Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 0,53 Mb.
səhifə6/8
tarix16.05.2018
ölçüsü0,53 Mb.
#50569
1   2   3   4   5   6   7   8

ONOR. UGO MIFSUD BONNICI: Il-Ministru għal Għawdex inħatar bir-responsabbilta' li jikkoordina l-ħidmiet tad- diversi Ministeri u jieħu inizjattivi speċifiċi għall-ġid ta' Għawdex. Għaldaqstant il- Ministeru għal Għawdex għandu r-responsabbilta' li b'kordinament mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jara li l- politika tal-Gvern fil-qasam edukattiv titwettaq bl-aħjar mod possibbli f'Għawdex.
Huwa għandu r-responsabbilta' wkoll li jieħu inizjattivi speċifiċi għall-ġid ta' Għawdex. Hekk, per eżempju, dejjem bil-kollaborazzjoni u l- koperazzjoni sħiħa tal- Ministeru ta' l-Edukazzjoni ħa inizjattiva biex jinfetħu:-
a) Skola tal-Mużika;

Skola ta' l-Arti;

Skola tad-Drama;

Skola tal-Bini u

Istitut għall-Istudji fit-

Turimu.
b) biex l-iskejjel post- sekondarji jkunu f'kumpless u b'amministrazzjoni għalihom.

c) biex jinbena Kumpless Sportiv li jintuża wkoll mill- iskejjel għall-edukazzjoni fiżika ta' l-istudenti, kif ukoll
d) biex beda jingħata f'Għawdex kors mill-Universita' ta' Malta li jwassal għal Baċellerat fl-Arti.

Skejjel,Edukazzjoni fizika

bare,Skejjel,Edukazzjoni fizika

mifu,Skejjel,Edukazzjoni fizika



EDUKAZZJONI FIŻIKA FL-ISKEJJEL

8710. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: F'kull skola primarja f'Malta u f'Għawdex, f'kull klassi, kemm fil-ġimgħa qed jingħata ħin għall-edukazzjoni fiżika għall- istudenti tagħna?
Kemm minn dan il-ħin qiegħed fil-fatt jintuża biex issir edukazzjoni fiżika?
X'passi ħadu l-awtoritajiet edukattivi biex jinbidel dak li studji lokali wrew li t-tfal Maltin u Għawdxin minn eta' żgħira jeħxienu u jrabbu drawwiet sedentarji?
ONOR. UGO MIFSUD BONNICI: Skond it-time-table, kull klassi għandha nofs siegħa kuljum, minbarra li jmorru Peripatetic Teachers iduru l- iskejjel skond skeda li tinbidel kull xahar.
Dan jiddependi mill-għalliem tal-klassi u aktar u aktar mill-atteġġjament tas-surmast lejn is-suġġett.
L-Awtoritajiet Edukattivi jorganizzaw kompetizzjonijiet bejn l-iskejjel (eż. Football, Basketball, Netball u Atletika). Fl-iskola Sport tal-Marsa jiġu mgħallma madwar 15-il dixxiplina sportiva.
Barra minn hekk, f'April/ Mejju, isiru l-kompetizzjoni- jiet ta' l-Atletika għall- iskejjel primarji.

Skejjel,Taghlim tal-Malti

bare,Skejjel,Taghlim tal-Malti

mifu,Skejjel,Taghlim tal-Malti



TAGĦLIM TAL-MALTI

8711. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jaħseb il-Ministru li wasal iż- żmien li s-sistema edukattiva tagħna tibda tagħti servizz tat-tagħlim tal-Malti lill- ulied emigranti li ġejjin lura Malta u Għawdex, li qed jitħarbtu fl-istudji tagħhom meta jaslu hawn u jkollhom jibdew lingwa ġdida, u qed jispiċċaw jaqgħu lura?
ONOR. UGO MIFSUD BONNICI: Preżentement id-dipartiment qed joffri:-
a) lezzjonijiet rimedjali fis- sajf;
b) lezzjonijiet rimedjali matul is-sena skolastoka; u
c) lezzjonijiet għall-barranin li jridu jitgħallmu l-Malti.
Barra minn dan, għandi informazzjoni wkoll li surmastrijiet ta' skejjel sekondarji organizzaw korsijiet apposta biex l-istudenti ulied l-emigranti jintegraw ruħhom sewwa fil-ħajja ta' l-iskola u jinserixxu ruħhom fit-tessut soċjali kulturali Malti.

Skejjel,Sekondarji,Ghawdex

bare,Skejjel,Sekondarji,Ghawdex

mifu,Skejjel,Sekondarji,Ghawdex



GĦAWDEX - SKEJJEL SEKONDARJI

8712. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jistgħu ufficjali ta' l- edukazzjoni jżuru l-iskola Sekondarja fi Triq ir- Repubblika, ir-Rabat, Għawdex biex jaraw il-bżonnijiet li hemm f'dik l-iskola, biex jaraw li l-iskola hija nadifa u miżbugħa, bil-ħġieġ kollu f'postu, bit-toilets u l- flushings jaħdmu, bibien jinfetħu u jingħalqu, u postijiet fejn studenti joqogħdu bil-qegħda fit-tuck shop?
ONOR. UGO MIFSUD BONNICI: Il-kapijiet ta' l-iskejjel miġbura fil-kumplessi imsemmi, informawna li:-
(1) huma jilqgħu bil-ferħ ispezzjonijiet minn uffiċjali għolja;
(2) m'ilhomx li saru;
(3) ma jeżistux in- nuqqasijiet imsemmija.
Skejjel,Primarji

bare,Skejjel,Primarji

mifu,Skejjel,Primarji

SKEJJEL PRIMARJI

8713. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Huwa sodisfatt li qed isir biżżejjed fl-iskejjel primarji tagħna f'Malta u f'Għawdex biex il-klassijiet ikunu attraenti u joffru ambjent pedagoġiku stimolanti biex jgħin lit-tfal jibdew iħobbu jitgħallmu u jibdew iħobbu l-qari?
ONOR. UGO MIFSUD BONNICI: Qatt ma jien sodisfatt, iża nirrikonoxxi li qed isir sforz min-naħa ta' l-uffiċjali biex l-iskejjel primarji jkunu iktar attraenti. Meta jsiru żjarat ta' l-uffiċjali għoljin u meta jsiru korsijiet għall-għalliema jingħata enfasi fuq din il- ħtieġa. F'ħafna klassijiet barra kartelluni u materjal ieħor figurattiv, ikun hemm rokna għall-kotba biex it-tfal jidraw isibuhom magħhom.

Hal Far,Qasam Industrijali

calr,Hal Far,Qasam Industrijali

bong,Hal Far,Qasam Industrijali



ĦAL FAR - QASAM INDUSTRIJALI

8720. L-ONOR. RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jikkonsidra l-Ministru li jwaqqaf skwadra ta' tindif apposta għall-industrial estates wara dak kollu li ġara f'Ħal Far, meta din in-naħa fejn jistrieħu r-residenti tad- distrett li nirrappreżenta jien imtliet b'terrapien u żibel?
Jikkonsidra li jħajjar lill- Industrijalisti biex jikkontribwixxu xi ħaġa żgħira fil-ġimgħa ħalli din l-iskwadra tkun privata u tkun tista' tilħaq il-livell ta' indafa li qed jintlaħaq fit-terminal il-ġdid ta' l-ajruport għax hemm tlett kumpanniji privati?
ONOR. GEORGE BONELLO DU PUIS: Ma hemm xejn x'inzid mar- risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 8508 hlief li l-MDC qeghda tikkonsidra serjament biex twaqqaf Assocjazzjoni li tiehu hsieb it-tindif u l-manutenzjoni f'kull zona industrijali.

Rahal Gdid,Kazin tal-Partit Laburista

calr,Rahal Gdid,Kazin tal-Partit Laburista

gall,Rahal Gdid,Kazin tal-Partit Laburista



RAĦAL ĠDID - KAŻIN TAL-PARTIT LABURISTA

8721. L-ONOR. RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid hekk hux veru li l-Maġistrat li nvestiga l-isplużjoni tal- Labour Party Club ta' Raħal il- Ġdid, ta ordni biex il-materjal jitbattal fl-industrial estate ta' Kordin peress li l-ġebel kollu huwa meqjus mill-Qorti bħala esebit għax-xhieda fuq il-konklużjoni ta' l-inkjesta? Jidhirlu li dawn l-affarijiet m'għandhomx jiġu permessi?
ONOR. LOUIS GALEA: Kif Malta kollha taf il-kaz li qed jinvestiga l-Magistrat ma kienx wiehed ta' "l-ispluzjoni ta' Rahal Gdid" izda ta' korp shih ta' bini li fih inzerta kien hemm dan il-Club. Il-Magistrat li jkun qed imexxi inkjesta jaghmel dak kollu li hu mehtieg kemm biex jikkonstata dak li gara kif ukoll biex jiskopri l- awturi tad-delitt.

Rabat,Ghajn Qajjed,Block H Flat 1

farn,Rabat,Ghajn Qajjed,Block H Flat 1

falm,Rabat,Ghajn Qajjed,Block H Flat 1



RABAT: GĦAJN QAJJED - BLOCK H FLAT 1

8989. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet li kienu awtorizzati fi Block H Flat 1, Għajn Qajjed Housing Estate, Rabat, cioe' biex jinbidlu xi bibien interni f'dan l-appartament kif diġa' kienu ntlaħqu l-arranġamenti mal-familja kkoncernata?
Jekk fl-affermattiv, meta?
ONOR. MICHAEL FALZON: Ghaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar ghall-azzjoni mehtiega.

Mgarr,Triq il-Banjijiet Rumani,Plot 114

farn,Mgarr,Triq il-Banjijiet Rumani,Plot 114

hyzg,Mgarr,Triq il-Banjijiet Rumani,Plot 114



MGARR: TRIQ IL-BANJIJIET RUMANI - PLOT 114

8990. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Billi plot 114, f'Roman Baths Road, Mġarr hija abbandunata, jista' l- Ministru jgħid lill-Kamra jekk din il-plot għadhiex tas-sid?
Jekk le, jista' jara li tingħata lir-riserva ta' wieħed mill-applikanti cioe' lis-Sur Louis Gauci ta' 7 St Mary Str, Mgarr li kien l-ewwel riserva għall-plot imsemmi?
ONOR. GEORGE HYZLER: Il-Plot Nru. 114 fl-Imġarr ġiet maħruġa fil-ħarġa ta' Ġunju, 1991. Il- beneficcjarju għandu l-obbligu li jlesti x-xogħol fi żmien tlett snin u tlett xhur mill- permess tal-bini.
Impiegi,Sahha tal-hadiiem

farnImpiegi,Sahha tal-hadiiem

mifu,Impiegi,Sahha tal-hadiiem

IMPIEGI - SAĦĦA TAL-ĦADDIEM


8991. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'alternattivi għandhom dawk il-ħaddiema meta wara snin xogħol fuq il-makni tal- fabbriki jirriżultawlhom diffikultajiet fil-kondizzjoni fiżika tagħhom b'detriment li ma jkunux jistgħu jkomplu x- xogħol, imma jkunu kapaci jwettqu xogħol ieħor inqas ta' strapazz għal saħħithom?
Dawn iridu jirtiraw mix- xogħol kemm-il darba l-fabbrika ażjenda ma tipprovdilhomx alternative job?
Jista' l-Ministru jgħid lill- Kamra min huma l-persuni konsultattivi tad-Dipartiment ta' l-Employment & Training Corporation jew tas-Servizzi Socjali li jittrattaw dawn il- każijiet?
ONOR. UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.

Fabbriki,Tkeccija ta' haddiema

farn,Fabbriki,Tkeccija ta' haddiema

mifu,Fabbriki,Tkeccija ta' haddiema



FABBRIKI - TKECCIJA TA' ĦADDIEMA

8992. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid lill- Kamra liema huma dawk il- fabbriki/ażjendi li bejn Jannar ta' l-1993 sa llum, taw jew se jagħtu s-sensji lill-ħaddiema tagħhom?
Kemm jammontaw f'numru dawn il-ħaddiema involuti?

ONOR. UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.

Mtarfa,Zbokk ta' l-ilma fid-drenagg

farn,Mtarfa,Zbokk ta' l-ilma fid-drenagg

hyzg,Mtarfa,Zbokk ta' l-ilma fid-drenagg



MTARFA - ŻBOKK TA' L-ILMA FID- DRENAĠĠ

8993. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Billi fi Block A fl-Imtarfa qed isiru abbużi minn xi individwi li jtaqqbu l-kanal ta' l-ilma tax- xita ta' madwar il-block, b'riżultat li dan l-ilma qed jiżbokka fis-sistema tad- drenaġġ u jimblokka din is- sistema, jista' l-Ministru jirrimedja billi ssir manutenzjoni f'din it-toqba u l-inħawi jiġu sorveljati biex ma jkunx hemm abbużi?
In vista li dan jista' jkun li qed isir minħabba li hemm bżonn li jsir biex l-ilma tax- xita ma jiffladjax quddiem ir- residenti l-oħra li hemm aktar 'l isfel minn dan il-blokk, jista' d-dipartiment jispezzjona din is-sitwazzjoni ħalli ma jkunx hemm aktar dawn il-problemi?
ONOR. GEORGE HYZLER: Billi l-area indikata hija fejn se jsir xogħol in konnessjoni ta' Land Scaping ix-xogħol indikat huwa parti mill-proġett.

Mtarfa,Asfaltar ta' toroq

farn,Mtarfa,Asfaltar ta' toroq

yhzg,Mtarfa,Asfaltar ta' toroq



MTARFA - ASFALTAR TA' TOROQ

8994. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Billi issa tnaddfu t-toroq ta' l-Imtarfa, jista' l-Ministru jara li dawn it-toroq jiġu asfaltati biex tispicca l-inkonvenjenza ta' residenti li ilhom jistennew dawn ix-xogħlijiet għal dawn l- aħħar snin?
ONOR. GEORGE HYZLER: Nieħu gost li l-Onor. Membru nnota l- progress fl-Imtarfa. Issa li se jibda x-xogħol fuq l-Land Scaping l-asfaltar tat-toroq ikun jista' jsir ukoll.

Stazzjonijiet tar-Radju,Ezenzjoni mid-dazji

sana,Stazzjonijiet tar-Radju,Ezenzjoni mid-dazji

dalj,Stazzjonijiet tar-Radju,Ezenzjoni mid-dazji



STAZZJONIJIET TAR-RADJU - EŻENZJONI MID-DAZJI

9037. L-ONOR. ALFRED SANT staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: B'referenza għall- avviż maħruġ mill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp fid-9 ta' Awissu, 1991 (nota tagħha qegħda tintbagħat under separate cover) dwar l- eżenzjoni mid-dazji ta' l- importazzjoni għal setturi bħal Audio/Visual Recording Studios u Audio/Visual Producers, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jindika:
a) Lil liema stazzjonijiet tar-radju jew kumpanniji li jmexxu stazzjonijiet tar-radio ingħataw eżenzjonijiet mill- ħlas tad-dazju ta' l- importazzjoni?
b) Fuq liema kriterji ngħataw dawn l-eżenzjonijiet?
c) Liema huma dawk il- kumpanniji privati oħra li ngħataw eżenzjoni mill-ħlas ta' dazju fuq l-importazzjoni ta' apparat li jintuża fuq Visual Recording/Productions Studios? Skond liema kriterji ngħataw dawn l-eżenzjonijiet?
ONOR. JOHN DALLI: Il- Ministru tal-Finanzi ta Eżenzjonijiet mid-Dazji lil dawk l-istazzjonijiet tar-Radju li talbuha.
Island Sound Radio

Radio One Live

Bay Radio

Radio 101

Smash Recordings

RTK


Public Broadcasting Services
Jiena nformat li mill-MDC kienu ħarġu eżenzjonijiet lil Sound Vision Print Limited. Jiena nformat ukoll li l-MDC approvat eżenzjonijiet għal Audio/Visual Production Entities lil:
A. MPS Limited

B. Media Centre

C. Audio Vision Production

D. RGB Television

E. Streets Television

F. Mediterranean Film

Facilities

G. Independence Limited

H. Video & Photo Service

I. Alvin Scicluna Scicluna

J. Greatel Services Ltd

Oggetti ta' l-ikel,Prezzijiet

sana,Oggetti ta' l-ikel,Prezzijiet

frem,Oggetti ta' l-ikel,Prezzijiet



OĠĠETTI TA' L-IKEL - PREZZIJIET

9038. L-ONOR. ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Would it be possible for PBS to broadcast in English as well as in Maltese the televised run on food prices, for the benefit of the British and other non- Maltese resident community?
ONOR. MICHAEL FRENDO: PBS plans to begin broadcasting a television news bulletin in English as soon as possible in the new (April-June) season. Food prices in English will be a service feature of that bulletin.

Annimali,Mohqrija

galm,Annimali,Mohqrija

gall,Annimali,Mohqrija



ANNIMALI - MOĦQRIJA

9039. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Fil-ħarġa tal-Ġurnal "Independent" tal-Ħadd 7 ta' Marzu, 1993 f'paġna 23 dehret ittra tilmenta li fit-22 ta' Frar, 1993 f'Ħal Għaxaq saret xi serata tal-Karnival u waqt din is-serata fil-preżenza tal- pulizija ġie allegat li inħaqru xi annimali fosthom inqatel ukoll xi serduq li beda jintefa' minn id għal oħra.
Jekk dan hu minnu, għaliex il-pulizija preżenti ma intervenietx?
ONOR. LOUIS GALEA: Jirrizulta li attivita' konnessa mal-Karnival saret fit-22 ta' Frar 1993, minghajr ma giet avzata l-Pulizija minn qabel. Peress li l-Pulizija kienet impenjata f'inhawi ohra kuntistabbli biss seta' jintbaghat fil-post. Dan il- kuntistabbli jinnega li fil- folla mdaqqsa li ngabret ra l- mohqrija ta' l-annimali msemmija fl-ittra in kwestjoni. Il-Pulizija taf li l-mohqrija ta' l-annimali hi kontra l-ligi taghna u li ghandha tintervjeni f'kull kaz sew biex tipprevjeni kif ukoll biex tressaq lil min jahqar l-annimali l-Qorti. Fit-tahrig li qed isir ghal kuntistabbli, surgenti u spetturi fl-Akkademja tal- Pulizija dan hu suggett iehor li dwaru l-Pulizija taghti l- attenzjoni mehtiega.

Radju 101,Programm "Wavelength"

galm,Radju 101,Programm "Wavelength"

gall,Radju 101,Programm "Wavelength"



RADJU 101 - PROGRAMM "WAVELENGTH"

9040. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Fil-programm "Wavelength" li xxandar fuq Radio 101 nhar it- Tlieta 9 ta' Marzu, 1993 pazjent li jmur regolarment għar-Renal Dialysis qal li l- uniku ilment li għandu hu li jkollu jipparkja l-karozza tiegħu 'il bogħod u konsegwenza ta' dan wara d-dialysis minkejja li ma jħossux f'siktu biex jimxi sal-karozza ikun kostrett li jagħmel dan.
Billi fl-istess programm intqal li s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa kien se jintervjeni biex isib soluzzjoni għal din il- problema, nista' nissuġġerixxi biex kull pazjent li jidħol l- isptar għad-dialysis bil- karozza tiegħu jingħata SLH Entry Permit (sticker) apposta u jitħalla jipparkja fil-post reservat għal VIP's quddiem l- entratura principali ta' l- isptar peress li fir-realta' jkunu waħdiet li jinzertaw għad-dialysis fl-istess ħin u li jkunu bil-karozza tagħhom u allura m'għandux ikun hemm problema biex iħallu l-vettura tagħhom f'dan il-post?
ONOR. LOUIS GALEA: Tlabt lill-Awtorita' kompetenti jsibu soluzzjoni għal ilment imressaq mill-Onor. Membru.

Impiegi,Tnaqqis fis-salarji

pora,Impiegi,Tnaqqis fis-salarji

hyzg,Impiegi,Tnaqqis fis-salarji



IMPIEGI TNAQQIS FIS-SALARJI

9041. L-ONOR. ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Skond il-liġi industrijali, min iħaddem għandu dritt li jnaqqas mis- salarju ta' l-impjegat tiegħu? Jekk iva, x'inhuma l-kriterji? Jekk le, x'għandu jagħmel l- impjegat sabiex jiġi mogħti lura lilu l-ammont li jkun tnaqqaslu?
ONOR. GEORGE HYZLER: Billi l-liġi Industrijali ma taqax taħt il-Ministeru tiegħi, nitolbok tagħmel din id-domanda lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.

Valletta,Berga tal-Baviera

pora,Valletta,Berga tal-Baviera

falm,Valletta,Berga tal-Baviera



VALLETTA - BERĠA TAL-BAVIERA

9042. L-ONOR. ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' d-dipartiment koncernat jagħmel il-tiswijiet meħtieġa fil-Berġa tal-Baviera inkluż għamara (siġġijiet, eċċ) mkissra u l-ħtieġa ta' għamara fejn joqogħdu l-files biex l- impjegati jkollhom ambjent xieraq fejn jaħdmu?
ONOR. MICHAEL FALZON: Ma jirriżultalix li l-ambjent li fih qed jaħdmu l-impjegati tad- Dipartiment ta' l-Artijiet hu kif qed ipinġih l-Onor. Interpellant.

Ezamijiet,Hlas

pora,Ezamijiet,Hlas

mifu,Ezamijiet,Hlas



EŻAMIJIET - ĦLAS

9043. L-ONOR. ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħlasijiet għal eżami lokali f'livell ordinarju minn Lm2 tela' għal Lm9 u fuq livell avvanzat minn Lm3 tela' għal Lm12? Jidhirlu l-Ministru li din hi ta' tbatija kbira għall- istudenti u l-ġenituri tagħhom kif ilmentaw sew miegħi illejla?
ONOR. UGO MIFSUD BONNICI: L- Onor. Interpellant sal-lum jaf li wara li ltqajt ma' delegazzjoni ta' l-istudenti sar qbil u jien intervenejt ma' l-Universita' biex il-ħlasijiet ġew riveduti. Il-ħlas għall- livell ordinarju issa hu Lm5 u għall-livell avvanzat sar Lm8.
Fl-1992 l-Universita' għamlet telf ta' madwar Lm40,000. Għandu jitqies li:
1) In-numru ta' suġġetti żdied minn 13-il suġġett għal 25 suġġett:
2) Mill-1994 se jkun introdott format ġdid għall-eżamijiet li jagħti opportunita' lil studenti, li m'għandhomx il- ħsieb li jkomplu bl-edukazzjoni post-sekondarja, li jersqu għall-eżami u jottjenu certifikat għall-livell ta' studju li jkunu għamlu;
3) Mill-1994 l-eżami fil- lingwi kollha se jinkludi orali.
Dawn l-innovazzjonijiet tant meħtieġa biex l-Universita' toffri eżamijiet li huma aktar relevanti għas-sistema edukattiva ta' pajjiżna, jinvolvu spejjeż oħra, u għalhekk fic-cirkostanzi il- ħlasijiet għall-eżamijiet bilfors kellhom ikunu riveduti.
B'danakollu ta' min jinnota li issa l-istudenti jistgħu jagħmlu prattikament l- eżamijiet kollha ma' l- Universita' ta' Malta u dan fil-fatt ifisser li l-istudenti se jħallsu ħafna anqas minn meta kellhom jagħmlu l-eżamijit ta' Bordijit barranin.
Fejn verament teżisti tbatija kbira tali l-istudent ma jkunx jiflaħ iħallas biex jagħmel l- eżamijit jien għandi l-poter li neżenta u dan diġa' għidtu pubblikament li lest biex nagħmlu.

San Gwann,Sbruffar ta' drenagg

bril,San Gwann,Sbruffar ta' drenagg

falm,San Gwann,Sbruffar ta' drenagg



SAN GWANN - SBRUFFAR TA' DRENAĠĠ

9044. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet wara li kien hemm rapport dwar drenaġġ ifur fi Triq Ġewża, San Gwann f'tali mod li spicca jidħol fix-xaftijiet tal-blokki ta' l-appartamenti?
ONOR. MICHAEL FALZON: Jien informat li minn spezzjoni li saret irriżulta li hemm bżonn ta' tiswija fl-inspection chamber.
Ix-xogħol se jsir dalwaqt.

Ajruport,Titjiriet charter

bril,Ajruport,Titjiriet charter

zamf,Ajruport,Titjiriet charter



TITJIRIET CHARTER

9046. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti figuri komparattivi ta' charter arrivals fl-ewwel xahrejn tas- sena 1990, 1991, u 1992?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru ta' ajruplani li gew fl-ajruport ta' Hal Luqa fuq titjiriet chartered matul l- ewwel xahrejn ta' snin 1990, 1991 u 1992 huwa:-
Jannar Frar
1990 103 113

1991 142 151

1992 181 234

Habs Civili,Mohammed Ali Rezaq

bril,Habs Civili,Mohammed Ali Rezaq

demg,Habs Civili,Mohammed Ali Rezaq



ĦABS ĊIVILI - MOHAMMED ALI REZAQ

9047. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Vici Prim Ministru jgħid kemm hemm verita' f'rapporti li f'laqgħa tal-Gvern Malti ma' l- Ambaxxaturi ta' l-Istati Uniti, ta' Franza u ta' l-Ingilterra dwar il-każ ta' Ali Rezaq ġie indikat lilu li l-istand li ħa l-Gvern Malti jista' jkollu effett fuq l-eżitu ta' l- applikazzjoni Maltija għal sħubija fil-Komunita' Ewropea?
Jekk iva, x'kienet ir- reazzjoni tal-Gvern Malti għal dan?
ONOR. GUIDO DE MARCO: Ir- rapporti msemmija mill-Onor. Interpellant huma nfondati.

Turizmu,Hatra tas-sur Terence Mirabelli

bril,Turizmu,Hatra tas-sur Terence Mirabelli

bong,Turizmu,Hatra tas-sur Terence Mirabelli



NTOM - ĦATRA TAS-SUR TERENCE MIRABELLI

9048. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi d-data li fiha ġiet fis-seħħ il-ħatra tas-Sur Terence Mirabelli bħala part-time Public Relations consultant ta' l-NTOM? Kemm se jitħallas għal dan is-servizz? X'time frame ingħata biex fih igħin fit-twaqqif ta' PR & Communications Division aktar streamlined ta' l-NTOM?
X'servizzi ta lill-NTOM qabel ingħata din it-task? Fosthom kien hemm dak ta' speech writer għac-Chairman ta' l-NTOM u jekk iva, kemm kien jitħallas kull darba li jagħmel dan?
X'inhi l-organagram preżenti tal-PR Division ta' l-NTOM?
ONOR. GEORGE BONELLO DU PUIS: Ghandi l-pjacir ninforma l- Kamra li d-decizjoni li jigi ngaggat is-Sur Mirabelli ttiehdet mill-Bord Ezekuttiv ta' l-NTOM u li l-hatra giet fis-sehh bhala part-time PR Consultant ta' l-NTOM fl-1 ta' Marzu, 1993. Is-Sur Mirabelli jahdem erba' sighat kuljum u jithallas bir-rata ta' Lm5 kull siegha. Il-kuntratt tal- Konsulenza ghat-twaqqif ta' PR & Communications Division hija ghal sitt xhur.
Fl-imghoddi s-Sur Mirabelli abbozza xi diskorsi li gew uzati mic-Chairman tal-NTOM u ha sehem fil-preparazzjoni ta' l-NTOM Annual Report tal-1990, 1991. Il-hlas li sar lis-Sur Mirabelli kien fuq bazi ad hoc.
Fost dak li hu misteni mis- Sur Mirabelli hemm li jipprepara struttura ghall-PR Division. Din s'issa taqa' taht ir-responsabilta' tad- Director Marketing u naturalment taht dik tac-Chief Executive.

Qrati,Guri ta' l-ex Kummissarju tal-Pulizija

bril,Qrati,Guri ta' l-ex Kummissarju tal-Pulizija

gall,rati,Guri ta' l-ex Kummissarju tal-Pulizija



QRATI - ĠURI TA' L-EX- KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA

9049. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Issa li ntemm il-ġuri ta' l-ex- Kummissarju tal-Pulizija Pullicino, x'se jsir dwar dawk l-ufficjali pubblici, uħud minnhom f'karigi ferm importanti, li rriżulta mix- xhieda li nstemgħet fil-Qorti li kienu f'xi mod involuti f'dak li wassal għad-delitt ta' Nardu Debono, kif ukoll dwar dawk li rriżulta li ħadu ġuramenti foloz?
Yüklə 0,53 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin