L-ordni għall-Kumitat ġie moqri. FIL-KUMITAT L-Onor. Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi. Ikompli mit-28 ta' Lulju, 1994. Klawsola 8 - Lok ta' provvista. (Kont.)
Clause 8 - Place of supply. (Cont.)
THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki? Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. ALFRED SANT: Jien nixtieq li jerġa' jkollna spjega tal-metodoloġija li ntużat biex tiġi formolata din il-klawsola. Il-bieraħ kien hawn qbil li servizzi li jingħataw barra huma meqjusa bħala esportazzjoni u servizzi li jsiru f'Malta mill-Maltin huma meqjusa bħala produzzjoni lokali u servizzi li qed jinxtraw minn barra jitqiesu bħala importazzjoni. Imma mbagħad meta tipprova tifhem l-Iskeda item by item skond dan il-ħsieb, issib li jkun diffiċli li tifhem it-tifsila eżatta ta' dak il-ħsieb.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Fil-fatt dak li qed jgħid l-Onor. Sant huwa minnu. Għaliex l-ewwel qed nagħmlu r-regola, imbagħad nispeċifikaw l-eċċezzjonijiet għal dik ir-regola, u dawn qed jiġu speċifikati proprju għax ma jimxux skond ir-regola. Jiġifieri għalhekk qed insemmu każijiet speċifiċi. L-Onor. Sant qal li meta taqra dak li hemm fl-Iskeda ssib li dak li hemm miktub m'huwiex skond ir-regola li annunċjajna. Preċiżament għalhekk qed jiġu listed fl-Iskeda, għax ma jsegwux ir-regola.
ONOR. ALFRED SANT: Imma ma nifhimx għaliex għandu jkun hemm dawk l-eċċezzjonijiet.
ONOR. JOHN DALLI: Ħalli naraw il-loġika ta' l-affarijiet. Ir-regola hija kif qal l-Onor. Sant u kif hemm f'item 1 ta' l -Ewwel Skeda, jiġifieri li:
"... a supply of services shall be treated as made in the country where the supply is established.".
ONOR. ALFRED SANT: Jiġifieri minn dik tista' tiddetermina jekk supply of services hijiex importazzjoni jew esportazzjoni mill-perspettiva Maltija?
ONOR. JOHN DALLI: Iva, normalment jekk xi ħadd qed jagħti servizz f'Malta dak huwa soġġett għall-VAT, għax at this stage m'hemmx esportazzjoni. Jekk servizz qed jingħata minn persuna barranija, dak is-servizz m'hux soġġett għall-VAT. Qed ngħidu wkoll li bħala regola jekk servizz jingħata minn persuna stabbilita f'Malta, dak is-servizz huwa taxxabbli. Kif spjegajna fl-aħħar tas-seduta tal-bieraħ, il-kwestjoni ta' fejn huwa stabbilit min qed jagħti s-servizz trid tinqara fil-kontest ta' subklawsola 2 (2), li tistabbilixxi t-tifsira ta' "established" għall-finijiet ta' din il-Liġi. Pero' ma nistgħux inżommu dejjem ma' dik ir-regola u għalhekk qed nispeċifikaw il-każijiet fejn ma tiġix segwita.
ONOR. ALFRED SANT: M'iniex insegwi dak li qed jipprova jgħid il-Ministru, għax jekk servizz huwiex soġġett għall-VAT jew le qed jiġi determinat mill-place of establishment tas-servizz. Allura jekk is-servizz qed jingħata minn Malta għal Malta u jekk qed jingħata minn Malta għal barra, xorta huwa soġġett għall-VAT, skond l-ewwel artiklu ta' l-Iskeda. Jekk servizz jingħata barra għal barra stess, jew inkella minn barra għal Malta, m'huwiex soġġett għall-VAT.
ONOR. JOHN DALLI: Dik hija r-regola.
ONOR. ALFRED SANT: Imma għaliex trid tagħmel dik ir-regola? Jien dik li ma nistax nifhem.
ONOR. JOHN DALLI: Dik ir-regola trid tagħmilha biex tagħmel l-ewwel distinzjoni bejn servizzi li qed jingħataw minn Maltin f'Malta u servizzi li jingħataw barra minn Malta minn barranin. L-ewwel trid tibda b'dik il-qasma ġenerali. Imbagħad qed nispeċifikaw iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fejn servizzi li se jingħataw f'Malta minn persuni stabbiliti barra jiġu soġġetti għall-VAT xorta waħda. Barra minn hekk, qed nispeċifikaw ukoll iċ-ċirkostanzi fejn għalkemm il-persuna li qed tagħti servizz hija stabbilita f'Malta - allura skond ir-regola ġenerali kull attivita' li tagħmel hija taxxabbli - m'hix se tkun taxxabbli għal dawk is-servizzi li se tagħti lil persuna li qiegħda barra. B'hekk indaħħlu l-konċett ta' l-esportazzjoni li diġa' semmejna.
ONOR. ALFRED SANT: Jien inħoss li din il-premessa hija kontra l-loġika. Hemm xi raġuni għaliex qed tiġi addottata din il-metodoloġija, jew sempliċement għax hija l-prassi internazzjonali li jsir hekk? Jien kważi ngħid li għandha tiġi bil-maqlub, jiġifieri l-provvista tas-servizz titqies li qed issir fejn is-servizz jiġi delivered. Għaliex qed titlaq mill-punt li jiġi kkonsidrat il-post fejn hija stabbilita l-persuna li tagħti s-servizz u mhux fejn qed jiġi rċevut? X'inhi r-raġuni għal din il-metololoġija?
ONOR. JOHN DALLI: Ir-raġuni għal din il-metodoloġija hija li finalment għal dak li huwa accounting ta' taxxa, il-VAT tħares lejn min qed jagħti s-servizz u mhux min jirċevih. Kieku kellek tagħsar il-qalba amministrattiva ta' dan il-konċett ta' tassazzjoni, issib dawn il-punti kardinali li nħobb nirrepetihom għax huma importanti biex nifhmu l-istruttura tal-VAT. L-ewwelnett il-VAT tħares lejn il-prodott jew is-servizz fih innifsu u għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-accounting tat-taxxa, tħares lejn min ikun qed jipprovdi l-prodott jew servizz. Min ikun qed jirċievi s-servizz huwa jew il-bniedem li finalment se jeħel it-taxxa jew inkella l-bniedem through whom se tgħaddi l-VAT. Għalhekk meta nibdew inħarsu lejn min jirċievi s-servizz, imbagħad inħarsu biss qua input tax vis-a-vis min jirċievi s-servizz. Allura billi hemm din l-enfasi fuq min qed jagħti s-servizz, tara thread fil-liġi kollha li tippermja d-definizzjonijiet u r-regoli fuq x'inhu s-servizz u min qed jagħtih. Fuq dik il-bażi ġenerali, meta qed niddefinixxu x'inhu "place of supply" aħna l-iktar li jinteressana hu l-place of supply ta' min qed jagħti s-servizz u mhux min qed jirċevih, imbagħad nibdew nibbażaw id-definizzjoni fuq min qed jagħti s-servizz u nagħmlu l-eċċezzjonijiet għaliha skond kif jagħmel sens. Fl-opinjoni tagħna - nerġa' ngħid li dawn huma provedimenti provati għal ħafna decades f'pajjiżi oħra - meta qed titkellem fuq proprjeta' immobiljari, anke jekk persuna li qed tagħti servizz m'għandhiex place of establishment fil-pajjiż - ħalli nitkellmu fuq Malta - jekk il-proprjeta' hija f'Malta, dak is-servizz xorta huwa taxxabbli. U dan għaliex b'hekk ma jkollniex il-problema li għax dak it-tip ta' servizz ġej minn barra, se jkun iktar kompetittiv minn servizz li jagħtu l-Maltin għal proprjeta' immobiljari f'Malta. Allura tagħmel ħafna sens li tgħid li dawk huma taxxabbli xorta, imbagħad il-mod ta' min se jagħmel l-accounting ta' din it-taxxa u kif - kif irreleva b'mod tajjeb l-Onor. Mifsud Bonnici l-bieraħ - huwa linked ma' klawsola 10, fejn bil-konċett ta' dak li nsejħulu reverse charge ikollna l-metodu ta' accounting minn min jirċievi s-servizz - biex ma nikkomplikawx l-issue dak inħalluh on the side għalissa.
F'item 3 tal-First Schedule qed ngħidu li:
"A supply of transport services shall be deemed to be made in the place where the journey commences.".
Transport service huwa l-freighting u l-freighting of goods huwa marbut ma' fejn tgħabbew l-affarijiet u is deemed to be made fejn tgħabbew l-affarijiet. Jekk saret esportazzjoni f'Malta, is-servizz tat-trailer li jitgħabba f'Malta biex jaqsam l-Ewropa u jasal il-Ġermanja, huwa soġġett għat-taxxa f'Malta. (Interruzzjoniijet) Iva, l-international transport huwa l-istess, għaliex anke fi klawsola 8 qed ngħidu li għad-definizzjonijiet ta' export qegħdin nikkonsidraw li d-delivery tkun saret f'Malta biex l-accounting għall-export isir f'Malta. Allura naturalment it-tagħbija ta' dak l-export ukoll trid tiġi kkonsidrata bħala li bdiet f' Malta u li saret f'Malta. Jiġifieri dawn jingranaw ma' xulxin u l-kreditu jittieħed f'Malta. It-transport - jekk m'inix sejjer żball - huwa eżentat ukoll, pero' biex ikollna l-kapaċita' li neżentaw qed ngħidu li dak qed isir f'Malta. Anke kieku m'hux eżentat jekk se jħallas il-VAT, ladarba huwa f'Malta jista' jagħmel claim għall-input tax tal-VAT li jħallas għax sar f'Malta u allura he clears his deck mil-lat ta' VAT costs f'Malta. Dawk huma l-konċetti.
ONOR. ALFRED SANT: F'item 5, għaliex "a supply of services consisting in the letting of movable tangible property ..." is independent of where the property is located?
ONOR. JOHN DALLI: GĦax huwa movable. Item 5 jgħid hekk:
"A supply of services constisting in the letting of movable tangible property, with the exception of all forms of transport, shall be deemed to be made in the country where the property is used by the lessee.".
Din ukoll iddiskutejniha xi ftit il-bieraħ. F'item 5 qed ngħidu li jekk kuntrattur Malti - allura normalment huwa stabbilit f'Malta - jieħu kuntratt f'Saudi Arabia u jkun hawn kumpannija stabbilita f'Malta li tikri l-makkinarju, bħal krejnijiet eċċ., u jikri mingħand din il-kumpannija f'Malta biex is-servizz jingħata barra minn Malta - l-ewwelnett aħna għandna nteress li jikri mingħandha u mhux minn Saudi Arabia jew mingħand ħaddieħor - dak m'huwiex soġġett għat-taxxa, għax f'dak is-sens huwa an export of service. Imbagħad item 6 prattikament tkompli tgħid li dawn is-servizzi, ladarba se jingħataw lil persuni barra minn Malta - hawnhekk qed tiddipartixxi minn dak il-konċett u għalhekk hija eċċezzjoni u qed tiddipartixxi mill-konċett ta' l-establishment tas-supplier biex tmur fuq l-establishment tal-konsumatur ... Mela qed ngħidu li f'dawn il-każi trid tħares lejn fejn huwa established il-konsumatur, kemm biex is-servizz minn Malta għal barra ma jkunx loaded b'taxxa li tista' tirrendih uncompetitive u anke minħabba li konċett ieħor bażiku tal-VAT hu li tillimita t-taxxa għall-konsum f'Malta u mhux għall-konsum barra minn Malta. Dawk huma r-raġunijiet għalfejn qegħda hekk.
ONOR. ALFRED SANT: Mr Chairman, f'dan is-sens, taħt Item 6(a) tal-First Schedule hemm:
"the transfer of assignment of a copyright patent, trademark, tradename or licence or of any right thereon;".
Ejjew nieħdu, per eżempju, kumpannija Maltija li għandha dritt jew qed tixtri dritt għal-licence fuq attivitajiet taħt grants, mhux għas-suq Malti imma għas-suq barrani. Ċertament li f'dak il-każ anke dik it-transaction hija VATable. Ejjew nieħdu l-eżempju ta' kumpannija "X" hawn Malta li tagħmel licence arrangement ma' kumpannija barranija - nimmaġina ma xi waħda kbira - biex dik il-licence tużaha, per eżempju, fil-Libja. Dik il-licence qed teħodha kumpannija stabbilita Malta u qed tużaha barra minn Malta, in that case dik hi VATable taħt din id-definizzjoni, qed nifhem sew?
ONOR. JOHN DALLI: L-użu tal-liċenzja qed isir f'post established barra, dan hu intermidjarju biss hawnhekk ... Ħalli nieħu każ ieħor, per eżempju, ta' Malti li jikteb ktieb u jbiegħu lil xi publishing house barra, dik mhijiex VATable għal dak is-servizz għax il-konsumatur barra mhux se jħallas VAT għax il-konsum qed isir barra.
ONOR. ALFRED SANT: F'dan il-każ kollox sew, imma jien qed nagħtik każ differenti. Qed insemmi kumpannija "X" hawn Malta li ħadet licence mingħand Caterpillar biex it-tractors tagħha tkun tista' tbiegħhom fil-Libja. Il-licence inxtrat minn kumpannija Maltija stabbilita f'Malta u qed tużaha għal business barra mill-pajjiż - that's export - pero' int qed tgħid, taħt din id-definition, li that contract is VATable.
ONOR. JOHN DALLI: Mhux bilfors; jekk kumpannija għandha place of establishment barra minn fejn qed tbiegħ dawn it-trakkijjiet, allura l-establishment ta' l-attivita' li qed tuża l-licence hija barra - f'dan il-każ hija l-Libja u mhux Malta. Paragrafu 2 (2) (a) jgħid:
"if a supply is made by or ta a person in the course or furtherance or for the purposes of an economic activity carried on by that person in, from, or through a fixed place situated in a country that person shall be deemed, in respect of that supply, to be established in that country;"
Jiġifieri jekk kumpannija "X" stabbilita f'Malta - semmejtha l-aħħar darba u għandna minn dawn - għandha kumpannija tal-manifattura fit-Tuneżija u din tixtri servizz biex tużah fil-kumpannija tat-Tuneżija, il-place of establishment li se tuża hija t-Tuneżija. Jekk din xtrat franchise tal-Macdonalds u, per eżempju, m'għandhiex uffiċċju fit-Tuneżija, din għalfejn se tużaha? Jekk xtrat franchise ta' ajruplani - qed insemmi xi ħaġa li ma tantx jinbiegħu bit-tużżani - u dan sempliċement użatu biex biegħet ajruplan f'Tunes u sempliċement ħadet il-commission ta' dan il-franchise għal dak l-ajruplan, dik hija VATable fis-sens li l-ajruplan se jkun inbiegħ - jekk ikun on a franchise biss - direttament mill-kumpannija barranija lit-Tuneżija. M'hux se jkun inbiegħ lill-kumpannija Maltija u din tbiegħu lill-kumpannija ta' Tunes.
ONOR. ALFRED SANT: Le dik mhux hekk taħdem. Fil-franchise agreement ikollok base payment imbagħad ikollok il-commission over and above. Mhux hekk isiru l-affarijiet?
ONOR. JOHN DALLI: Hekk hu.
ONOR. ALFRED SANT: Ejjew nieħdu xi ħaġa aktar prattika għax ta' l-ajruplani li semma l-Onor. Dalli hi ftit far fetched. Ejjew insemmu l-jellies li jinbiegħu fil-Middle East. Min ibiegħhom, kulma għandu huwa licence u m'għandux uffiċċju hemmhekk, ikun hemm sales agents li jmorru u jiġu. Dak it-tip ta' arranġament huwa VATable, peress li fil-Middle East m'hemmx stabbiliment Malti.
ONOR. JOHN DALLI: Jekk m'hemmx stabbiliment Malti fil-Middle East u dan qed jirċievi servizz allura huwa VATable. Naturalment il-VAT se tiġi recovered fit-transazzjonijiet.
ONOR. ALFRED SANT: Onor. Dalli trid toqgħod attent għax għandek żewġ affarijiet; għandek il-franchise jew il-licensing agreement, li mbagħad jippermetti a second agreement li huwa the production agreement. Fuq il-production agreement għandu l-credits, għandu l-exemptions u għandu r-refunds - għax export - imma minnu nnifsu l-licensing jew il-franchise agreement m'għandux dawk it-tip ta' affarijiet allokati miegħu għax kulma għandek huwa transfer of rights to export to that area under that brand. F'dak il-każ m'hemmx refunds għax it's a straight VAT ....
Ħalli ngħidlek kif ikunu l-arranġamenti. Per eżempju, kumpannija barra li għandha brand "X" ikollha arranġament ma' producer Malti biex hu jipproduċi taħt dak il-brand u biex ikollu wkoll esklussivita' f'dak il-market. Mela hemm żewġ elementi fiha l-biċċa xogħol; l-element fejn qed jiġu transferred dawk ir-rights u l-element fejn qed issir il-produzzjoni u l-esportazzjoni. Fuq il-produzzjoni u l-esportazzjoni m'hemmx problema, in terms ta' VAT, imma fuq il-franchise li hija l-licensing agreement, sakemm il-Malti m'għandux uffiċċju stabbilit fil-post fejn qed jesporta, fl-opinjoni tiegħi, għandu problema.
ONOR. JOHN DALLI: GĦandu u m'għandux, fis-sens li dan iħallas VAT għax qed jirċievi s-servizz fuqu, pero' dik il-VAT li se jħallas ladarba hi in the nature of his business hija refundable mill-Gvern, għax it is in the nature of his business. Kull VAT li titħallas mill-manifattur hija refundable - is an input tax. Dak jiġi input tax li jsir claim għalih mill-manifattur stess.
ONOR. ALFRED SANT: Jiġifieri qed tgħid li hija claim mill-cost and profit centre tiegħu bħala licensing li mbagħad jibgħatha fuq il-production centre tiegħu
ONOR. JOHN DALLI: Le, claim mal-Gvern. Aħna m'aħniex se nidħlu fil-profit centres u l-cost centres tal-manifattur. Aħna qed ngħidu li kwalunkwe VAT li se jħallas manifattur li jesporta taħt dan l-arranġament - u anke mingħajru - u kwalunkwe spejjeż ta' inputs li għandu u li huma in furtherance of his business -be they input of services or goods, huwa ovvju li l-licence agreement hija in furtherance of his business - huma reclaimable mingħand il-Gvern.
THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-bieraħ qanqalna l-kwestjoni ta' stabbiliment Malti li jagħmel reklamar barra minn Malta permezz ta' organizzazzjoni tar-reklamar stabbilita f'Malta u intqal li dak huwa soġġġett għat-taxxa. Intqal ukoll li la dan għandu x'jaqsam ma' esportazzjoni dan ir-reklamar għandu jiġi eżentat mill-imposta, mentri skond kif għandna hawnhekk huwa soġġett għat-taxxa.
ONOR. JOHN DALLI: Inti qiegħed tgħid għal każ tal-Coca Cola tal-bieraħ?
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, dak huwa każ ieħor.
ONOR. JOHN DALLI: Mela erġa' fehemni daqsxejn.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-każ tal-Coca Cola kien li biex l-aġent Malti ma jeħilx l-imposta ta' 15% il-ftehim ma' l-advertising agent isir mal-kumpannija tal-Coca Cola ta' barra u dawk jagħmlu r-reklam hawn Malta. F'dan il-każ l-aġent Malti ikun eżenti. Din insiha għax id-diffikulta' mhijiex fuq din. Id-diffikulta' hija li stabbiliment stabbilit f'Malta qiegħed jinqeda minn kumpannija tar-reklamar stabbilita f'Malta biex jagħmel reklamar barra minn Malta għall-prodotti li jbiegħ jew biex jattira turisti għas-suq Malti. Skond item 6 dan huwa soġġett għat-taxxa.
ONOR. JOHN DALLI: Iva, imma dik it-taxxa li jkun ħallas is claimable. Veru li huwa soġġett għal VAT f'Malta, pero' dak il-VAT li ħallas huwa input tax li jikklejmjah lura.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma għaliex jikklejmjah lura?
ONOR. JOHN DALLI: Għaliex it is an expense in furtherance of his business u bħala expense in furtherance of his business and his business is a taxable or zero rated or an exempt with credit supply - u f'dan il-każ it-turiżmu huwa a taxable supply - allura kull ħlas ta' VAT li hu għamel on any costs in furtherance of his business is considered as an input tax which is claimable on his first return.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Hemm xi raġuni għaliex għandha tkun hekk?
ONOR. JOSEF BONNICI: Iva, għax inkella jibda jkollok tibda taqsam is-servizz ta' advertising agency. Daqqa jkun VATable u oħra le. Allura jaqbillek tagħmlu dejjem VATable u jkun recoverable biex tnaqqas il-possibilita' ta' loopholes.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk advertising agency tagħmel xogħol għall-persuna stabbilita barra minn Malta dik ma tkunx VATable allavolja x-xogħol ikun qiegħed isir hawn Malta. Jekk tagħmel xogħol għall-persuna stabbilita Malta tkun VATable allavolja r-reklamar ikun qiegħed isir barra minn Malta. Hemm użu ta' kriterji differenti. Għandek il-kriterju tal-persuna li tkun qed tirċievi s-servizz u għandek il-kriterju tal-post fejn dak is-servizz ikun qed jingħata.
ONOR. JOSEF BONNICI: Dak li qed tgħid huwa tajjeb. It-tieni każ li semmejt huwa illi biex l-aġenzija tar-reklamar Maltija tkun kompetittiva daqs aġenzija tar-reklamar barranija ma tistax tagħmlilha l-VAT la qed tipprovdi s-servizz barra minn Malta. Għax la l-konsumatur huwa barra minn Malta ma jkollux mezz biex jikklejmja. Veru li qisha qed tittratta b'mod differenti pero' hemm din ir-raġuni li għadni kif semmejt.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. ALFRED SANT: Se ngħid xi ħaġa dwar paragrafu (f) ta' item 6 ta' l-Ewwel Skeda li tittratta dwar the supply of staff. Fil-każ ta' supply of staff f'Malta għal klijent fl-Italja jitqies ukoll li qisha kienet supply based fl-Italja?
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi.
ONOR. JOHN DALLI: Aħna qed ngħidu li dan huwa supply of a service li se jmur skond fejn il-konsumatur is established.
ONOR. ALFRED SANT: Imma jekk il-konsumatur qiegħed l-Italja u s-supply of staff se jkun f'Malta stess?
ONOR. JOHN DALLI: Is-supply of staff ifisser li tibgħat in-nies jaħdmu hemm.
ONOR. ALFRED SANT: Le, le jien mhux hekk qiegħed ngħid. Supply of staff f'Malta. Per eżempju, travel agency Taljana li m'għandhiex uffiċċju hawn u għandha sempliċement rappreżentant u tiġi supplied bi tourist guides.
ONOR. JOHN DALLI: Mela allura f'dan il-każ ikun VATable.
ONOR. ALFRED SANT: Għaliex?
ONOR. JOHN DALLI: Għax il-konsumatur Malta qiegħed.
ONOR. ALFRED SANT: Jekk għandek kumpannija b'tour operator Taljan u qiegħda stabbilita l-Italja u qed tibgħat in-nies hawn u inti qed tipprovdilha tourist guides man-nies li qed tibgħat biex idawruhom min-naħa għal oħra ...
ONOR. JOHN DALLI: Min qiegħed jipprovdihomla?
ONOR. ALFRED SANT: L-aġenzija Maltija hi li tipprovdi provvista ta' staff lill-kumpannija Taljana stabbilita fl-Italja li sempliċiment qed tibgħat it-tours hawn Malta. Qed tifhem xi rrid ngħid?
ONOR. JOHN DALLI: Ejja nibdew minn dak li hu ovvju. Supply of staff huwa meta kumpannija ta' periti, ta' accountants eċċ. f'Malta tibgħat l-istaff tagħha fl-istabbilimenti barra minn Malta jew kumpannija barranija tibgħat l-istaff tagħha fi stabbiliment f'Malta. F'dak il-każ qed ngħidu li l-VAT se tinġibed ma' fejn qed jiġi kkonsmat. Jekk kumpannija ta' periti tibgħat periti biex jaħdmu ma' stabbiliment barra minn Malta dak mhux VATable għax dak huwa an export of service. Jekk kumpannija barranija tibgħat periti biex jaħdmu fuq proġett f'Malta għall-kumpannija Maltija dak huwa VATable. Issa fil-każ li qiegħed isemmi l-Onor. Alfred Sant fejn qiegħed jingħad li kumpannija barranija qed tibgħat it-turisti f'Malta u kumpannija Maltija qed tipprovdi l-istaff, il-kumpannija Maltija tkun qed tipprovdi servizz f'Malta għax il-konsum qiegħed isir f'Malta. (Interruzzjonijiet) Inti qiegħed tistaqsi lil min se toħroġ l-invoice.
ONOR. ALFRED SANT: Dażgur. Mhux lill-kumpannija Taljana se toħroġ l-invoice?
ONOR. JOHN DALLI: Jiena ngħid li hija VATable. Ħa niċċekja daqsxejn.
ONOR. ALFRED SANT: Skond id-definition mhijex VATable. Ejja nerġgħu nirrepetu l-każ. Għandek tour operation Taljana li qed tibgħat it-tours hawn Malta u waħda mill-kondizzjonijiet hija li jkollhom provvista ta' touist guides biex jieħdu ħsieb in-nies li jibagħtu. That is a supply of staff to an Italian tour operation based in Italy li m'għandhiex uffiċċju f'Malta.
ONOR. JOHN DALLI: Għal din il-mistoqsija se nerġa' mmur f'subklawsola 2 (b) li tgħid:
"if a supply is made by ....
- allura f'dak il-każ it-tour operator Malti -
... or to a person in the course of furtherance or for the purposes of an economic activity carried on by that person in, from or through a fixed place situated in a country that person shall be deemed, in respect of that supply, to be established in that country
(i) in the case of a person other than an individual, in the country where it is formed, incorporated, registered, constituted or managed;
(ii) in any other case, in the country where that person has a permanent address or usually resides.".
Pero' skond paragrafu (a) ta' subklawsola 2 (2), fil-każ ta' servizz mogħti f'Malta minn persuna f'Malta, that is a taxable supply, proprju għax huwa mogħti lil xi ħadd f'Malta.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma tista' tagħti s-servizz f'Malta lil xi ħadd li m'hux stabbilit f'Malta, bħalma jiġri fil-każ tas-servizzi bankarji.
ONOR. JOHN DALLI: Imma fil-paragrafu li semmejt hemm il-kliem "by or to". Il-place of establishment huwa regolat b'subklawsola 2 (2). Allura r-referenza li hemm fil-First Schedule għal "establishment" irridu neħduha fil-kontest ta' din is-subklawsola. Skond paragrafu (a), the supply of staff - fil-każ li semma, the supply of guides - lil xi ħadd, għal servizz f'Malta - f'dan il-każ biex iduru bit-turisti f'Malta - jobdi r-regolamentazzjoni kollha ta' klawsola 5, għaliex hija "supply, made in Malta for a consideration by a taxable person". Allura it is a taxable supply u billi hija magħmula minn xi ħadd f'Malta, it is established in Malta. Il-fatt li sempliċement l-invoice se tmur barra, ma jeżonerax l-obbligu tat-taxxa minħabba l-kwestjoni ta' l-establishment. Is-servizz f'dan il-każ jingħata f'Malta u jiġi invoiced barra. Hawnhekk qed ngħidu fejn attwalment qed jingħata s-servizz.
ONOR. ALFRED SANT: Imma waħda tikkontradixxi lill-oħra.
ONOR. JOHN DALLI: Fil-każ li semma l-Onor. Sant, is-servizz qed jingħata f'Malta. Ara kieku tibgħat tour operators biex idawru lin-nies fi Sqallija, is-servizz qed jingħata fi Sqallija, imma dik hija ħaġa oħra. Pero' ladarba s-servizz qed jingħata f'Malta, that is a taxable supply.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien jidhirli li jekk din ir-regola hija suprema, il-każijiet l-oħra m'għandhomx għalfejn jingħataw għax jekk il-clinching hija fejn qed jingħata s-servizz, la min qed jagħtih u lanqas min qed jirċevih m'huma relevanti. Allura għalfejn indaħħluhom?