PARTNERSHIP FOR PEACE
18383. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb tal-Gvern Malti li jissieħeb fl-inizjattiva Partnership For Peace li ġiet mħabbra fin-NATO Summit ta' Jannar, 1994 u li apparti milli għall-istati membri tan-NATO hi miftuħa għall-istati membri oħra tas-CSCE?
ONOR. GUIDO DE MARCO: Il-Gvern jezamina kull inizjattiva ghat-tishih tal-koperazzjoni fuq is-sigurezza fl-Ewropa bil-ghan li Malta ssib il-mod kif taghti l-kontribut xieraq taghha. Huwa f`dan l-isfond li qed tigi studjata l-inizjattiva msejha Partnership for Peace.
INSTITUT ROYAL DES RELATIONS INTERNATIONALES
18384. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors reċenti tiegħu fl-Institut Royal Des Relations Internationales ġewwa Brussels?
ONOR. GUIDO DE MARCO: Kopja tad-diskors intitolat `A Dynamic Europe` li jiena ghamilt fit-28 t`April 1994, f`Palais d`Egmont, go Brussel u dan taht l-awspici tal-Institut Royal des Relations Internationales tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.
TELEPHONES - SERVIZZ TAT-TELECELL
18385. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'kollox kemm nefqu flus fuq użu tas-servizz tat-Telecell l-istaff tad-diversi Ministeri u Dipartimenti Governattivi minn kemm ilu li ġie ntrodott dan is-servizz f'pajjiżna?
ONOR. JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingabar mill-Ufficcju tal-Prim Ministru u ghalhekk nissuggerixxi li l-Onor. Membru jaghmel id-domanda tieghu lil dak l-ufficcju.
SANT'ANDRU - LUKANDA ĠDIDA
18386. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Il-lukanda ġdida proposta għal St. Andrews mistennija li tolqot lir-residenti ta' St. Andrews Housing Estate?
ONOR. GEORGE HYZLER: Id-Dipartiment tad-Djar ma jigix konsultat dwar bini ta' lukandi.
POWER STATION - DELIMARA
18414. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari numru 17930?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
SPTAR SAN RAFFAELLE - ART APPROPRJATA
18415. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18076, jiġifieri jgħid kemm ġew kompensati il-bdiewa u sidien li art tagħhom ġiet approprjata minħabba l-Isptar San Raffaelle li se jinbena?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kumpens relattiv għadu ma ġiex kwantifikat. Iżda naturalment dan se jiġi stabbilit skond il-liġi.
KONFERENZA DWAR L-EKONOMIJI TA' ISLAND COUNTRIES
18417. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn min kienet fformata d-delegazzjoni Maltija li attendiet għall-konferenza dwar l-ekonomiji ta' Island Countries li saret riċentement fl-Amerika?
X'kien l-iskop illi l-Ambaxxatur Malti akkreditat fl-Istati Uniti ta' l-Amerika akkumpanja d-delegazzjoni li attendiet?
ONOR. GUIDO DE MARCO: Nixtieq nitlob lill-Onor. Interpellant biex jikkarifika ghal-liema konferenza qed jirreferi fil-mistoqsija tieghu ghaliex minn ricerka li saret ma jirrizultax li xi Konferenza bhal din saret fl-Amerika.
Nixtieq inzid nghid, li jekk forsi qed issir referenza ghall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Izvilupp Sostenibbli ta` Pajjizi Gzejjer Zghar li qeghdin jizviluppaw, din nzammet f`Barbados mill-25 April sas-6 ta Mejju, 1994. Id-Delegazzjoni Maltija ghal din il-Konferenza kienet immexxija mir-rapprezentant Permanenti ta` Malta ghan-Nazzjonijiet Uniti, l-Ambaxxatur Dr. Joseph Cassar minhabba l-fatt li Dr Cassar mexxa wkoll il-partecipazzjoni Maltija fil-fazi preparatorja ta` din il-Konferenza li saret fi New York. Id-Delegazzjoni Maltija f`Barbados kienet tikkonsisti wkoll fis-Sur Walter Balzan, First Secretary fil-Missjoni Permanenti ta` Malta fi New York, Dr Simone Borg mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Prof Lino Briguglio bhala Adviser. Ta` minn issemmi li x-xoghol tal-Prof. Briguglio fuq `Vulnerability Index` ghall-gzejjer gie formalment addottat mill-Konferenza.
DELIMARA - POWER STATION
18418. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress illi ċ-Chairman ta' Enemalta riċentement donnu implika li minħabba id-"deposits" mhux possibbli li jitwaħħlu "scrubbers" maċ-ċmieni tal-Power Station ta' Delimara biex jitnaddfu d-dħaħen tossiċi, jista' l-Ministru jgħid x'se tkun l-alternattiva biex dħaħen tossiċi jiġu ffiltrati? Kemm se tiswa din l-alternattiva? U fil-każ li m'huwa se jsir xejn, kif Enemalta se tottempra ruħha ma EU Regulations dwar emissjonijiet tossiċi minn Power Stations?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17622 (Seduta 259), fejn il-pożizzjoni ta' Enemalta hi spjegata.
Meta Malta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea, nottempraw ruħna mar-regoli kollha relevanti.
SERVIZZI ĊIVILI - KAROZZI "CAR HIRE"
18419. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Kemm hemm karozzi "car hire" mikrija maċ-Ċivil?
Mingħand liema ditta jew ditti huma mikrija u kemm-il karozza (numru) mingħand kull ditta?
X'inhuma r-rati kurrenti tal-kiri?
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
AWTORITA' TAD-DJAR - LIFTS FI BLOCKS TAL-GVERN
18431. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għar-risposta mogħtija ta' mistoqsija parlamentari numru 17857, jista' l-Ministru jikkonsidra illi fi blokki ta'flats tal-Gvern mibnija qabel l-1986, li għalkemm ma fihomx lift shaft imma għandhom trombi wiesgħa biżżejjed li jistgħu jakkomodaw lift, allura m'hux kas illi lifts jitqegħdu? Blokki ta' bini ta' dan it-tip jeżistu fil-lokal ta' Farsina u fuq Tal-Blat Ħal Qormi.
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17857 (Seduta 263) m'hemmx ħsieb li jsiru lifts fi blokki mibnija qabel l-1986.
DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - FOLIC ACID ENRICHED FOODS
18451. L-ONOR. LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa ħax xi pożizzjoni, jekk iddiskutiex il-kwestjoni dwar folic acid enriched foods?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li ssir kampanja edukattiva dwar dan?
Il-Ministru qiegħed jinkoraġġixxi li jiġi importat ikel ta' dan it-tip?
ONOR. LOUIS GALEA: Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, fuq parir ta' esperti f'dan il-qasam, ħareġ 'guidelines' għat-tobba kollha dwar il-valur tal-'folic acid' fil-prevenzjoni ta' ċerti kondizzjonijiet. Ninsab informat li ħafna mill-ikel li nieklu diġa' għandu biżżejjed 'folic acid' u għaldaqshekk mhux indikat li jkun hemm xi kampanja biex jiddaħħal ikel tat-tip imsemmi mill-Onor. Interpellant.
VETTURI REĠISTRATI
18474. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn vetturi reġistrati f'Malta u Għawdex sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
ONOR. MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi registrati f'Malta u Għawdex mill-1992 huwa dan:
1992 - 194,366
1993 - 203,494
Jiena nformat li qabel is-sena 1992 ma kenitx tinżamm statistika.
KAROZZI "SECOND HAND"
18475. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex jiġi aċċertat li karozzi u vetturi oħra importati "second hand", jkunu f'kondizzjoni tajba biżżejjed u ma jiġux importati karozzi u vetturi li ma jkunux għaddew minn testijiet ta' vetturi f'pajjiżi oħra? Kemm kien hemm vetturi li ma ġewx mogħtija permess biex jkunu jistgħu jiġu reġistrati fl-aħħar sena għax ma kenux tajba biżżejjed għat-triqat Maltin?
ONOR. MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li s'issa għad m'hemmx kriterji għal testijiet fuq karozzi u vetturi oħra mportati "second-hand" għal użu privat. Dawn il-kriterji jiġu ntrodotti meta jkunu finalizzati arranġamenti biex tiddaħħal l-MOT Testing. Dan s'intendi ma japplikax għal dawk il-vetturi li jġorru l-passiġġieri u li jkunu ttestjati regolarment.
Jiena nformat li sabiex jiskoraġġixxi l-importazzjoni ta' vetturi li ma jkunux f'kondizzjoni tajba biżżejjed, kien introdott limitu minimu ta' kemm titħallas "Registration tax" fuq il-karozzi. "second- hand". Rigward il-vetturi kummerċjali l-ammont ta' "Registration Tax" kienet imnaqqsa konsiderevolment biex ikunu jistgħu jorħsu l-prezzijiet ta' dawn il-vetturi. B'hekk fit-toroq tagħna bdejna naraw aktar vetturi ġodda ta' dan it-tip.
Fl-aħħar sena ma kien hemm l-ebda vettura li ma kenitx registrata minħabba l-kondizzjoni ħazina tagħha.
DWANA - VETTURI
18476. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mibjugħa vetturi minn dawk irkantati fid-Dwana ftit jiem ilu? Kemm inġabru flus minnhom? Karozzi u vetturi li jkunu għadhom f'kondizzjoni tajba jistgħu jingħataw għal użu fid-Dipartimenti tal-Gvern bħal Pulizija, l-Armata u xi dipartiment ieħor?
ONOR. JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ahhar bejgh b'irkant li sar mid-Dwana kien fis-26 ta' Mejju, 1994 fejn kienu offruti ghal bejgh 41 vettura. Min dawn inbieghu 40 u fuqhom ingabret is-somma ta' Lm17,675.
Qabel il-bejgh kien hemm hafna Dipartimenti tal-Gvern li gew biex jaraw dawn il-vetturi bil-hsieb li jekk ikollhom bzonn xi wahda minnhom ikunu jistghu jehduha, izda dawn ma ghazlu ebda wahda.
MONTI DI PIETA - IRKANT
18477. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul mill-irkant li sar dan l-aħħar fil-Monti di Pieta? Dawk l-affarijiet prezzjużi li ma ġewx mibjugħa se jerġgħu jiġu rkantati?
ONOR. JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dhul mill-irkant li sar fi Frar li ghadda mill-Monte di Pieta' kien jammonta ghal Lm7,947 rigward oggetti mirhuna fl-istesss Monte di Pieta', Lm537 mill-oggetti mitlufa u pprezentati mill-Pulizija (Lost Property Disposal) u Lm11,054 mill-oggetti maqbuda mid-Dwana.
Dawk l-oggetti prezzjuzi li ma gewx mibjugha u jibqghu ma jigux irtirati jergghu jigu pprezentati ghall-bejgh fl-irkant li jmiss.
PIXKERIJA - BEJGĦ TA' ĦUT
18478. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista'l-Ministru ġentilment jagħti lista ta' kemm sar bejgħ ta' ħut mill-Pixkerija sena b'sena mill-1987 'il hawn? Fl-istess żmien kemm ġie esportat ħut barra minn Malta?
ONOR. LAWRENCE GATT: Il-figuri dwar bejgh u esportazzjoni ta' hut huma kif jidhru hawn taht:-
Bejgh ta' hut mill-Pixkerija/Esportazzjoni
Sena
|
Piz (Tunellati)
|
Valur Lm
|
Piz (Tunellati)
|
Valur Lm
|
|
|
|
|
|
1987
|
1015
|
831702
|
414
|
172712
|
1988
|
865
|
878080
|
62
|
99348
|
1989
|
891
|
853799
|
35
|
50171
|
1990
|
727
|
794812
|
81
|
182608
|
1991
|
694
|
895464
|
117
|
239593
|
1992
|
540
|
746460
|
37
|
104071
|
1993
|
682
|
1068826
|
124
|
423709
|
Il-bejgh ta' hut mill-Pixkerija jinkludi l-hut esportat.
BANEK - 15% TAXXA FUQ IMGĦAX
18479. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-rispons tal-faċilita' li persuna tħallas 15% taxxa mal-ewwel lill-banek kummerċjali?
Sa l-aħħar ta' Marzu, kemm inġabru flus b'din l-iskema?
ONOR. JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta ghal din il-mistoqsija tinghata f'xi seduta ohra.
Dostları ilə paylaş: |