diffiċli li jsir dan l-eżerċizzju. Dan l-eżerċizzju jikkonsisti f'illi taqbad pattern ta' importazzjoni ta' l-ikel - pattern kurrenti kemm jista' jkun u allura tieħu l-average ta' l-aħħar tliet snin għal kull item - issib il-volum u l-prezz ta' dak li kien importat biex minnu tieħu l-average ta' kull sena, tara x'inhuma d-dazji jew piżijiet simili li hemm fuq dak l-ikel, tagħmel weighting tiegħu sew bħala relazzjoni ma' l-import bill partikolari għall-ikel kif ukoll skond il-consumption pattern - ma rridx ngħid li se tkun preċiża, imma għallinqas timxi fuq l-aħħar indikazzjoni li għandek tagħha - u minn hemmhekk imbagħad tasal biex tgħid jekk l-effett hux se jkun ta' 6%, 1% jew 0%. Issa l-Gvern ħareġ bil-figura ta' 6% mingħajr ma ta sodisfazzjon tal-workings li wassluh għaliha. Meta nħarsu, bir-riżorsi limitati li għandna aħna ċ-ċittadini li m'għandniex ir-riżorsi bħalma għandu l-Gvern, lejn il-materja li rridu naħdmu dwarha, x'insibu? Jekk inħarsu lejn l-Import Duties Act - bħalma għamilt jien għax jien ħarist lejn kull item li fiha u fis-sezzjoni li qed nitkellmu dwarha hemm mijiet, jekk mhux eluf ta' items; jien ma qgħadtx inġib l-Import Duties Act miegħi u lanqas tlabt lill-Iskrivan tal-Kamra biex jagħtihieli, imma naf x'hemm taħt Chapters I - 4, Chapters 7 - 12 u Chapters 15 - 20 - insibu li hemm ħemel ta' prodotti li m'għandhomx dazju fuqhom - il-Gvern mhux ta' dawk irid jagħti kas, imma xorta jrid jagħti kashom fil-weighting li għandhom fit-total food import bill - imbagħad hemm prodotti li huma konsmati b'mod popolari, fosthom il-laħam li fih dazju according to weight - mhux percentage duty - ngħidu aħna ta' Lm2.50 kull elf kilo. Id-dazju fuq dawn il-prodotti konsmati b'mod popolari tant huwa negliġibbli li żgur li meta tagħmel weighting ta' l-affarijet ma jwassalx għall-figura ta' 6% li qed tissemma. Imbagħad hemm items, bħalma huma l-prodotti tal-baħar li jgħidulhom crustaceans, fosthom il-lobster, crab u affarijet bħal dawn li jidħlu f'Malta ffriżati, li għalkemm jiġu konsmati, ċertament li m'humiex parti importanti mill-consumption pattern ta' l-ikel tal-poplu tagħna. Imbagħad hemm affarijiet oħra li fihom id-dazju - uħud minnhom dazju sostanzjali għax huwa dazju protettiv - bħalma huma canned vegetable products, fejn hemm ċerti items li għandhom dazju ta' 25%. Pero' mhux lejn ir-rata tad-dazju trid tħares, imma lejn il-konsum ta' dawk l-affarijiet bħala proporzjoni mill-konsum totali ta' l-ikel fil-pajjiż. Jien mhux qed ngħid li l-figura ta' 6% inġibdet mill-arja, imma li għandha tkun sostanzjata f'din il-Kamra bil-workings li għamel il-Gvern ħalli għallinqas inkunu nistgħu nħarsu lejn dawk il-workings. Jien l-ewwel wieħed li jekk insib li huma aċċettabbli ngħid li huma aċċettabbli, imma għallinqas għandu jkun hemm il-possibilita' li jekk kemm-il darba jkun hemm xi questions fuqhom, inkunu nistgħu nagħmlu dawk il-questions.
THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor. Josef Bonnici.
ONOR. JOSEF BONNICI: Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn l-aħħar studju li sar, Impact of Fiscal Reform, page 18, isib tabella li taqsam in-net duty levy effect as a persentage of total household expenditure. Ovvjament din qiegħda aggregata fit-tabella. Familja li taqla' inqas minn Lm50 fil-ġimgħa tonfoq 5.4% mill-income tagħha f'taxxi, bħal duties u levies, li issa se jitneħħew. Dan il-persentaġġ jitla' għal 6.4% fejn l-income band huwa ta' bejn Lm50 u Lm70; f'income band ta' bejn Lm70 u Lm90, il-persentaġġ ta' nfiq f'taxxi huwa ta' 6.3%; f'income band ta' bejn Lm90 u Lm110 il-persentaġġ jammonta għal 5.5%, u fejn l-income huwa ta' bejn Lm110 u Lm150, il-persentaġġ ta' dan l-infiq huwa ta' 5.2%. Minn dan joħorġu żewġ affarijiet, l-ewwelnett li above the Lm50 to Lm70 income range, iktar ma taqla' iktar jonqos il-piż tad-dazju u l-levy bħala persentaġġ tan-nefqa, li fil-fehma tiegħi, juri li d-dazju kif inhu - dan issa se jitneħħa - huwa rigressiv. It-tieni punt huwa li l-weighted average fuq it-total households huwa ta' 6.2%. Jien naħseb li għal dik qed nirreferu meta nsemmu l-ispiża. Fl-istudju l-ieħor hawn ċerti dettalji, inkluż section rigward food, pero' naħseb li l-Onor. Membru jrid iktar dettalji li nistgħu nġibu aktar tard. Fil-fatt din hija argumentazzjoni li iktar tkun f'lokha waqt is-Second Reading.
THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor. Spiteri.
ONOR. LINO SPITERI: Li qed jagħmel l-Onor. Josef Bonnici huwa li jispjega bil-figuri dak li l-Ministru qal bil-kliem. GĦal darb'oħra that is assertion, it is not ... Inti qiegħed tikkwota l-figuri tagħkom stess - mhux se ngħid tiegħek stess, naturalment għaliex dawk huma isforzi kollettivi - minkejja li jkunu kkontribwixxew iżjed minn ċerti nies oħra partikolari. M'hux il-ħsieb tiegħi li nindividwa nies, la biex infaħħar u lanqas biex nikkritika; se neħodhom kollettivament. Dawn huma figuri tagħkom ippreżentati fuq il-platt mingħajr ma nafu x'fihom. Qisna morna nieklu ikla fniek u l-fenek ma rajniehx, jiġifieri ma nistgħux neskludu li dak li qed nieklu m'hux qattus. Jien ma rridx ngħid li huwa qattus, irid naċċettah bħala fenek. Pero' nixtieq nkun naf eżatt il-provenjenza ta' dan il-fenek, il-pedigree tiegħu, jekk hux selvaġġ jew mans. Meta tidħol l-istatistika huwa ħafna iżjed faċli li tkun tafhom l-affarijiet. L-Onor. Josef Bonnici jgħallimni li l-figura ta' 6% - hu qed jikkwotaha iżjed preċiż u qed jgħid li hija 6.2% - bilfors li tasal għaliha bil-mod li għidt jien. Jien la jien econometrician u lanqas statistician, imma sa hawnhekk naħseb li nasal. Li trid tagħmel hu li tħares lejn dawk il-mijiet ta' items li hemm fl-Import Duties Act fic-chapters li għandhom x'jaqsmu ma' l-importazzjoni ta' ikel, tara l-klassifika ta' l-ikel - jien diġa' tajt indikazzjoni fuqha miċ-ċanga sal-crustaceans; iċ-ċanga hija parti mill-budget popolari tal-poplu kollu, jiġifieri parti mill-budget medju, filwaqt li hawn nies li l-crustaceans lanqas idurilhom ilsienhom għalihom, oħrajn li lanqas żaqqhom ma ddurilhom għalihom għaliex jagħmlulhom id-deni, imma hawn oħrajn li jħobbuhom - u mbagħad tagħmel weighting tagħhom. Naħseb li kien ikun xieraq li l-Kamra u l-poplu jingħataw dawn id-dettalji. Għalkemm qed nagħmel dan il-punt, huwa evidenti li l-Gvern m'għandux dawn id-dettalji available għax naħseb li kieku kien jagħtihomlna Pero' dan huwa nuqqas li jmur 'l hemm minn din il-Kamra għaliex dan id-dibattitu jrid ikompli barra minn din il-Kamra. Kien ikun xieraq li dawn il-kalkoli jiġu provduti biex wieħed ikun jista' verament jagħmel assessment jew kejl ta' jekk hux il-każ li l-ikel għandu jorħos jew le. Jiena m'iniex se noqgħod intambar l-istess punt; jekk il-Gvern m'għandux dawn id-dettalji hawnhekk, ikolli naċċetta l-qagħda kif inhi, għalkemm m'iniex kuntent li nagħmel dan.

Inkompli fuq l-ikel u nirreferi għall-Fifth Schedule kif aħna ggwidati li nagħmlu minn item 9 tas-Second Schedule li rreferietna għal "paragraph (b) of section 19 of this Act in terms of the Fifth Schedule to this Act". Issa l-Fifth Schedule tittratta dwar "Supplies subject to the rates specified in paragraph (b) of section 19". Jiġifieri r-rata hawnhekk hija ta' 10% u mhux iżjed rata normali ta' 15%. Ma ninsewx illi l-Gvern qiegħed jipproponi tliet rati. Waħda li effettivament hija zero, waħda ta' 15% għal prodotti jew servizzi li huma soġġetti għall-VAT, li hija r-rata prattikament ġenerali, pero' mbagħad hemm ftit prodotti u ftit servizzi li se jkunu soġġetti għall-VAT bir-rata ta' 10%. U fil-Fifth Schedule hemm elenkati dawk il-prodotti u servizzi. Il-prodotti li effettivament se jkunu ntaxxati bir-rata ta' 10% huma ikel meta jkun servut b'ċertu mod. Taħt il-Fifth Schedule u taħt il-heading "Supplies subject to the rate specified in paragraph (b) of section 19" għandna li:-


"The supply of food purveyed at a catering establishment, other than that classified as Take Away ...",
u mbagħad hemm il-provvediment li mhux se noqgħod nidħol fih. Mela "the supply of food purveyed at a catering establishment" - restaurant ikun ta' liema klassi jkun - se jkun soġġett għall-VAT bir-rata ta' 10% li se tirrimpjazza l-levy eżistenti. Jista' l-Ministru jew is-Segretarju Parlamentari jispeċifika xi tfisser "other than that classified as Take Away"? Jiġifieri min se jixtri minn "Take Away" mhux se jiġi ċċarġjat bl-10% għax hemm il-kliem "other than that". Imma allura biex se jiġi ċċarġjat biż-zero rate jew bil-15%?
Yüklə 1,01 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10   ...   16




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin