THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki fuq klawsola 10? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 10. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.
Klawsola 11 - Eżenzjonijiet
Clause 11 - Exemptions.
ONOR. JOHN DALLI: Għal din il-klawsola għandi emenda:
"DD" Fis-subartiklu (2) ta' klawsola 11, minflok il-kliem "ħarba jew abbuż li jista' jsir." għandhom jidħlu l-kliem "ħarba, abbuż jew tgħawwiġ fil-kompetizzjoni li jistgħu jsiru.".
"DD" In subclause (2) of clause 11, for the words "avoidance or abuse." there shall be substituted the words "avoidance, abuse or distortion of competition.".
Mr Chairman, għandi emenda oħra:
"EE" It-Tieni Skeda
Fil-paragrafu (4) tal-partita 11 tat-Tieni Skeda:
(a) Minflok il-kliem "djar għal persuni anzjani" għandhom jidħlu l-kliem "djar għal persuni anzjani u djar għal persuni li jbatu minn xi inkapaċita' fiżika jew mentali permanenti"; u
(b) minflok il-kliem "għall-protezzjoni u ħarsien ta' tfal u żgħażagħ" għandhom jidħlu l-kliem "għall-protezzjoni u ħarsien tat-tfal, żgħażagħ u persuni li jbatu minn xi inkapaċita' fiżika jew mentali permanenti".
"EE" Second Schedule
In paragraph (4) of item 11 of the Second Schedule:
(a) for the words "homes for the elderly" there shall be substituted the words "homes for the elderly and homes for persons suffering from some permanent physical or mental disability"; and
(b) for the words "for the protection and care of children and young people" there shall be substituted the words "for the protection and care of children, young people and persons suffering from some permanent physical or mental disability".
THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Fl-emenda li għamel l-Onor. Dalli ħalla barra d-djar għan-nies msawwtin u se nżidha għax dawn in-nies jinteressawni. Jinteressani wkoll il-post ta' residenza għall-istudenti Għawdxin. Allura se nżidhom ma' l-emenda tiegħi u nispera li f'din l-emenda l-Onor. Debono tapprova u mhux tivvota kontra. Jiena għalhekk se nagħmilha separata biex tkun tista' tivvota favur.
ONOR. JOHN DALLI: Il-kiri hu eżenti.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk ikun hemm dar provvduta għall-istudenti Għawdxin jiena nitlob li dik id-dar tkun eżenti mit-taxxa kif ukoll id-dar tan-nisa msawwta.
ONOR. JOHN DALLI: Mr Chairman, se nressaq emenda oħra għal klawsola 11.
"FF" It-Tieni Skeda
Fit-test Malti tat-Tieni Skeda immedjatament fil-bidu tiegħu għandhom jidħlu l-kliem "(Artikolu 11(1)(a))".
"FF" Second Schedule
In the Maltese text of the Second Schedule immediately at the beginning thereof there shall be inserted the words "(Artikolu 11(1)(a))".
Mr Chairman, għandi emenda oħra:
"ĠĠ" It-Tieni Skeda
It-Tieni Skeda għandha tiġi emendata kif ġej:-
(a) fit-Taqsima Wieħed, fit-test Ingliż tagħha, fil-paragrafu (6) tal-partita 5, minflok "Charge Regulations), 1985." għandu jidħol "Charge) Regulations, 1985.";
(b) fit-Taqsima Wieħed tagħha, minnufih wara l-partita 16 tagħha għandu jidħol dan li ġej:-
"17. Ilma
Il-provvista ta' ilma minn awtorita' pubblika, eskluża l-provvista ta' ilma f'xi għamla ta' pakkett jew kontenitur.";
(ċ) il-partiti 17 sa 20 fit-Taqsima Tnejn tagħha għandhom jiġu enumerati mill-ġdid bħala l-partiti 18 sa 21 rispettivament, u l-partita "21. Ilma" u l-paragrafu korrispondenti għaliha għandha titħassar;
(d) fit-Taqsima Tlieta tagħha, fis-subparagrafu (i) tal-paragrafu (a) tagħha minflok il-kliem "jew hobby" għandhom jidħlu l-kliem "u hobby; iżda inklużi fniek u ħamiem broiler", u minflok is-subparagrafu (vii) ta' l-istess paragrafu għandu jidħol dan li ġej:
"(vii) Kapitolu 23".
"ĠĠ" Second Schedule
The Second Schedule shall be amended as follows:-
(a) in Part One, in the English text thereof, in paragraph (6) of item 5, for "Charge Regulations), 1985." there shall be substituted "Charge) Regulations, 1985.";
(b) in Part One thereof, immediately after item 16 thereof there shall be inserted the following:-
"17. Water
The supply of water by a public authority, excluding the supply of water in any package or container.";
(c) items 17 to 20 in Part Two thereof shall be renumbered as items 18 to 21 respectively, and the item "21. Water" and corresponding paragraph thereto shall be deleted;
(d) in Part Three thereof, in subparagraph (i) of paragraph (a) thereof for the words "or hobby" there shall be substituted the words "and hobby, but including rabbits and broiler pigeons", and for subparagraph (vii) of the same paragraph there shall be substituted the following:
"(vii) Chapter 23".
Mr Chairman, għandi emenda oħra:
"ĦĦ" It-Tieni Skeda
It-Tieni Skeda għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) Fit-Taqsima Wieħed, fil-paragrafu (1) tal-partita 8, minflok il-kliem "fil-partita 6" għandhom jidħlu l-kliem "fil-paragrafu (1) tal-partita 7";
(b) Fit-Taqsima Wieħed, fil-paragrafu (a) tal-partita 13, minflok il-kliem "scheduled bus service;" għandhom jidħlu l-kliem "scheduled bus service li jkun jikkonsisti fi vjaġġi scheduled fuq rotot scheduled;";
(ċ) Fit-Taqsima Tnejn, minflok il-partita 22 għandu jidħol dan li ġej:
"22. Servizzi kulturali u reliġjużi
(i) Servizzi reliġjużi
(ii) Il-provvista ta' dawk is-servizzi kulturali li jistgħu jiġu approvati mill-Ministru."; u
(d) Fit-Taqsima Tnejn, fil-partita 25, minflok il-kliem "trade union, reliġjuża, patrijottika," għandhom jidħlu l-kliem "trade union, patrijottika,".
"ĦĦ" Second Schedule
The Second Schedule shall be amended as follows:
(a) in Part One, in paragraph (1) of Item 8, for the words "in Item 6" there shall be substituted the words "in paragraph (1) of Item 7";
(b) in Part One, in paragraph (a) of Item 13, for the words "scheduled bus service;" there shall be substituted the words "scheduled bus service consisting of scheduled trips on scheduled routes;";
(c) in Part Two, for Item 22 there shall be substituted the following:
"22. Cultural and religious services
(i) Religious services
(ii) The supply of such cultural services as may be approved by the Minister,"; and
(d) in Part Two, in Item 25, for the words "trade union, religious, patriotic," there shall be substituted the words "trade union, patriotic,".
ONOR. MEMBRU: Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Peress li m'hawnx quorum il-kumitat huwa sospiż.
Skond l-Ordni Permanenti Nru. 111 u fil-11.36 a.m. il-kumitat ġie sospiż l-Kamra rriżumiet fil-11.37 a.m
MR SPEAKER: Peress li issa hawn quorum il-Kamra tista' tkompli bix-xogħol tagħha.
L-ordni għall-kumitat ġie moqri.
FIL-KUMITAT
L-Onor Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, ippreseda.
Klawsola 11 - Eżenzjonijiet. (Kont.)
Clause 11 - Exemptions. (Cont.)
ONOR. JOHN DALLI: Mr Chairman, se nkompli naqra l-emendi:
"II" It-Tielet Skeda
Il-partita 4 tat-Tielet Skeda għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħal paragrafu (1) tagħha, u minnufih warajha għandu jidħol il-paragrafu li ġej:
"(2) L-importazzjoni ta' oġġetti li jkunu speċifikament intiżi għall-edukazzjoni, l-impjieg u l-avvanz soċjali ta' persuna li tbati minn xi inkapaċita' fiżika jew mentali permanenti, b'dan li l-Kontrollur tad-Dwana jkun sodisfatt li l-imsemmija oġġetti jkunu importati għall-użu esklussiv ta' l-imsemmija persuna.".
"II" Third Schedule
Item 4 of the Third Schedule shall be renumbered as paragraph (1) thereof and immediately after it there shall be inserted the following paragraph:
"(2) The importation of goods which are specifically designed for the education, employment or social advancement of a person suffering from some permanent physical or mental disability, provided that the Comptroller of Customs is satisfied that the said goods are imported for the exclusive use of such person.".
Mr Chairman, għandi emenda oħra għat-tielet skeda.
"JJ" Fit-test Malti tal-paragrafu (c) tal-partita 11 tat-Tielet Skeda tiegħu minflok il-kliem "u d-dazju li jitħallas fuq dawn l-oġġetti għandu jitnaqqas b'Lm7.50" għandhom jidħlu l-kliem "u t-taxxa li titħallas fuq dawk l-oġġetti għandha titnaqqas b'Lm7.50.".
"JJ" In the Maltese text of paragraph (c) of item 11 of the Third Schedule thereof for the words "u d-dazju li jitħallas fuq dawk l-oġġetti għandu jitnaqqas b'Lm7.50" there shall be substituted the words "u t-taxxa li titħallas fuq dawk l-oġġetti għandha titnaqqas b'Lm7.50".
ONOR. JOE MIZZI: Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Peress li m'hawnx quorum il-Kumitat huwa sospiż.
Skond l-Ordni Permanenti Nru 111 fl-10.57 a.m. il-Kumitat ġie sospiż u l-Kamra rriżumiet fil-10.58 a.m.
MR SPEAKER: Peress li issa hawn quorum il-Kamra tista tkompli bix-xogħol tagħha.
L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.
FIL-KUMITAT
L-Onor. Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.
Klawsola 11 - Eżenzjonijiet
Clause 11 - Exemptions
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: L-ewwel emenda hija għat-Tieni Skeda:
"KK" Fil-paragrafu (4) tal-partita 11 minflok il-kliem "djar għal persuni anzjani" daħħal il-kliem "djar għal persuni anzjani u djar għal persuni li jbatu minn xi inkapaċita' fiżika jew mentali u djar għan-nisa imsawwta.".
"KK" In paragraph (4) of item 11 instead of the words "homes for the elderly" insert the words "homes for the elderly and homes for persons suffering from some permanent physical or mental disability and homes for battered wives.".
Jien diġa' għamilt rimarka li se jkollna protesta minn Dr Emy Bezzina fuqha din! Il-Gvern jista' jagħmel "battered persons" imma l-importanti hija l-battered wives għax dik hija l-priorita'. Nosservaw li meta insistejt fuq nisa msawta l-Ministru Dalli donnu kien kontra u issa li nkludejna anke l-irġiel imsawta ... !
Barra dik l-emenda għandha ssir emenda paralella magħha - li issa nissottomettiha - li magħha żżid "and Gozitan students studying in Malta". Dawn qed nifridhom biex min irid jopponi waħda ma jopponix l-oħra wkoll imma din għad trid tiġi miktuba. Issa se nipproponi din l-emenda:
"LL" Emenda għat-Taqsima Wieħed tat-Tieni Skeda:
F'paragrafu (3) tal-partita 12 ħassar il-kliem "minn skola jew universita' iżda eskluż it-tagħlim f'attivitajiet jew dixxiplini rikreattivi, fiżiċi jew sportivi" u daħħal il-kliem "minn skola jew universita'.".
"LL" Amendment to Part One of the Second Schedule:
In paragraph (3) of item 12 delete the words "school or university but excluding tuition in recreational, physical or sporting activities or disciplines" and insert the words "school or university.".
Issa mbagħad hawn referenza għat-test Malti tat-Tieni Skeda, item 11. Bil-Malti għandna sitwazzjoni ftit kurjuża. Paragrafu 3 ta' item 11 jgħid hekk:
"Il-provvista ta' organi, demm u ħalib umani".
Jien naħseb li mhux il-ħalib tal-mara biss irridu neskludu u għandha tiġi "organi umani, demm u ħalib". Fit-test Ingliż dan huwa aktar ċar . Issa l-ħalib mhuwiex uman. Fl-antik kien hawn is-sistema li tagħti t-trabi biex ireddgħuhomlok.
ONOR. JOHN DALLI: "Human" għal kollox tirreferi.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela allura fit-test Ingliż mhix qiegħda tajba. Hawnhekk mhux il-ħalib qed neskludu? Imma ħalib uman mhux hekk. Mela aħna qed nirreferu għall-ħalib li tagħti lill-qtates? Nerġa' ngħid li hemm diskrepanza bejn it-test Ingliż u t-test Malti.
ONOR. JOHN DALLI: Pero' l-intenzjoni trid tkun li l-aġġettiv "uman" irid japplika għat-tliet items.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma fejn hawn ħalib uman bil-flus, ħlief is-sistema li kellna tan-nisa li trid tħallashom biex ireddgħulek it-tarbija mill-ħalib tagħhom? Illum din is-sistema nqatgħet. Ħalib għall-bniedem huwa mod imma ħalib tal-bniedem huwa mod ieħor. Iva hawn xi ħalib tal-bniedem li jinbiegħ? Il-Ministru tas-Saħħa m'għandux jilluminana jekk għandux xi ħalib tal-bniedem li ...
ONOR. JOHN DALLI: Dawn huma provvedimenti li qiegħdin f'dispożizzjoni bħal tad-Dwana u affarijiet hekk. Din hija kontinwazzjoni ta' sitwazzjonijiet eżistenti.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Tant aħna moderni f'ċerti affarijiet u tant aħna konservattivi f'affarijiet oħra!
ONOR. JOHN DALLI: Dawn huma lags mis-sistemi ta' l-antik u billi jgħidulek li dawn jistgħu jibqgħu jeżistu, terġa' tagħmilhom.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Liema test se nirranġaw?
ONOR. JOHN DALLI: Se nirranġaw it-test Ingliż.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: U se nagħmlu "human milk"?
ONOR. JOHN DALLI: Iva, hekk se nagħmlu.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura mbagħad nemendawha u nħalluha sempliċement "milk" biex tiġi eżentata mit-taxxa.
ONOR. JOHN DALLI: Il-ħalib huwa oġġett ta' l-ikel u allura huwa eżentat.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura human milk huwa eżenti wkoll, għax qiegħed hemm biex tixorbu.
ONOR. JOHN DALLI: Hawnhekk trid tifhem li dawn l-affarijiet m'humiex relatati ma' ikel imma relatati ma' sitwazzjonijiet mediċi li jistgħu jinqalgħu.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura rridu nirranġaw l-affarijiet għax jien ma fhimthiex hekk. Meta qrajt it-test Ingliż fhimt mod u meta qrajt il-Malti fhimt mod ieħor. (Interruzzjonijiet)
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. ALFRED SANT: Jekk se noqogħdu nidħlu f'dawn id-dettalji, nistgħu nieħdu anke l-każ tal-human organs. Bil-kliem "human organs" nifhmu affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-flesh. Imma l-għadam u l-bone marrow, per eżempju, se jkunu meqjusa bħala human organ? (Interruzzjonijiet) Fl-opinjoni tiegħi organ hemmhekk bl-ebda mod ma tista' tirreferi għall-bone marrow.
ONOR. JOHN DALLI: Ma jsirux transplants tal-kliewi u tal-qlub?
ONOR. ALFRED SANT: La se nidħlu f'dawn l-affarijiet, nistgħu ngħidu li l-kliem "human organ" ma jkoprux l-affarijiet kollha human. Kif għidt, naħseb li it does not cover bone marrow. Allura neħħi l-kelma "milk" mill-ewwel, għax tidher stramba li se nispeċifikaw "human milk" ...
ONOR. JOHN DALLI: Mela ndaħħlu l-ispare parts tal-bniedem!
ONOR. ALFRED SANT: Din inti dħalt fiha, għax qed tinsisti fuq human milk?
ONOR. JOHN DALLI: Irridu naraw x'inhuma l-intenzjonijiet.
ONOR. ALFRED SANT: Qed jgħiduli li "human organs" covers bones, imma jien ma narahiex hekk.
ONOR. JOHN DALLI: Dwar "human" qed jgħiduli li jeżistu sitwazzjonijiet fejn ikun hawn trabi allerġiċi għal kwalunkwe tip ta' intake ta' ħalib, ħlief human milk u peress li jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn l-omm ma tkunx tista' tagħti l-ħalib tagħha, probabbilment jeżisti xi tip ta' supply of human milk. Illum tant hawn substitutions li forsi...
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: It-tobba li hawn hawnhekk jistgħu jgħidulna jekk jeżistix supply of human milk.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: X'jiġri dwar dawk l-artificial organs li jużaw f'operazzjonijiet mediċi? Għax dawn m'humiex human organs.
ONOR. JOHN DALLI: Wara kollox irridu niftakru li dawn l-items kollha qed jiġu listed biex ikunu exempt mill-VAT fuqhom. Allura għalfejn qed nagħmlu din id-diskussjoni kollha?
ONOR. ALFRED SANT: Il-mistoqsija kienet fuq il-human milk.
ONOR. JOHN DALLI: Human milk ma tafx x'inhu? Imma allura l-human milk huwa tradeable wkoll? Se nagħmlu future market fih?
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura kieku m'aħniex neżentaw il-human milk mill-VAT, konna niċċarġjaw lill-ommijiet ta' dan il-ħalib?! (Interuzzjonijiet) Għax qed nispeċifikawh bħala exempted product!
ONOR. JOHN DALLI: Fl-antik kienu jeżistu nisa - ma nafx kemm għadhom jeżistu llum - li jreddgħu t-trabi ta' ħaddieħor. F'dak il-każ dan is-supply of human milk m'huwiex soġġett għal VAT.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Ladarba l-ħalib hu ikel, human milk hu aktar ikel għax jittiekel min-nies u ġej min-nies ukoll. La l-ħalib kollu se jkun eżenti, għalfejn qed nagħmluha din? (Interruzzjonijiet)
Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:
"MM" Tieni Skeda
Ħassar il-kliem ta' partita 21 u daħħal minflok il-kliem "Il-provvista ta' ilma.".
"MM" Second Schedule
Delete the words of item 21 and insert instead the words "The supply of water.".
Skond dan l-Abbozz, il-provvista ta' l-ilma hija eżenti mill-VAT, imma l-ilma fil-kontenitur m'huwiex eżenti u aħna jidhrilna li m'għandux ikun hekk. L-ewwelentt l-ilma tax-xorb għandu jkun ikkalkolat bħala parti mill-ikel.
ONOR. JOHN DALLI: Taf li illum dan għandu s-sisa?
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Naf u huwa ħażin. Imma allura għandna naggravaw is-sitwazzjoni?
ONOR. JOHN DALLI: Aħna qed nittrattawh bħal soft drinks u affarijiet oħra li għandhom is-sisa, u qed nissostitwixxu s-sisa b'VAT.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: M'għandniex nagħmlu hekk.
ONOR. JOHN DALLI: Hekk għandna nagħmlu. Dawn huma affarijiet li naf li jiġu kummerċjati ħafna.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Billi jiġu kummerċjati?
ONOR. JOHN DALLI: L-ilma jipprovdih il-Gvern u dik il-provvista hija exempt. Prodotti oħrajn huma soġġetti għall-VAT.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-provvista ta' l-ilma hija speċifikatament eżentata allavolja hija provvista minn awtorita' pubblika, u ma kienx hemm għalfejn tissemma speċifikament għax hemm ir-regola li kull provvista minn awtorita' pubblika m'hijiex soġġetta għall-VAT. Imma mbagħad l-ilma fil-fliexken li żgur li huwa indikat li m'għandniex nimponu taxxa fuqu, iktar u iktar meta meta s-sitwazzjoni ta' l-ilma f'Malta u l-kwalita' tiegħu tirrikjedi li iktar nies jixtru ilma fil-flixken, se jkun soġġett għall-VAT.
Subklawsola 11 (2) tgħid li:
"L-eżenzjonijiet imsemmija f'subartikolu (1) ta' dan l-artikolu ..."
- li jirreferu għat-Tieni u t-Tielet Skeda -
"...għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Iskedi msemmija f'dan is-subartikolu ...".
- s'hawnhekk kulħadd jaqbel, għax l-Iskedi jelenkaw l-eżenzjonijiet u jissottomettuhom għal dawk il-kondizzjonijiet -
"... u għal dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru jista' jippreskrivi b'regolamenti bil-għan li jassigura l-applikazzjoni korretta u ċara ta' l-eżenzjonijiet imsemmija u li ma jħallix li jkun hemm xi evażjoni, ħarba jew abbuż li jista' jsir.".
Il-Ministru jista' jgħid li qed jagħmel ċerti regolamenti biex jilħaq ċertu għan, imma fil-fatt dak li jagħmel ikun kontra l-kondizzjonijiet ta' l-Iskedi. Għax jekk huwa ċar li l-kondizzjonijiet huma relatati għal dawk l-items li hemm fl-Iskedi, allura m'hemmx għalfejn tagħmel regolamenti. Imma jekk tagħmel xi regolamenti li allura trid tipprovdi għalihom, peress li dawn m'humiex fl-Iskedi, tkun qed tbiddel is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-Iskedi. Dan huwa każ ieħor fejn, fl-opinjoni tagħna, il-latitudni ministerjali biex il-ministru jilqa' għal kull eventwalita' li jista' jaħseb fiha malli tinqala', hija żejda. Għalhekk qed nagħmlu emenda biex dan is-subartiklu jinqata'. GĦalhekk, Mr Chairman qed nipproponi din l-emenda:
"NN" (a) Ħassar subklawżola (2);
(b) Innumera subklawżoli (1) and (3) bħala (1) u (2) rispettivament.
"NN" (a) Delete subclause (2);
(b) Renumber subclauses (1) and (3) as (1) and (2) respectively.
Mr Chairman, rigward il-kwestjoni ta' l-eżenzjoni tal-ħalib li konna qed niddiskutu qabel, nipproponi din l-emenda:
"OO" Tieni Skeda
Emenda għat-Taqsima Wieħed tat-Tieni Skeda:
Ħassar il-kliem tat-test Malti ta' para (3) tal-partita 11, u daħħal minflok dan il-kliem "(3) Provvista ta' organi umani, demm u ħalib.".
"OO" Second Schedule
Amendment to Part One of the Second Schedule:
Delete the words of the Maltese text of para (3) of item 11, and insert instead the words "(3) Provvista ta' organi umani, demm u ħalib".
Mr Chairman, baqa' emenda oħra dwar id-djar għall-GĦawdxin li għadha qed tiġi drafted.
ONOR. JOHN DALLI: Onor. Mifsud Bonnici, biex tidderiġi ftit ruħek, rigward id-djar għall-Għawdxin irrid ngħidlek li qed nitkellmu fuq dawk li huma b'kera ... Din m'hix kwestjoni ta' turiżmu jew ta' permissions mill-Hotels and Catering Board, u allura hemm l-eżenzjoni.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma naħsibx li huwa hekk. Per eżempju, jekk nieħdu d-dar residenzjali li għadhom kemm fetħu, li hija mmexxija mill-Univesita' jew mill-University Services ... (Interruzzjonijiet) F'dak il-każ ma naħsibx li s-servizz huwa provdut minn awtorita' pubblika u għalhekk m'huwiex eżenti.
ONOR. JOHN DALLI: Kiri ta' lodging minn Maltin huwa exempt.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawnhekk irridu nkunu ċerti li dan it-tip ta' servizz huwa eżenti, u ma naħsibx li nistgħu nkunu ċerti. Ladarba qed nitkellmu fuq saħħa u welfare - għax il-kwestjoni ta' l-akkommodazzjoni għal studenti GĦawdxin tidħol taħt l-istess kategorija - nixtieq insemmi punt ieħor.
F'paragrafu (5) ta' item 11 hemm li:
"Il-provvista ta' servizz ta' trasport għall-morda, miġruħin jew inkapaċitati, f'vetturi mibnija proprju għal dak l-għan.".
Jekk tipprovdi trasport għall-morda f'vettura li ma tkunx mibnija apposta għal dan il-għan, allura dak it-trasport huwa soġġett għat-taxxa tal-VAT.
ONOR. JOHN DALLI: Ma tistax tagħmel mod ieħor, għax inkella jkun hemm l-abbuż. Allura, kif qed jgħid l-Onor. Deguara, jekk inkun sejjer l-isptar għax ma niflaħx u naqbad taxi għal dak it-trip, se ngħid li m'iniex soġġett għall-VAT għax sejjer l-isptar? Irridu nagħmlu l-affarijiet b'mod li jagħmel sens, Onor. Mifsud Bonnici.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Se mai għandna ngħidu "vetturi wżati għal dak l-iskop u mhux mibnija għal dak l-iskop. Mela hawn xi ħaġa mibnija għal dak l-iskop?
ONOR. JOHN DALLI: Ambulanza hija mibnija għal dak l-iskop.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: F'Malta ambulanza biss tista' tgħid li hija mibnija għal dak l-iskop.
ONOR. JOHN DALLI: Anke l-vetturi li jintużaw għat-trasport tal-ħandikappati jkunu mibnija għal dak l-iskop għax ikollhom lifters u faċilitajiet oħra apposta. Mela tista' ġġorr lin-nies fuq truck tal-ġebel? GĦandna nderru lin-nies li jipprovdu s-servizzi b'mod professjonali, b'affarijiet li huma attrezzati apposta u mhux ta' kafkaf.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: U jħallsu Lm30,000 jew Lm50,000 għall-vetturi!
ONOR. JOHN DALLI: Jekk hemm bżonn iħallsu Lm30,000 jew Lm50,000 u ngħinuhom biex jagħmlu dan. Imma s-servizz għandu jingħata tajjeb.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiena nara karozzi tal-Gvern bix-xjuħ għaddejjin ... Mur l-isptar ħalli tara x'karozzi qed jintużaw! Aħna jidhrilna li m'għandux ikun hemm din ir-restrizzjoni u se nagħmlu emenda biex jitħassar il-kliem "vetturi mibnija proprja għal dan il-għan".
Rigward l-edukazzjoni, f'paragrafu (3) ta' partita 12, li għamilna emenda għaliha - u rrid nispjega għaliex - insibu li:
"Tagħlim privat mogħti minn għalliema li jaġixxu f'kapaċita' individwali f' suġġetti li s-soltu jiġu mgħallma fil-kors ta' edukazzjoni provduta minn skola jew universita' iżda eskluż it-tagħlim f'attivitajiet jew dixxiplini rikreattivi, fiżiċi jew sportivi.".
Jien nifhem li dawn jistgħu jsiru bil-flus imma kull privat huwa bil-flus. Issa jekk aħna rridu nirrakkomandaw illi jkun hemm iktar tagħlim f'attivitajiet fiżiċi u sportivi m'għandniex nimponu t-taxxa fuqhom. Allura jidhirli li din l-esklużjoni għandha titħassar u privat mogħti fil-ġinnastika, ballroom dancing jew ballet li huma rikreattivi u mhux kulturali - għax jekk huwa kulturali jaqa' taħt paragrafu ieħor - għandu jiġi eskluż. Imma hawnhekk hawn imsemmi tagħlim privat f'attivitajiet jew dixxiplini rikreattivi, fiżiċi jew sportivi. Jien jidhirli li din l-eskużjoni għandha titneħħa u t-tagħlim f'dawn l-oqsma għandu jkun eskluż mit-taxxa.
Issa ħalli niġu għal item 3 tat-Tielet Skeda li tgħid hekk:
"The importation of articles and materials by Malta Drydocks for the equipping and the maintenance of the Dockyard or which are required in connection with the services rendered by that Corporation, other than articles and materials used.".
Aħna jidhrilna li hawnhekk għandha tiġi nkluża wkoll il-Marsa Yard. Din hija exempt importation.
Dostları ilə paylaş: |