ONOR. JOHN DALLI: Qed indaħħluhom biex inkunu speċifiċi f'każi definiti u b'hekk inkunu qed nevitaw ukoll il-possibilita' ta' double taxation fuq ċerti sitwazzjonijiet ta' fejn se jiġi ntaxxat servizz jekk hux hawnhekk jew barra. Irridu nkunu ċari u għalhekk hemm ċerta konformita' ma' regolamenti li jeżistu f'pajjiżi oħra, biex naqtgħu kemm jista' jkun il-grey areas fejn jistgħu jinqalgħu każi ta' double taxation ta' l-istess servizz.
ONOR. ALFRED SANT: Ma jidhirlekx li hemm kontradizzjoni bejn subklawsoli 2 (2) (a) u (b) u item 6 ta' l-iskeda? GĦax waħda tikkontradixxi lill-oħra.
ONOR. JOHN DALLI: Din m'hix kwestjoni ta' kontradizzjonijiet. Hawnhekk qed tannunzja r-regolamenti ġenerali u fejn hemm eċċezzjoni tispeċifikaha. Issa ladarba hija eċċezzjoni, hija kontradizzjoni, għax ma taqax taħt ir-regoli, inkella m'hix eċċezzjoni. Tarahiex bħala kontradizzjoni imma bħala eċċezzjoni.
ONOR. ALFRED SANT: L-eċċezzjoni għandha tmur fis-sens li the final result huwa li tour operator Taljan li qiegħed jingħata s-servizz ta' supply of tour guides hawn Malta, jekk dan m'għandux uffiċċju hawn Malta huwa eżenti mill-VAT. That's the end result.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Item 6 ma jgħidx li trid tħares lejn min jirċievi s-servizz? Min jirċievi s-servizz u mhux fejn jew minn min jingħata, jiġifieri dawk trid tinjorahom issa. Dan jgħid hekk:
"Il-provvista tas-servizzi elenkati f'dan il-paragrafu għandha titqies li tkun saret fil-pajjiż fejn ix-xerrej li jingħatawlu jew għalih jintgħamlu s-servizzi ikun qiegħed stabbilit.".
Jekk ikun stabbiliment Malti ma tagħmilx differenza imma fejn ikun min jirċievi s-servizz se jagħmel differenza. Mela jekk qiegħed f'Malta huwa soġġett għall-VAT, jekk m'hux f'Malta mhux soġġett għall-VAT, allavolja jkunu ngħataw minn stabbiliment Malti. Naħseb li din ir-regola hija suprema, trid tħares biss lejn ir-reċevitur tas-servizz.
ONOR. JOHN DALLI: Hawnhekk qed nispeċifikaw il-kondizzjonijiet li jridu japplikaw meta servizz, allavolja mogħti minn xi ħadd f'Malta, jekk hu mogħti barra mill-pajjiż huwa trattat bħala esportazzjoni. Hawnhekk dak hu li qed ngħidu.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, għax min irċevih jekk hu stabbilit f'Malta mhux se jagħmel esportazzjoni.
ONOR. JOHN DALLI: Sew qed tgħid, jekk persuna stabbilita f'Malta qed tirċievi s-servizz, dik m'hijiex esportazzjoni. L-esportazzjoni hi meta xi ħadd stabbilit f'Malta jagħti servizz lil xi ħadd mhux stabbilit f'Malta. Mhux hekk hi l-esportazzjoni?
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Tista' tkun stabbilit hawn Malta imma s-servizz qed jingħatalek għal barra.
ONOR. JOHN DALLI: F'item 6 qed ngħidu li f'dawn il-każi xorta hemm VAT fuqhom. La inti qiegħed f'Malta u qed tirċievi servizz minn xi ħadd barrani f'Malta, dak huwa soġġett għat-taxxa. Jekk hawnhekk għandna s-Central Bank, u nġibu kumpannija barranija biex tagħmel l-audit lis-Central Bank - kif inġibu u kif ġibna fil-passat - f'dak il-każ, dik il-kumpannija li se tagħti servizz f'Malta hija soġġetta għat-taxxa.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Kumpannija Maltija tista' tagħmel servizz f'Malta lil xi ħadd li m'hux stabbilit hawn Malta.
ONOR. JOHN DALLI: Kif tista' tagħmel dan?
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk tbiegħ copyright lil persuna li m'hix stabbilita f'Malta u ġiet hawn Malta, xtrat il-copyright u marret fil-post fejn hi stabbilita, dik m'hix soġġetta għat-taxxa.
ONOR. JOHN DALLI: Le, għax is-servizz ma tagħtux f'Malta imma barra minn Malta.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONICI: Le, mhux għax tagħtu barra minn Malta imma għaliex lil min tagħtu huwa stabbilit barra minn Malta.
ONOR. JOHN DALLI: Il-konsum mhux se jsir f'Malta imma barra minn Malta.
ONOR. ALFRED SANT: Jekk dak li jkun ikollu uffiċċju hawn Malta ...
ONOR. JOHN DALLI: Jekk ikollu uffiċċju hawn Malta u dak l-uffiċċju qiegħed jixtri, allura t-tranżazzjoni bejn min għandu l-copyright u dak l-uffiċċju f'Malta hija soġġetta għat-taxxa. Pero' mbagħad it-tranżazzjoni bejn l-uffiċċju f'Malta u meta se jbigħ barra m'hijiex soġġetta għat-taxxa.
ONOR. ALFRED SANT: Imma din xi tranżazzjoni tkun? Dan m'hux sempliċement clearing of books? Nagħmlu mod il-prodott Kinnie għandu suq licensed fl-Awstralja, se jsir ftehim ma' kumpannija Awstraljana li għandha l-uffiċċju tagħha hawn Malta, permezz ta' dan il-ftehim il-kumpannija tal-Kinnie tagħti r-rights tagħha u dan l-uffiċċju jħallas għalihom. It-teknoloġija titlaq f'pakkett u tibda ssir hemmhekk, m'hemmx aktar tranżazzjonijiet u f'dak il-każ hija soġġetta għat-taxxa. Jekk din il-kumpannija m'għandhiex uffiċċju hawn Malta, allura l-istess tranżazzjoni u l-istess ftehim qed isir bejn il-kumpannija tal-Kinnie f'Malta u kumpannija "X" fl-Awstralja u hemmhekk m'hijiex soġġetta għat-taxxa.
ONOR. JOHN DALLI: Iva, u l-effett huwa l-istess għax eventwalment - dan se jintuża barra kif għidt inti - anke jekk il-kuntratt isir ma' uffiċċju f'Malta xorta biex jintuża barra minn Malta. Jiġifieri finalment l-użu ta' din il-licence se jinbigħ lill-kumpannija barra minn Malta mill-uffiċċju tagħha f'Malta u f'dak il-każ titlob lura l-input tax li tkun ħallset fuq il-VAT.
ONOR. ALFRED SANT: Jiġifieri inti qed tassumi mbagħad li l-uffiċċju f'Malta ...
ONOR. JOHN DALLI: Mhux bilfors hekk irid isir?
ONOR. ALFRED SANT: GĦaliex bilfors, jekk hija sempliċement branch office? Issa qed tgħid li qed issir hekk for accounting purposes.
ONOR. JOHN DALLI: Jekk inkunu saqajna fl-art, l-ewwelnett m'għandux għalfejn jagħmel din it-tranżazzjoni through intermedjarji ta' l-uffiċċju tiegħu f'Malta, pero' jekk hu organizzat hekk ...
ONOR. ALFRED SANT: Jekk ikun rappreżentat minn ditta ta' awdituri, teknikament għandu uffiċċju f'Malta. Mhux hekk?
ONOR. JOHN DALLI: Le, jekk hu rappreżentat minn ditta ta' awdituri li jeħdulu ħsieb l-affarijiet m'għandux uffiċċju f'Malta. It-tranżazzjoni ssir with the legal body barra minn Malta. L-establishment qiegħed barra u ma ġiex Malta sempliċement għax għandu ditta ta' awdituri li qed jirrappreżentawh.
ONOR. ALFRED SANT: Mela dak li kont qed ngħidlek l-ewwel fuq il-guides ta' tour operation Taljana japplika kif għidtlek jien.
ONOR. JOHN DALLI: Le, fil-każ ta' tour operator, l-operatur Malti qed jipprovdi servizz għall-konsum f'Malta mit-turisti f'Malta. Allura ladarba dak is-servizz qed jiġi provdut f'Malta minn xi ħadd f'Malta, it's a taxable supply u jitħallas il-VAT fuqu. Biex inkomplu l-argument to its finality, jekk nieħdu x-scenarios kollha possibbli, x'jiġri? In-net effect m'hu xejn, jiġifieri ħadd m'hu se jevadi t-taxxa għax jagħmel din it-tip ta' biċċa xogħol, għax in-net effect f'idejn l-operatur se jibqa' dejjem zero. Fil-fatt dawn l-operators li jibagħtu t-turisti f'Malta ma jagħmlux din it-tip ta' ħaġa, imma jkollhom tour operator f'Malta li jieħu ħsieb hu, għaliex finalment il-cost ta' din il-VAT li se tiġi charged for a supply of staff hija wkoll claimable, għaliex l-aħħar konsumatur li huwa t-turist fil-pakkett li se jħallas se jkun hemm inkluż il-costs relevanti għaċ-charges li hemm.
ONOR. ALFRED SANT: Forsi li qed tinsa hu li meta għandek turist li qed jikkonsma affarijiet u qed jixtri affarijiet f'Malta, dawk teknikament huma exports.
ONOR. JOHN DALLI: Le, għat-turisti m'humiex exports. Il-konsum ta' turist f'Malta huwa taxxabbli f'Malta.
ONOR. ALFRED SANT: GĦall-ekonomija Maltija it's an export għax dak huwa forma ta' kif tesporta servizz.
ONOR. JOHN DALLI: GĦandek raġun, it is an indirect invisible export jew re-export, imma wieħed mill-punti speċifiċi li joħorġu għall-finijiet tat-taxxa hu li t-turiżmu u t-travelling m'humiex soġġetti għat-taxxa minn fejn jibdew, imma skond fejn isir il-konsum. U nerġa' nirrepeti li billi dawn jirregolaw tranżazzjonijiet internazzjonali, irid ikollok regolamenti li jingranaw mar-regolamentazzjoni li teżisti internazzjonalment, għax ikollok grey areas li jistgħu jinpinġu u jtellfu.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: F'ħafna pajjiżi barra minn Malta, meta turist jixtri xi ħaġa waqt li jkun ħiereġ mill-pajjiż ikollu refużjoni tat-taxxa. Din hija provduta hawn Malta?
ONOR. JOHN DALLI: Aħna qed ngħidu li f'dan l-istadju ta' implimentazzjoni tal-VAT m'aħniex se nipprovdu għal dawn ir-refunds fil-ħwienet. Jien għidt anke pubblikament, li fi stadji oħra wara li toqgħod l-implimentazzjoni nkunu nistgħu nagħtu dawn ir-refunds, pero' nħossu li f'dan l-istadju m'għandniex nagħtu din il-faċilita'. Ir-raġunijiet huma tnejn. L-ewwelnett din hija faċilita' li tinvolvi amministrazzjoni fil-ħwienet ta' mili ta' formoli u affarijiet oħra u qed ngħidu li bħala l-implimentazzjoni oriġinali m'għandniex nagħmluha, l-ewwel irridu nidraw il-VAT imbagħad l-enhancements ta' dan it-tip ta' mekkaniżmu jistgħu jiġu wara. Barra minn hekk anke mil-lat ta' amministrazzjoni - dan huwa wkoll skop ta' abbuż, l-iktar f'pajjiżna fejn għandna ħafna nies li jżuruna minn barra - jista' jingħata ċertu lok ta' abbuż li ħafna xiri jibda jsir taparsi minn barra, jew inkella jkollok tagħmel ħafna check points fl-airport biex tara li dak li nxtara ħiereġ verament u affarijiet bħal dawn. Pero', qed ngħidu li at this stage il-faċilitajiet eżistenti li hawn illum, li jinxtraw xi affarijiet mill-ħwienet imbagħad jiġu packed u delivered fl-airport - illum jeżisti ċertu arranġament mad-dwana - se nżommuhom, pero' mhux se nestendu fuqhom. Allura għall-VAT se nżommu l-arranġamenti preżenti li jeżistu mad-dwana llum, pero' mhux se nestendu fuqhom.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki fuq klawsola 8? Il-mistoqsija hi klawsola 8 u l-iskeda. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 166 tas-26 ta' Lulju 1994 din il-votazzjoni se tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Klawsola 9 - Żmien ta' provvista
Clause 9 - Time of supply
ONOR. JOHN DALLI: It-time of supply huwa konċett ieħor bażiku u mportanti għat-taxxa. It-time of supply tiddefinixxi meta t-taxxa tiġi due, fejn qed niddefinixxu meta
twettqet it-tranżazzjoni u allura meta t-taxxa hija pagabbli. Issa subklawsola 9 (1) tgħid li:
"(a) a supply of goods shall be deemed to take place at the time when the goods are delivered or otherwise made available to the person to whom the supply is made;
(b) a supply of services shall be deemed to take place on the date when the services are performed.".
Issa fis-subklawsola 9 (2) qed ngħidu li fejn il-pagament isir qabel, it-time of supply jitqies bħala l-ħin tal-pagament, mhux neċessarjament għas-servizz kollu li jrid jingħata pero' għall-ammont ta' pagament li jkun sar. Dan naturalment isir biex nibdew nidħlu fis-sitwazzjoni ta' extensive u continuous supplies. Jekk ikollok sitwazzjoni kontinwa, per eżempju supply of service li tagħtik servizz ta' consultancy li se jieħu sentejn, nista' nistenna biex nitħallas wara sentejn allura s-servizz ikun performed wara sentejn u tiġi soġġetta għall-VAT wara sentejn. Inkella nista' ngħid li se nagħtik servizz li se jdum sentejn, pero' rrid nitħallas tant fix-xahar. Hemmhekk qed ngħidu li m'aħniex se nistennew sa l-aħħar tas-sentejn biex il-VAT tiġi accounted fuq dan is-servizz, imma kull darba li jsir il-pagament to the extent tal-pagament trid titħallas il-VAT, inkella wieħed jifhem li hemmhekk tista' tagħti extensions ta' abbużi kbar. Jista' jkun hemm accountant li jagħti kuntratt ta' servizz għal mitt sena, pero' se jitħallas tant fix-xahar. Jekk il-kuntratt jgħid mitt sena mhux se noqogħdu nistennew għall-aħħar tal-mitt sena biex ngħidu li the service was performed. Qed nesaġera ftit biex infiehem għalfejn isiru dawn l-affarijiet għax jekk inħallu l-kreattivita' u l-immaġinazzjoni f'idejn ħafna nies ...! (Interruzzjonijiet)
F'subclause 3 qed ngħidu on invoice date. GĦalfejn qed ngħidu on invoice date? GĦax din hija aktar a favur tas-supplier, fis-sens li aħna nafu li ċerta invoicing issir wara the actual delivery u anke biex ma noqogħdux nidħlu fil-komplikazzjoni ta' meta saret preċiż id-delivery. Jiena għandi daqsxejn esperjenza ta' attivita' industrijali u ħafna drabi tagħmel delivery over a period of time f'ġimgħa u mbagħad tagħmel invoicing darba fil-ġimgħa. Issa jekk f'dik il-ġimgħa jalgħaqlek ix-xahar, fejn se toqgħod taqta' il-cut off line, biex tara jekk hux se tirrapporta dik id-delivery f'perjodu jew f'perjodu ieħor? Amministrattivament jekk noqogħdu biss fuq delivery u ma mmorrux fuq invoice, jistgħu jinħolqu problemi.
THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Subklawsola 9 (3) tekwipara l-ħruġ ta' invoice ma' ħlas, li m'għandhom x'jaqsmu xejn flimkien.
ONOR. JOHN DALLI: Subklawsola 9 (3) tgħid hekk:
"When a tax invoice for a taxable supply is issued before the time determined in accordance with the provisions of subsection (1) of this section ..."
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Tgħid li għandha titqies sal-ħlas hekk magħmul. S'issa qed ngħidu li ma sarx ħlas imma invoicing.
ONOR. JOHN DALLI: Subklawsola 9 (3) tkompli hekk:
"... or before the expiration of thirty-one days following the time determined as aforesaid the supply shall, to the extent of the value of that invoice, be deemed to take place at the time when the invoice is issued.".
Mhux hekk qed ngħidu Onor. Mifsud Bonnici. Din m'għandhiex x'taqsam mal-ħlas.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Bil-Malti qiegħda hekk:
"Meta tinħareġ fattura ta' taxxa għal provvista taxxabbli, qabel iż-żmien stabbilit, skond id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ..."
ONOR. JOHN DALLI: Subartikolu (1) jitratta dwar id-delivery, jew qabel id-delivery jew sa 31 ġurnata wara d-delivery.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Għadek ħriġt biss fattura.
ONOR. JOHN DALLI: Qegħdin ngħidu li se nieħdu dik id-data tal-fattura bħala time of supply.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Qiegħda tgħid li l-provvista għandha titqies sal-limitu tal-ħlas hekk magħmul. Imma jekk ma sarx ħlas u għadek ħriġt biss fattura? Meta toħroġ fattura ma jkunx sar ħlas, allura kif tgħidli "sal-ħlas hekk magħmul" mela l-valur tal-fattura se tgħoddu bħala ħlas?
ONOR. JOHN DALLI: Għandek raġun. It-text Malti qiegħed ħażin għax fit-text Ingliż qiegħda:
"To the value of that invoice."
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma kif taqbad u tħallas it-taxxa jekk inti għadek ma rċevejtx ħlas! Inti kulma għadek għamilt ħriġt invoice.
ONOR. JOHN DALLI: Il-ħlas m'għandux x'jaqsam. It-text Malti qiegħed ħażin u jrid jiġi korrett. It-text Ingliż qiegħed tajjeb għax għandek "to the value of that invoice" għax qegħdin ngħidu li t-time of supply huwa d-delivery, anke jekk ma tħallasx.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNCI: Imma fattura m'hijiex delivery.
ONOR. JOHN DALLI: Jekk nibqgħu fuq il-konċett illi t-time biss huwa hekk u nħalluh imdendel kif inhu annunċjat, jekk ngħidu li t-time of supply is the delivery, jew advance payment ...
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Fuq din qegħdin naqblu. Aħna dwar subklawsola 9 (3) qegħdin nitkellmu.
ONOR. JOHN DALLI: Dwar subklawsola 9 (3) trid taħseb mhux bħala l-amministratur - iss niġu għal dan iktar 'il quddiem - imma bħala l-persuna li qed tagħmel in-negozju. Il-persuna li qed tagħmel in-negozju qed tagħmel deliveries u qed tirċievi l-ħlasijiet. Issa aħna fl-aħħar tat-three months se jkollna demarcation line, fejn jagħmel ir-rapporti u se jkun hemm cut-off lines. Is-sistema normali li juża fin-negozju qegħdin nipprovaw niddisturbawha mill-anqas. Qed ngħid hekk mhux biex inkun polemiku imma biex ma nagħtux lok għal dan il-ħafna kjass ta' compliance cost u dawk l-affarijiet . Allura qegħdin ngħidu li jekk qed jagħmel delivery u għadu m'għamilx invoicing tiegħu - fil-computer system jew fir-record keeping tiegħu dan id-delivery għadu ma ġiex accounted for - tagħlaq ix-xahar. Allura lil dan se noqogħdu ngħidulu: Għandek dak li lħaqt għamilt invoicing tiegħu, pero' trid tara x'deliveries għamilt li għadek m'għamiltx invoicing tagħhom u dawk tista' teħodhom bħala turnover allavolja fl-accounts tiegħek għadhom m'humiex turnover għax għadek m'għamiltx invoicing tagħhom, imma għat-taxxa trid teħodhom bħala turnover ...
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux bilfors trid tagħmel hekk.
ONOR. JOHN DALLI: F'subklawsola 9 (3) qed nagħmlu eċċezzjoni. Qed ngħidu li anke jekk saret delivery, pero' ma saritx invoice, jekk l-invoice saret qabel id-delivery, allura aħna xorta se nieħdu l-invoice allavolja d-delivery ma saritx, pero' jekk l-invoice ħarġet sa 31 ġurnata wara d-delivery, allura se nieħdu l-invoice date. Hawn qed nagħmlu eċċezzjoni biex inħallu lin-negozju jopera fis-sistemi amministrattivi li għandu llum u ma noħolqux komplikazzjonijiet. Imbagħad għamilna l-limitu ta' 31 ġurnata biex ngħalqu u ma nħallux l-abbuż għax hemmhekk ukoll bniedem jista' jibda jagħmillek id-deliveries u ma jagħmel invoicing qatt u jgħidlek li ma ħariġx invoice u allura m'huwiex soġġett li jħallas il-VAT. Qed nagħmlu l-limitu ta' 31 ġurnata biex nagħtu żmien biżżejjed ħalli l-amministrazzjoni taħdem u l-invoice toħroġ u ħalli nkunu prattiċi vis-a-vis il-mod kif isir in-negozju normali f'pajjiżna u fil-pajjiżi kollha.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Meta wieħed joħroġ invoice mhux se jassigura ruħu la mid-delivery u lanqas mill-ħlas. Jekk ħriġt invoice, il-ħlas baqa' ma sarx u d-delivery ma saritx, kif allura mal-ħruġ ta' l-invoice trid tħallas it-taxxa?
ONOR. JOHN DALLI: Għax fin-normalita' tad-dinja li qed ngħixu fiha, l-invoice tirrifletti d-deliveries li se jsiru jew li saru u tirrifletti l-pagament li se jsir jew li sar.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk saru d-deliveries naqbel, imma jekk ma sarux u allura la sar ħlas u lanqas delivery, kif se tħallas it-taxxa?
ONOR. JOHN DALLI: Nappella lill-Onor. Mifsud Bonnici biex jara din il-klawsola fit-termini ta' cut-off dates li se jkollna sa meta r-rapport tal-VAT return trid tiġi mibgħuta. Se jkollok cut-off dates u trid sistemi biex tkun tista' tagħlaq. Allura qed ngħidu li jekk inti qed taħdem fuq sistema ta' invoicing, ta' kreditu, sakemm l-invoicing qed isir b'mod raġjonevoli - għalhekk qed ngħidu li għandu jsir jew qabel il-delivery jew inkella sa 31 ġurnata wara - aħna lill-kummerċjant u lill-industrijalist mhux se nieħdulu l-actual delivery dates u mhux se noqogħdu nidħlu u nġiegħluh jagħmel accounting for on l-actual delivery dates għax inkella se ndaħħluh f'pataflun ta' amministrazzjoni żejda li ma rridux indaħħluh fiha. Qed ngħidulu li se nieħdu l-invoice date għax is-sistema ta' supply normali amministrattiva fin-negozju hija l-invoicing. Billi ma rridux - nerġa' nirrepeti - niddisturbaw il-mod kif normalment isir in-negozju f'Malta u n-negozju se jibda jsir bil-mod li dejjem sar, m'aħniex se noqogħdu nidħlu fil-possibilta' ... Lanqas l-income tax ma tidħol hekk. Fl-income tax, biex tistabbilixxi t-turnover ta' sena fuq hiex tistabbiliha? Ma tistabbilihiex fuq actual deliveries jew fuq payments imma fuq invoices. Imbagħad ikun hemm l-accruals u l-provisions tas-soltu kif isir. Qed insemmi l-income tax biex naraw il-konċetti ta' tassazzjoni mil-lat ta' prattiċita' x'inhi. Anke hemmhekk meta għandek il-cut-off ta' ġurnata ... Għax anke fl-income tax, fiex tidħol din? Għax fl-income tax ukoll fl-aħħar tas-sena, meta se tagħlaq il-kotba, għandek cut-off date. Issa fil-cut-off date trid tieħu sitwazzjoni ta' kif se tagħmel record u fl-income tax finalment tagħmel recording on l-invoices li tkun ħriġt. Jekk tkun għamilt deliveries fl-aħħar tas-sena li m'għamiltx invoicing tagħhom, għal raġunijiet ta' income tax, tibqa' turihom bħala stocks.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa f'dan m'aħniex qed nagħmlu hekk.
ONOR. JOHN DALLI: Hawnhekk hekk qed nagħmlu. Mela ħa ngħid in-naħa l-oħra wkoll. Jekk toħroġ invoice qabel ma tkun għamilt delivery, għal raġunijiet ta' income tax se tidher bħala debitur, il-profitti fuqha se jittieħdu u trid tneħħihom mill-istocks. Int on invoice trid tmur għax hemm cut-off date u trid tistabbilixxi l-mod kif il-cut-off date se tagħmilha.
Subclause 9 (3) qed tistabbilixxi l-cut-off għar-reporting dates kif se ssir. Qed ngħidu li l-prinċipju fundamentali huwa li jsir on delivery, pero' meta qed isir invoicing tad-deliveries qed immorru on the invoice dates, sakemm l-invoicing huwa raġjonevoli. Jekk l-invoice tkun ħriġtha qabel id-delivery żgur li m'għandekx intenzjoni li tqarraq bil-Commissioner of VAT u aħna dik id-data se nieħdu biex ma niddisturbawx il-mod kif isir in-negozju f'Malta. Hawn min joħroġ invoice u mbagħad jagħmel id-delivery l-għada jew il-pitgħada. Issa jekk bejn l-invoice date, l-għada u l-pitgħada jkun l-aħħar tax-xahar u għalaqlu l-perjodu x'se nagħmlu? Se noqogħdu ninvolvuh f'reaccounting for VAT purposes, affarijiet li ma jagħmilhomx fl-amministrazzjoni tiegħu normali? M'hemmx għalfejn nagħmlu dan. Nieħdu l-amministrazzjoni normali tiegħu u noqogħdu fuqha. Qed nagħmlu dan - nerġa' nirrepeti - biex ma niddisturbawx is-sistemi amministrattivi li qed jintużaw illum. Qed ngħidu li rridu nieħdu dan il-cut-off mill-invoices, sakemm huwa raġjonevoli. Nerġa' nirrepeti li min qed jagħmel invoicing qabel, m'għandu l-ebda ħsieb li jqarraq u meta qed jagħmel invoicing wara, qed nillimitawh għal 31 ġurnata minn mindu għamel id-delivery għax hemmhekk jista' jidħollok abbuż li qed idum ma jagħmel invoicing biex tiġih il-liability tal-VAT. Qed nagħmlu dan il-limitu għax qegħdin ngħidu li 31 ġurnata mid-delivery huwa żmien biżżejjed biex toħroġ invoice mid-delivery.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: F'dik il-31 ġurnata ma japplikax għax id-delivery hija data qabel u t-taxxa hija imponibbli mad-delivery mhux ma' l-invoicing f'dak il-każ. Id-diffikulta' hija dwar subklawsola 9 (3) u mhux 9 (1). Fid-data tal-delivery trid titħallas it-taxxa. Jekk l-invoicing isir qabel, qed ngħidu li f'dik id-data trid titħallas it-taxxa wkoll. Dik hi d-diffikulta' meta jsir l-invoicing qabel id-delivery. Għax jekk l-invoicing iddum sena ma ssir, la saret id-delivery sena qabel, mad-delivery hemm it-taxxa.
ONOR. JOHN DALLI: Mhux hekk qegħdin ngħidu. Trid taraha mill-mod kif issir l-amministrazzjoni normali fil-pajjiż.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: F'subklawsola 9 (1) qegħdin ngħidu li sar jew ma sarx l-invoicing, trid tħallas it-taxxa.
ONOR. JOHN DALLI: Imma f'subklawsola 9 (3) mhux qed nagħmlu eċċezzjoni għal dak li qed ngħidu f'subklawsola 9 (1)?
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Subklawsola 9 (3) m'hijiex eċċezzjoni għax hi ipotesi differenti. F'subklawsola 9 (1) għandna l-ipotesi li għamilt delivery qabel l-invoicing. F'subklawsola 9 (3) għandha l-ipotesi invertiti, għamilt l-invoicing qabel id-delivery u allura m'hijiex l-istess ħaġa. Subklawsola 9 (1) titratta delivery preceding l-invoicing, mentri subklawsola 9 (3) titratta invoicing preceding the delivery, għandek sitwazzjoni bil-maqlub.
ONOR. JOHN DALLI: F'subklawsola 9 (1) qed insemmu l-prinċipju ġenerali ta' time-off supply. Time of supply huwa "when the goods are delivered or the services are performed". Dak hu l-prinċipju.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Dak it-time jimponi t-taxxa, mela t-taxxa hija marbuta mat-time of supply.
ONOR. JOHN DALLI: Il-prinċipju ġenerali huwa li at the time of supply, at the time of delivery jew time of performance f'każ ta' servizz, it-taxxa ssir meta jsir il-ħlas u ssir meta jsir l-invoicing. U jista' ma jsirx l-invoicing għax għandna ħafna każi fejn ma jsirx l-invoicing. Per eżempju minn retailer ma ssirx invoice. Ħalli nitkellmu dwar ċirkostanzi fejn ma japplikax dan il-konċett ġenerali. L-ewwel ċirkostanza hija meta jsir ħlas qabel id-delivery jew is-sale of performance.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Din hija ġustifikata. Iktar mill-l-ewwel waħda, mid-delivery għax tista' tagħmel delivery on credit u tkun għadek ma ġbart xejn u se tħallas it-taxxa, imma saret id-delivery. Kulħadd jifhimha din. Jekk isir il-ħlas iktar u iktar u m'għamilx delivery. It-tielet waħda biss tikkrea diffikulta'.