Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 0,53 Mb.
səhifə7/8
tarix16.05.2018
ölçüsü0,53 Mb.
#50569
1   2   3   4   5   6   7   8

ONOR. LOUIS GALEA: L-Onor. Membru jaf li l-proceduri gudizzjarji f'dan il-kaz ma ntemmux izda jinsabu fl-istadju ta' appell u ghaldaqstant twegiba ghall-mistoqsija tinghata fil-mument opportun f'xi seduta ohra.

Valletta,Teatru Rjal

buhc,Valletta,Teatru Rjal

falm,Valletta,Teatru Rjal



VALLETTA - TEATRU RJAL

9052. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għar- risposta li ngħatat għall- mistoqsija parlamentari numru 4360 kif ukoll għar-risposti verbali li ngħataw għall- mistoqsijiet supplimentari, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-option li bħalissa qiegħed jikkonsidra l-gvern fir-rigward tat-Teatru Rjal?
ONOR. MICHAEL FALZON: Ma jidhirlix li f'dan il-waqt għandi nżid xi ħaġa oħra ma' dak li diġa' għidt.

Ghawdex,Nadur,Servizz tad-drenagg

bork,Ghawdex,Nadur,Servizz tad-drenagg

falm,Ghawdex,Nadur,Servizz tad-drenagg



GĦAWDEX: NADUR - SERVIZZ TAD- DRENAĠĠ

9061. L-ONOR. KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex isir il-main tad-drenaġġ fi Triq il-Qala, Nadur, Għawdex peress li hemm numru konsiderevoli ta' abitanti li ilhom jgħixu f'din it-triq għal bosta snin u jenħtieġu ħafna dan is-servizz?
ONOR. MICHAEL FALZON: Jien informat li biex isir is- servizz ta' drenagg fi Triq il- Qala, Nadur jenhtieg jinbena pumping station flimkien ma' rising main lura ghan-Nadur, apparti li jsir service main. Dan il-progett gie estiz, biex jiehu wkoll dak id-drenagg li min-Nadur jinzel ghall-bajja ta' San Blas.
Dan il-progett, diga' mahsub fil-Master Plan tad-drenagg, hu mistenni li jsir s-sena d- diehla.

Ghawdex,Wirt storiku

bork,Ghawdex,Wirt storiku

taba,Ghawdex,Wirt storiku



GĦAWDEX - WIRT STORIKU

9062. L-ONOR. KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi proġett li jirrigwardja l-pjazza ta' quddiem il-Katidral ta' Għawdex?
Jekk fl-affermattiv, saru xi konsultazzjonijiet dwar dan il- proġett?
Jekk saru xi konsultazzjo­nijiet, ma' min u xi qbil sar?
Jista' l-Ministru jagħtina kopja tal-pjanti tal-proġett?
ONOR. ANTON TABONE: Bħalma naħseb li jaf l-Onor. Interpellant, il-Ministru għal Għawdex qed iwettaq programm estensiv ta' restawr taċ- Cittadella. Dan il-programm qed jitwettaq b'konsultazzjoni kontinwa u taħt is-superviżjoni regolari ta' l-Awtoritajiet tal-Mużew u ta' esperti oħra f'dan il-qasam.
Il-proġett li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien propost fl- 1989 bħala parti minn dan il- programm. Għaldaqstant saru konsultazzjonijiet dwaru u ngħata parir favorevoli fuqu mill-Awtoritajiet tal-Mużew u espert dwar l-arkitettura fil- 25 ta' Settembru, 1992.
Issa l-proġett għandu jiġi mifli wkoll mill-kumitat maħtur apposta biex jagħti pariri dwar il-Wirt Storiku u c-Cittadella ta' Għawdex. Dan il-kumitat jagħti l-parir tiegħu wara li jkun għamel il-konsultazzjo­nijiet u l-istudji li jidhirlu xierqa.

Festival tal-Kanzunetta Maltija

cusl,Festival tal-Kanzunetta Maltija

frem,Festival tal-Kanzunetta Maltija



FESTIVAL TAL-KANZUNETTA MALTIJA

9063. L-ONOR. LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Veru li fl-orkestra li akkumpanjat lill-kantanti fil-Malta Song Festival kien hemm mużicisti barranin?
Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm minn dawn u ta' liema nazzjonalita' huma?
Jidhirlu l-Ministru li Malta għandha talent lokali tajjeb biżżejjed biex ma jkollniex bżonn barranin?
ONOR. MICHAEL FRENDO: Kien hemm erba' mużiċisti barranin li ħadu sehem fl-orkestra tal- Festival tal-Kanzunetta Maltija - Kanzunetta għall-Ewropa 1993.
Dawn kienu ta' Nazzjonalita' Bulgara. Tnejn minn dawn huma teachers fil-Johann Strauss School of Music, it-tnejn l- oħra ġew apposta għal festival. Għalkemm il-Kumitat għamel sforz biex isib mużiċisti Maltin ma nstabux mużiċisti Maltin kompetenti li kienu lesti jieħdu sehem f'dan il- perjodu għar-rehearsals u serati tal-Festival.

Hamrun,Gnien

cusl,Hamrun,Gnien

falm,Hamrun,Gnien



HAMRUN - ĠNIEN

9064. L-ONOR. LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Issa li l-banka tal- lottu li kienet se tinbena fi Pjazza Kappillan Muscat, il- Ħamrun mhux se ssir, jidhirlu l-Ministru li għandu jibda x- xogħol fuq il-ġnien li kien approvat li jsir xi sentejn ilu fl-istess pjazza u li tiegħu l- Gvern kien diġa' approva s- somma ta' Lm10,000 biex jibda x-xogħol u li pjanta tiegħu tinsab fid-Dipartiment tax- Xogħlijiet?
ONOR. MICHAEL FALZON: It- Taqsima tax-Xoghlijiet qed thejji pjanti godda ghal dan il-gnien b'mod li jinkorpora banka tal-lottu zghira u jiehu in konsiderazzjoni s-sigar ezistenti.

Merill Trucking & Trailers Ltd

mizj,Merill Trucking & Trailers Ltd

mifu,Merill Trucking & Trailers Ltd



MERILL TRUCKING & TRAILERS LTD.

9065. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-ittra mibgħuta mit-Taqsima Port u Trasport tal-GWU fit-2 ta' Frar 1992, dwar tkeċċija ta' impjegat minn mal-Kumpannija Merill Trucking & Trailers waslitx lid-Dipartiment konċernat sabiex tittieħed l- azzjoni neċessarja? (Kopja ta' l-ittra qed tintbagħat under separate cover).
ONOR. UGO MIFSUD BONNICI: Il- GWU talbet laqgħa ta' konċiljazzjoni dwar it-tkeċċija ta' l-impjegat, iżda l- prinċipal ma attendewx għal- laqgħa. L-ittra tat-3 ta' Frar indirizzata lill-Ministru tal- Politika Soċjali ma waslitx lit-Tribunal. Madankollu se nibgħat kopja ta' l-ittra lit- Tribunal biex jara x'għandu jsir dwar il-każ.

Dip tas-Sahha,Uzu tal-coil

gree,Dip tas-Sahha,Uzu tal-coil

gall,Dip tas-Sahha,Uzu tal-coil



DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - UŻU TAL-COIL

9066. L-ONOR. EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Billi milli jidher fil-preżent id-Dipartiment tas-Saħħa waqqaf is-servizz tal-coil (IUCD) kemm fil-kliniċi ta' l-Isptar San Luqa u anke f'Ċentri tas-Saħħa, jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa fformolax policy fuq servizz ta' IVF Unit (In-Vitro fertilization) fl-Isptar San Luqa?
ONOR. LOUIS GALEA: Id- Dipartiment tal-Ginekologija ghandu policy li jwaqqaf u jespandi is-servizzi tal- Infertility inkluz dawk is- servizzi ta' Assisted Conception. Is-sottomissjo­nijiet ghal dawn il-progetti saru u issa qed jigu konsidrati.

Dip tas-Sahha,Uzu tal-coil

gree,Dip tas-Sahha,Uzu tal-coil

gall,Dip tas-Sahha,Uzu tal-coil



DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - UŻU TAL-COIL

9067. L-ONOR. EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: In konnessjoni mal-kwestjoni li nqalet dwar l-użu tal-Coil (IUCD) f'Istituzzjonijiet tal- Gvern, jista' l-Ministru jgħid x'konklużjonijiet wasal għalihom id-Dipartiment tas- Saħħa billi r-Rapport tal-Malta College of Obstetricians and Gynaecologists issa ilu li ġie ppreżentat lill-Awtoritajiet konċernati numru ta' ġimgħat? Barra minn dan ir-rapport, jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Dipartiment tas-Saħħa irċeviex rapport ieħor fuq dan is-suġġett mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal- Kamra?
ONOR. LOUIS GALEA: Ninsab informat li d-Dipartiment tal- Ostetricja u Ginekologija ta' l-Isptar San Luqa huwa tal- fehma li:

1) L-IUCD kif hu uzat fil- mara mhux tqila mhux abortiv izda huwa forma ta' kontracet­tiv.

2) L-IUCD m'ghandux jintuza bhala post-coital form of contraception u dan qatt ma kien il-policy tad-Dipartiment u lanqas isir.

3) Jekk mara tinqabad tqila waqt li ghandha coil, id- Dipartiment jirrakkomanda l- passi li ghandhom jittiehdu sabiex il-coil jitnehha minn specjalisti jew tobba nkarigati fid-dipartiment.

4) Id-dipartiment ircieva ittra mill-Medical Officer of Special Programme of Research, Development and Research Training in Human Reproduction tal-World Health Organisation, il-persuna li kien inkarigat ghar-rapport fuq il-'coil' mill-'WHO' fil-1987, li tghid hekk:
"The WHO Scientific Group on the Mechanism of Action, Safety and Efficacy of Intrauterine Devices which met in December 1986 and their report which was published in 1987 concluded that there is no scientific evidence that the mode of action of intra-uterine devices is abortifacient in nature or that the device disrupts implantation. All the available evidence, including research that has confirmed the conclusions reached by the WHO Scientific Group, indicate that the IUD interferes with sperm migration in the upper female genital tract and/or ovum transport".
Ir-rapport jitpogga fuq il- Mejda tal-Kamra f'xi seduta ohra meta jkun opportun.

Sptarijiet, San Luqa,Kumitat

gree,Sptarijiet, San Luqa,Kumitat

gall,Sptarijiet, San Luqa,Kumitat



HOSPITAL MANAGEMENT COMMITTEE

9068. L-ONOR. EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Issa li għaddiet iżjed minn sena mill-Elezzjoni Ġenerali, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Hospital Management Committee ta' l-Isptar San Luqa ġiex imwaqqaf?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti lista tal- Membri u min hu iċ-Chairman?
ONOR. LOUIS GALEA: Peress li l-effettivita' tat-tip ta' kumitat bhal dak imsemmi mill- Onor. Membru hija dubjuza, u peress li l-Gvern iddecieda fuq riforma shiha ta' l-Isptarijiet il-'Hospital Management Committee' ta' l-Isptar San Luqa mhux se jigi mwaqqaf. Minflok twaqqaf is-'St Luke's Hospital Refurbishment Committee', li dwaru diga' tajt it-taghrif kollu f'din il- Kamra, u qed jittiehdu passi biex l-isptarijiet pubblici jkollhom 'management' effettiv fi kwadru ta' aktar awtonomija mid-Dipartiment tas-Sahha.

Sptarijiet,San Luqa,Kummissjoni tal-Bio Etika

gree,Sptarijiet,San Luqa,Kummissjoni tal-Bio Etika

gall,Sptarijiet,San Luqa,Kummissjoni tal-Bio Etika



KUMMISSJONI TAL-BIO ETIKA

9069. L-ONOR. EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni tal-Bio Etika reġitx ġiet imwaqqfa?
Jekk le, għaliex?
Jekk fl-affermattiv, min huma l-Membri u ċ-Chairman?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l- aħħar Rapport Annwali ta' din il-Kummissjoni qabel ma ġiet xolta?
ONOR. LOUIS GALEA: Il- kumitat se jigi mgedded dalwaqt u twegiba tinghata f'xi seduta ohra.

Sptarijiet,San Luqa,Serq ta' Methadone

gree,Sptarijiet,San Luqa,Serq ta' Methadone

gall,kSptarijiet,San Luqa,Serq ta' Methadone



SPTAR SAN LUQA - SERQ TA' METHADONE

9070. L-ONOR. EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Billi riċentement insterqet kaxxa bil-Mediċina Methadone mill-iStores ta' l-Inpatient Pharmacy ta' l-Isptar San Luqa, jista' l-Ministru jgħid kull kemm jiġu ċċekkjati stocks ta' Dangerous Drugs kemm fl- Ispiżeriji tal-Gvern u kemm fl- iStores?
Jista' l-Ministru jikkonferma li xi spiżjara/a jew membri oħra ta' l-istaff ġie/ġew sospiżi waqt li qed issir l- inkjesta?
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Membri li qegħdin imexxu l-inkjesta?
ONOR. LOUIS GALEA: Ninsab informat li dawn il-medicini jinghataw attenzjoni specjali u l-'istocks' taghhom jigu iccekjati regolarment. Fil-kaz imsemmi l-'istocks' gew iccekjati u nstabu korretti sal-gurnata ta' qabel is-serqa.
L-ebda spizjar jew xi membru iehor ta' l-istaff ma gew sospizi, imma l-ispizjara inkarigati mill-'istores' tal- medicini fl-Isptar San Luqa intalbet ma tidholx xoghol ghal gurnata. Il-Bord ta' l- Inkjesta li twaqqaf hu kompost mit-tabib Raymond Busuttil, is- Sinjorina Mary Bellizzi u s-Sur Joseph Rapinett.

Sptarijiet,Health Assistants

bonm,Sptarijiet,Health Assistants

gall,Sptarijiet,Health Assistants



HEALTH ASSISTANT FL-ISPTARIJIET

9071. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Meta hemm il-ħsieb li joħroġ ir- riżultat ta' l-eżami li sar mill-Health Assistants f'Diċembru, 1992?
Għaliex kien hawn dan id- dewmien biex joħroġ dan ir- riżultat?
ONOR. LOUIS GALEA: Twegiba tinghata f'xi seduta ohra.

Telemalta,Cables Section fil-Mosta

degl,Telemalta,Cables Section fil-Mosta

zamf,Telemalta,Cables Section fil-Mosta



MOSTA: TELEMALTA - CABLE SECTION

9072. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Meta huwa maħsub li jibda x- xogħol biex jiġi rranġat il- post fejn illum tinsab il- Cables Section ġewwa l-Mosta?

ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xoghol biex jigi rrangat

il-post fejn illum hemm il- Cables Section gewwa l-Exchange tal-Mosta ghandu jinbeda fit-23 ta' Marzu 1993.


Telemalta,Hlas ta' sahra

degl,Telemalta,Hlas ta' sahra

zamf,Telemalta,Hlas ta' sahra

TELEMALTA - ĦLAS TA' SAHRA

9073. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Meta hemm il-ħsieb li l- ħaddiema tal-Cables Section (Mosta) jitħallsu ta' l- overtime dovut (liema overtime inħadem minn Awissu 1992 'il hawn)?
Liema problema teżisti biex isir dan il-ħlas?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-hlas ta' l-overtime dovut, fost ohrajn lill-haddiema tal- Cables Section tal-Mosta, jsir la darba jkunu konluzi l- verifiki mehtiega.

Qrendi,Trasport pubbliku

buhl,Qrendi,Trasport pubbliku

zamf,Qrendi,Trasport pubbliku



QRENDI - TRASPORT PUBBLIKU

9074. L-ONOR. LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Hemm xi diffikulta' biex karozzi tal-linja fuq il-venda tal-Qrendi jkunu jistgħu fuq bażi ta' alternanza ma' l- Imqabba jgħaddu wkoll miż- Żurrrieq? Dan għandu jkun ta' benefiċċju għal dawk il-ħafna nies li mill-Qrendi jmorru ż- Żurrieq u viċe versa.
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għalissa m'hemmx il-ħsieb li s- suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant ikun attwat.

Qrati,Guri ta' l-ex-Kummissarju tal-Pulizija

bonm,Qrati,Guri ta' l-ex-Kummissarju tal-Pulizija

gall,Qrati,Guri ta' l-ex-Kummissarju tal-Pulizija



QRATI - GURI TA' L-EX- KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA

9075. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Hemm xi ħsieb li l-Gvern jaħtar kummissjoni sabiex tistudja fil-fond ix-xhieda kollha li kien hemm fl-aħħar ġuri ta' l- ex-Kummissarju tal-Pulizija?
F'każ ta' dawk il-Pulizija li ttellgħu bħala xhieda u stqarrew li fl-istatment oriġinali tagħhom ma' qalux il- verita, x'passi se jieħdu l- awtoritajiet fuq aġir bħal dan?
Huwa sodisfatt il-Gvern li dawk il-Pulizija li ħadu l- proklama kollha taw l- assistenza u x-xhieda kollha dettaljata kif kien mistenni?
F'liema grad "uffiċjali" huma dawk il-Pulizija kollha li ttellgħu bħala xhieda?
X'kien il-grad tagħhom meta ġara l-inċident fid-29 ta' Lulju, 1980?
Peress li f'dan l-istess ġuri deher ċar u bl-ismijiet ta' dawk li kienu involuti fis- swat, x'passi jikkonsidra l- Gvern li jieħu kontrihom?
ONOR. LOUIS GALEA: Nirreferi l-Onor. Membru ghat-twegiba f'mistoqsija parlamentari numru 9049.

Pieta',Qasam tad-Djar,Manutenzjoni

manc,Pieta',Qasam tad-Djar,Manutenzjoni

falm,Pieta',Qasam tad-Djar,Manutenzjoni



PIETA' - QASAM TAD-DJAR - MANUTENZJONI

9076. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jordna li l-bankina biswit Block B, Housing Estate fil- Pieta' tissewwa?
Jista' l-Ministru jornda li l-Housing Estate kollu tal- Pieta' jitnaddaf sewwa?
ONOR. MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xoghol tal- bankina msemmija se jsir mid- Dipartiment tad-Distretti tat- Taqsima tax-Xoghlijiet fi zmien qasir.
Dwar tindif fil-Housing Estate ta' l-istess area, jien informat li dan qed isir bhalissa.

Skejjel,Pieta',Manutenzjoni

manc,Skejjel,Pieta',Manutenzjoni

falm,Skejjel,Pieta',Manutenzjoni



SKOLA TAL-PIETA' - MANUTENZJONI

9077. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jordna li l-protective wiring li hemm fl-iskola sekondarja tal-Pieta' jissewwa?
ONOR. MICHAEL FALZON: L- Onor. Interpellant hu mitlub jaghmel din il-mistoqsija lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni.

Qormi,Provvista ta' ilma

sana,Qormi,Provvista ta' ilma

falm,Qormi,Provvista ta' ilma



QORMI - PROVVISTA TA' ILMA

9095. L-ONOR. ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'Pinto Street, Qormi qed jinqata' l-ilma kważi kuljum fil-għodu? Jistgħu jittieħdu passi biex dan l-inkonvenjent li ilu sejjer aktar minn sena, jitneħħa?

ONOR. MICHAEL FALZON: Jien informat li wara li saru xi xoghlijiet biex issir bypass ghal main imblukkat, is- sitwazzjoni tal-provvista ta' l-ilma fil-lokal imsemmi giet ghan-normal.

Birkirkara,Pitch tal-Bocci,Dawl

sana,Birkirkara,Pitch tal-Bocci,Dawl

frem,Birkirkara,Pitch tal-Bocci,Dawl



BIRKIRKARA - DAWL FIL-PITCH TAL-BOĊĊI

9096. L-ONOR. ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Jista' l- Ministru jekk jogħġbu jintervjeni biex tintlaqa' l- applikazzjoni li għamlu xi xhur ilu il-Kumitat tal-Pitch tal- Boċċi f'Birkirkara, magħruf bħala "Tal-Bandli", ħdejn l- iskola biex jingħataw l-arloġġ tad-dawl għad-dawl fuq il- pitch?
Is-sistema tad-dawl fil-pitch tinsab f'postha imma ma tistax titħaddem għax l-arloġġ baqa' ma ġiex.
ONOR. MICHAEL FRENDO: Se nintervjeni biex dak li baqa' jsir, isir.

Birkirkara,Pitch tal-Bocci,Dawl

sana,Birkirkara,Pitch tal-Bocci,Dawl

falm,Birkirkara,Pitch tal-Bocci,Dawl



BIRKIRKARA - DAWL FIL-PITCH TAL-BOĊĊI

9097. L-ONOR. ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'inhi r-raġuni li għaliha baqa' ma' ddaħħalx arloġġ tad-dawl fil-Pitch tal- Boċċi fil-lokal tal-boċċi magħruf bħala "Tal-Bandli", Birkirkara (ħdejn l-iskola), minkejja li l-applikazzjoni saret xhur ilu? Jista' l- Ministru jekk jogħġbu jieħu passi biex jitwaħħal l-arloġġ peress li s-sistema tad-dawl fil-pitch ilha li tinsab f'postha imma ma tistax titħaddem?

ONOR. MICHAEL FALZON: Din it- talba qed tigi mistharrga u r- risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Gafa Dolores,Akkomodazzjoni alternattiva

sana,Gafa Dolores,Akkomodazzjoni alternattiva

hyzg,Gafa Dolores,Akkomodazzjoni alternattiva



AKKOMODAZZZJONI ALTERNATTIVA GĦAL DOLORES GAFA'

9098. L-ONOR. ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Peress li kull min jinsab fil-kerrejja ta' 17 Old Wells Street, Valletta instablu akkomodazzjo­ni alternattiva, għax il- kerrejja se titwaqqa', ħlief Mrs Dolores Gafa, għaliex din l-anzjana ta' 73 sena qed titħalla tgħix waħedha, fis- sular ta' fuq nett, f'kerrejja li qed tispicca aktar u aktar abbandunata u żdingata?
Tista' ssir xi ħaġa biex Mrs Gafa tingħata post alternattiv fejn toqgħod, specjalment la hi stess diġa' identifikat żewġ postijiet vojta qrib Old Wells Street, fejn dejjem għexet Mrs Gafa?
ONOR. GEORGE HYZLER: Hija l- politika tal-Gvern li jipprovdi abitazzjoni alternattiva lil dawk li jkunu effettwati minn xi proġett bħala hu "slum clearance". Il-każ tas-Sinjura Gafa' qed jiġi kkonsidrat fuq il-merti tiegħu.
Kunsilli lokali

sans,Kunsilli lokali

falm,Kunsilli lokali

KUNSILLI LOKALI

9100. L-ONOR. SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Bl-introduzzjoni tal-Kunsilli Lokali, bl- Awtorita' ta' l-Ippjanar u diversi xogħol ieħor li naqas jew se jonqos mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet, jista' l- Ministru jagħti l-pożizzjoni attwali dwar numru ta' mpjegati, xi xogħol li qed jagħtu eċċ u kif se tiżviluppa s-sitwazzjoni għat-tliet snin li ġejjien b'dan it-tnaqqis ta' xogħol u responsabilita' ta' dan id-dipartiment?
ONOR. MICHAEL FALZON: Il- process biex l-impjegati li kienu fis-Sezzjoni ta' l- Ippjanar ikunu dettaljati ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar diga' nbeda.
Qed isir studju bl-ghajnuna ta' l-MSU dwar l-effett tat- twaqqif tal-Kunsilli Lokali fuq in-numru u x-xoghol ta' l- impjegati tat-Taqsima tax- Xoghlijiet u dipartimenti ohra. Ghadu kmieni wisq biex naghti dettalji.

Power Station,Delimara

sans,Power Station,Delimara

falm,Power Station,Delimara



POWER STATION - DELIMARA

9101. L-ONOR. SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Nirreferi għall- mistoqsija parlamentari numru 8804 dwar it-tender tal-132 KVA cable tal-Power Station ta' Delimara.
Jista' l-Ministru jagħti l- lista sħiħa tat-tenderers bl- aġenti lokali u l-ammont ta' kull tender?

ONOR. MICHAEL FALZON: Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba hi din:
Tenderers Country of Tendered Amounts

--------- Origin ----------------

-----------
NKF Kabel Holland DFI 23833128 +

Lm 1600844


Fujikura Japan Y 1241757200 +

Lm 1570742


FW Hempel Alt (1) Germany DM 12450181 +

Lm 367612.98


W Hempel Alt (2) Germany DM 14160159 +

Lm 593512.42


ABB Sweden SK 66437959 +

Lm 1474281


Demirer Kablo Turkey US$ 5837069 +

Lm 919000


BICC Supertensions United Kingdom LStg 6779266 +

Lm 1701879


F & G Germany DM 17328165 +

Lm 1349185


Marubeni Yugoslavia US$ 8416694 +

LStg 594468 +

Lm 1302582
M. Enim Yugoslavia US$ 8925466 +

Lm 763144


Alcatel Cable France FFr 57473350 +

Lm 1350525


Energo Project Yugoslavia US$ 9555244 +

Lm 3048411

Telephones,Servizzi godda

sans,Telephones,Servizzi godda

zamf,Telephones,Servizzi godda

TELEPHONES - SERVIZZI ĠODDA

9102. L-ONOR. SALVU SANT staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jindika meta l-applikazzjoni AT/299/90 f'Ħ'Attard għas-servizz tat- telefon se tkun moqdija?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Huwa ppjanat li l-applikant bin-numru AT/299/90 minn H'Attard ikun jista' jingħata s-servizz tat-telefon iżjed tard din is-sena.

Telephones,Servizzi godda

sans,Telephones,Servizzi godda

zamf,Telephones,Servizzi godda



TELEPHONES - SERVIZZI ĠODDA

9103. L-ONOR. SALVU SANT staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta l- applikazzjoni AT/874/93 għas- servizz tat-telefon f'Ħal Tarxien se tiġi servuta?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Huwa ppjanat li l-applikant bin-numru AT/874/93 minn Ħal Tarxien ikun jista' jingħata s- servizz tat-telefon iżjed tard din is-sena.

Telephones,Servizzi godda

sans,Telephones,Servizzi godda

zamf,Telephones,Servizzi godda



TELEPHONES - SERVIZZI ĠODDA

9104. L-ONOR. SALVU SANT staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta l- applikazzjoni AT/466/93 għas- servizz tat-telefon se tkun moqdija?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Huwa ppjanat li l-applikant bin-numru AT/466/93 minn Raħal Ġdid ikun jista' jingħata s- servizz tat-telefon is-sena d- dieħla.
Sant'Antnin,Impjant ta' riciklagg

sans,Sant'Antnin,Impjant ta' riciklagg

falm,Sant'Antnin,Impjant ta' riciklagg

SANT'ANTNIN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ

9105. L-ONOR. SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: F'Ġunju tas-sena l- oħra ġie nawgurat is-Solid Recycling Plant ta' Sant'Antnin li sewa 'l fuq minn Lm4 miljun u sa ftit taż-żmien ilu kien għadu mhux jiffunzjona.
Imbilli dan l-aħħar ġie mħabbar li se jsir incinerator ieħor għas-solid waste disposal u li se jqum madwar Lm12 miljun, jista' l-Ministru jgħid:-
a) Jekk l-ewwel impjant hux qed jaħdem u kemm ġie pproċessat s'issa materjal?
b) Fiex jikkonsisti dan l- impjant ta' Lm12 miljun u jekk hux differenti minn ta' l- ewwel?


Yüklə 0,53 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin