MR SPEAKER: L-Onor. Vella, point of order.
ONOR. GEORGE VELLA: Point of order. Jien qed nisma' b'attenzjoni dak li qed igħid l-Onor. Muscat pero' nitolbu jikkwotali fejn aħna għidna li se nxandru kull kif. (Interruzzjonijiet) Inti għandek ħafna references hemmhekk. Jien dan ninnegah bl-aktar mod kategoriku għax aħna m'għidniex li se nxandru kull kif fuq it-television.
ONOR. RICHARD MUSCAT: Lill- Onor. George Vella jien nassigurah li dak li għidt jien għamiltu within inverted commas għax qed nikkwotah minn dokument li ġie ppubblikat fil- ġurnali. Tant hu veru li f'dak iż-żmien li qalu dan kienu jxandru bir-radio meta kienu għadhom mhumiex fir- rispett tal-liġi. L-importanti hija t-tieni frażi li semmejt u mhux l-ewwel waħda.
Issa ħalli nkompli, Mr Speaker. Allura meta naraw dan l-atteġġjament, jekk nimxu bil-kwestjoni tal-ponta tas- sejf u kontinwament b'kelma ta' sfida mingħajr ma jkollha ġustifikazzjoni, tonqos il- kredibilta' ta' dak li jgħidha. Kif naraha llum jien, din il- kwestjoni tax-xandir hija kwestjoni kulturali. Din m'għandhiex tkun kwestjoni ta' kontroversja meta aħna qegħdin niddiskutu x'inhu fl-interess tal-pajjiż, tal-partit u ta' kull wieħed minna kif inħarsu lejn din is-soluzzjoni. Din m'għandiex tkun kwestjoni ta' firda, imma ta' għaqda, għaliex il-mezz irriduh mhux biex jipperikola l-mezz tax-xandir u jkun ta' periklu għad- demokrazija, imma rriduh isaħħaħ id-demokrazija. Illum qed naqraw li t-teknoloġija tat-television tant hija avvanzata li qed jissejjaħ l- iktar mezz demokratiku li jeżisti għall-użu taċ-ċittadin. Kulħadd jaqra dwar ir- rivoluzzjoni kbira li għaddejja u fi ftit snin oħra - mhux fil- fantapolitika jew fil- fantaxjenza - it-television lanqas se jkun kif nafuh illum. It-television mhux se jibqa' l-iscreen li jitkellem u t- telespettatur jisma'. Għalhekk se jsir demokratiku għaliex barra li se jkun hemm għażla ta' mijiet ta' channels - u din il-possibbilta' se tidħol anke f'pajjiżna - it-telespettatur se jkollu l-opportunita' li jisma' jekk irid jisma', jagħżel fejn jogħġbu jagħżel u jipparteċipa wkoll fejn jogħġbu jipparteċipa u permezz ta' l- użu tal-computer jidħol fid- diskussjoni, jagħmel għażliet u jkun protagonista anke bħala telespettatur u ma tibqax iżjed il-kelma spettatur. Voldieri meta aħna llum qegħdin nagħmlu din it-tip ta' diskussjoni, għandna nħarsu bi projezzjoni 'l quddiem. Min ma jirnexxilux iħares bi projezzjoni 'l quddiem waqt li illum qed jiddeċiedi l-affarijiet importanti anke f'dan il-qasam, ifisser li ma jkunx qiegħed jara r-realta' fejn hi. U partit politiku li jipprevedi biss il-preżent u huwa marbut biss mal-ħteġijiet u l- interessi partiġġjani tal- preżent, huwa partit li għadu mhuwiex jippreżenta ruħu veru bħala alternattiva għat- tmexxija tal-pajjiż.
Irridu naraw li din tkun kwestjoni li biha lill-poplu mhux biss insaħħulu d- demokrazija u l-liberta' imma nsaħħulu wkoll il-kultura u nagħtuh id-dritt li jesprimi ruħu għaliex dak hu dover ta' kull partit politiku. Il-Gvern f'dan il-każ għandu dmir aktar minn kulħadd, imma huwa d-dmir ta' kull partit politiku li jinkoraġġixxi d-dritt ta' l- espressjoni. Huwa wkoll dmir tagħna bħala Gvern u partit politiku li naraw li s-soċjeta' tissaħħaħ u tiżviluppa kulturalment u ma rridux naraw illi l-mezzi tax-xandir iservu biss biex nagħmlu demagoġiji, biex inqanqlu protesti ta' spekulazzjoni politika, biex kull min ifettillu, ikun jista' jaqbad u jitkellem mingħajr ebda riflessjoni jew biex il-poplu ma jirraġunax u jkun imsaħħan biss emotivament. Dan hu kollu żbaljat u b'hekk il- mezzi tax-xandir isiru ta' periklu għad-demokrazija u jkabbru l-injoranza tal-massa.
Mr Speaker, jien jidhirli li għalhekk huwa tajjeb li d- diskussjoni li nagħmlu fuq dan is-suġġett tkun diskussjoni ħielsa, oġġettiva u skond ir- realta' għax f'rasna għandna l-futur ta' pajjiżna, is- soċjeta' tagħna li tissaħħaħ fid-demokrazija u fil-liberta', u l-partiti tagħna jikkontribwixxu biex jaraw illi l-kultura tal-poplu tagħna tkompli tikber u mhux tiċċekken. Grazzi.
MR SPEAKER: Grazzi. Sar il- ħin.
Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 23 ta' Marzu fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.
Fid-9.30 il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il- mistoqsija.
MISTOQSIJIET
IMWIEĠBA
BIL-MIKTUB
Telephones,Servizzi godda
mizj,Telephones,Servizzi godda
zamf,Telephones,Servizzi godda
TELEPHONES - SERVIZZI ĠODDA
8979. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikanti tat-telephone AT 4138/91, AT 164/83, 1670/90, 3758/91, 4185/91 u 1394/92 għadhom ma ġewx servuti b'dan is-servizz?
Meta hu maħsub li jingħata dan is-servizz?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-applikant Nru. AT/4138/91 (Fgura) inghata s-servizz fuq Nru. 697674.
- L-applikant Nru. AT/164/83 (Fgura) inghata s-servizz fuq Nru. 697634.
- L-applikant Nru. AT/1670/90 u AT/3758/91 (Fgura) se jinghataw is-servizz izjed tard din is-sena meta jitlesta x- xoghol mehtieg.
- L-applikant Nru. AT/4185/91 (Fgura) inghata s-servizz fuq numru 677050.
- L-applikant Nru. AT/1394/92 (Fgura) se jinghata s-servizz izjed tard din is-sena meta jitlesta x-xoghol mehtieg.
Għawdex,Industriji
schs,Għawdex,Industriji
bong,Għawdex,Industriji
GĦAWDEX - INDUSTRIJI
4509. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: X'incentivi addizzjonali offra lill-industrija f'Għawdex il- Gvern bil-għan ewlieni li jħajjar investimenti ġodda kif ukoll li jinkoraġġixxi t- tkabbir ta' dawk eżistenti? Kemm fil-fatt immaterjalizzaw f'investimenti ġodda?
ONOR. GEORGE BONELLO DU PUIS: L-incentivi li joffri l-Gvern specifikament ghall-industrija f'Ghawdex huma dawk indikati f'Artiklu 23 ta' l-Att ta' l- 1988 dwar l-Izvilupp Industrijali. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tad- domanda ma tistax tinghata ghax hija koperta bis-segretezza ufficjali.
Qrati,Sentenza sospiza
schs,Qrati,Sentenza sospiza
fenj,Qrati,Sentenza sospiza
QRATI - SENTENZA SOSPIŻA
4510. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: X'tibdil hu rikjest fil-liġi tas-suspended sentence u tal-probation biex dawn jingħataw biss meta dawn se jkunu ta' ġid? Il-liġi preżenti tista' tagħti lok għall-abbuż? Fuq kollox il- "Borstal Training" Day Attandance Centres mhux se jiġu introdotti għal issa? X'jidhirlu l-Ministru dwar "Partially - Suspended Sentences" u l-idea ta' "Work Prisons" fejn il-ħabsi jingħata xogħol mhux biss fil-ħabs iżda f'cirkostanzi normali anke barra l-ħabs tul il-ġurnata?
Il-Ministru se jaħdem fuq piena "to fit the crime" jew "to fit the criminal"?
ONOR. JOE FENECH: L-Onor. Interpellant għandu jaf li kull liġi taħt il-kappa tax-xemx tista' tiġi abbużata. Biex isir l-aħjar użu tas-sentenza sospiża u ta' l-ordni tal- probation hemm bżonn qabel xejn u fuq kollox li l-ġudikant japplika l-miżuri in kwestjoni bil-għaqal, fid-dawl tal- filosofija wara s-sentenza sospiża u l-probation, u fl- ambitu ta' sentencing policy li tirrifletti r-realtajiet soċjali tal-pajjiż. L-emendi għall-liġi tal-probation li ġew fis-seħħ aktar kmieni din is- sena huma intiżi biex jassiguraw funzjonament aħjar tas-sistema tal-probation; pero' dawn l-emendi ma jistgħu qatt jissostitwixxu l-għaqal u l-ġudizzju prudenti tal- ġudikant.
Kwantu għal Borstal Training u Attendance Centres, l-Onor. Interpellant żgur li jaf bit- tibdiliet sostanzjali f'dan il- qasam introdotti fl-Ingilterra bil-Criminal Justice Acts ta' l-1982 u 1988. Fi kwalunkwe każ, wieħed ma jistax jikkopja kif ġie ġie; wieħed irid iżomm quddiem għajnejh il-ħteġijiet u l-limitazzjonijiet ta' pajjiżna. (Ninsab pero' informat li l-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali għadu qed jikkonsidra l-aspetti kollha tal-possibilta' tat- twaqqif ta' istituzzjoni residenzjali għal delikwenti żgħażagħ).
Dik il-parti tal-mistoqsija li tirrigwarda l-partially suspended sentence u l-work prisons tmur kontra l-Ordni Permanenti 27 (5) u għalhekk mhux se tingħata tweġiba għaliha.
Dwar l-aħħar parti tal- mistoqsija, l-Onor. interpellant hu mitlub li jiċċaraha; kif inhi ma nistax nagħti risposta.
Dip ta' l-Agrikoltura,Korsijiet
schs,Dip ta' l-Agrikoltura,Korsijiet
gatl,Dip ta' l-Agrikoltura,Korsijiet
DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - KORSIJIET
4555. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Nixtieq naf għaliex dan il- Gvern li jiftaħar tant li jieħu ħsieb iż-żgħażagħ, tlett snin ilu sifer sitt studenti għall-kors ta' sena fl- Agrikoltura bil-patt li jekk jgħaddu jkomplu is-sentejn l- oħra tal-kors. Naf ukoll li magħhom kien hemm studenti ieħor ta' 50 sena u s-sena li għaddiet il-Ministru reġa' bagħat għadd ta' anzjani jistudjaw barra.
Nixtieq li l-Ministru jinforma l-pubbliku Malti u jagħti l-marki kollha li ġabu l-istudenti u jgħid x'laħħaqhom?
ONOR. LAWRENCE GATT: Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li ma kien hemm ebda ftehim ma' l- apprentisti li jekk jghaddu dawn ikomplu ghal sentejn ohra. L-istudenti anzjani li ssemghu huma Ufficjali Agrikoli li ntbaghtu jistudjaw barra bhala kundizzjoni tal-hatra taghhom bhala Agriculture Officers IIA.
Niehu l-okkazjoni biex nghid li f'Malta issa twaqqaf l- Istitut ta' l-Agrikoltura fl- Universita' ta' Malta u meta jibda l-kors ikun hemm opportunita' biex aktar nies jattendu ghal dan l-istudju flok imorru barra. Fit-tmiem ta' dawn il- kwalitajiet ta' "Courses" ma jinghataw l-ebda marki imma certifikat. L-apprentisti tajnihom post li jixraq skond it-taghlim li hadu. Biss il- fatt li dawn marru jistudjaw barra joffrilhom il-possibilita' li jkunu f'pozizzjoni ahjar li jilhqu f'postijiet aktar gholja fid-dipartiment, meta johorgu sejhiet ghall-mili ta' vakanzi li jinqalghu minn zmien ghal zmien.
Skejjel,Junior Lyceum
schs,Skejjel,Junior Lyceum
mifu,Skejjel,Junior Lyceum
BLATA L-BAJDA - SKOLA JUNIOR LYCEUM
4565. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi l-istudenti tal-Junior Lyceum, il-Blata l-Bajda, in partikolari dawk tal-Form 3 qed jilmentaw li l-kotba li qed jagħtuhom huma kollha imqattgħin, jista' l-Gvern jgħid għaliex qed isir dan kollu? L-istudenti kif jistgħu jistudjaw meta l-kotba tal- Franċiż huma mqattgħin?
ONOR. UGO MIFSUD BONNICI: L- Onor. Interpellant m'għandux għax jinkwieta rigward il-kotba tal-Franċiż li ngħataw lill- istudenti tal-Junior Lyceum, Blata l-Bajda, għaliex waqt li l-librara kienu qed iqassmu l- kotba saru t-tħejjijiet kollha neċessarji biex il-qodma imqattgħin u vandalizzati jinbidlu minnufih.
Li wieħed igħid li "l-kotba kollha li qed jagħtuhom huma kollha mqattgħin" hija konklużjoni 'l bogħod mill- verita'. Il-kotba li qed joħorġu fl-eluf tagħhom mid- depożitarju taċ-Ċentru Franko-Malti li jitqassmu fl-iskejjel mil-Librara rispettivi tagħhom huma ġodda fjamanti u swew eluf ta' liri lill-Gvern Malti.
Biżżejjed li wieħed igħid li s-somma għall-kotba tal-Franċiż din is-sena laħqet fuq Lm20,000 u dan biex jiġu moqdijin biss il-klassijiet ta' l-ewwel sena Franċiż li bdew jużaw il-metodu "Espaces", l-aktar wieħed aġġornat fl-Ewropa.
Gwardamangia,Flats tal-Gvern,Kera
schs,Gwardamangia,Flats tal-Gvern,Kera
hyzg,Gwardamangia,Flats tal-Gvern,Kera
GWARDAMANGIA - KERA TAL-FLATS TAL-GVERN
4566. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: B'referenza għall-appartamenti tal-Gvern f'Ġwardamangia, limiti tal-Ħamrun, jista' l- Ministru jgħid għaliex ma tinħoloqx skema biex qatt aktar minn ikollu Lm80 kera u jbiddel għal xi flat tal-Gvern ma jispiċċax jħallas Lm180 bit- tbatija kbira għall-inkwilin?
ONOR. GEORGE HYZLER: Kull meta jsir bdil ta' xi proprjeta' tal-Gvern dan ikun meqjus bħala kirja ġdida u għalhekk kemm il-prezz tal- kirja kif ukoll xi sussidju fuq l-istess kirja jiġu maħduma skond iċ-ċirkostanzi tal- mument.
Marsa,Centru rikreattiv
schs,Marsa,Centru rikreattiv
gall,Marsa,Centru rikreattiv
MARSA - ĊENTRU RIKREATTIV
4604. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jistgħu jittieħdu passi biex jinqatlu l-ġrieden li hemm fiċ- ċentru rikreattiv fil-Marsa u li l-ġrieden mejta ma jitħallewx ma' l-art u/jew fil- ħaxix?
Kif se jinqatlu l-kwantita' ta' ġrieden li hemm wara l- għassa?
ONOR. LOUIS GALEA:Id- Dipartiment tas-Sahha permezz tas-Sezzjoni tal-Pest Control, diga' ha l-passi mehtiega biex giet ikkontrollata l-problema ta' grieden li kien hemm fic- Centru rekreattiv tal-Marsa u se jkompli bit-trattament u mizuri ohra mehtiega.
Festival tal-Kanzunetta Maltija
cilj,Festival tal-Kanzunetta Maltija
frem,Festival tal-Kanzunetta Maltija
FESTIVAL TAL-KANZUNETTA MALTIJA
7627. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid dwar il-festival tal- kanzunetta Maltija, għalfejn ma ħarġux Long Plays/cassettes tal-kanzunetti finalisti f'dawn l-aħħar snin, kif kien isir fi żmien Amministeazzjoni Laburista?
ONOR. MICHAEL FRENDO: Il- Kumitat ħass l-ispiża sabiex isiru il-Long Plays bħalma kien isir qabel ma jiġġustifikax l- ispejjeż involuti peress li l- bejgħ kien ikun baxx ħafna. Din is-sena se joħroġ Cassette DAT (jiġifieri ta' kwalita' diġitali) tal-15-il kanzunetta finalisti (minbarra dik klassifikata l-ewwel) kemm bil- Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Il-kanzunetta rebbieħa se tiħroġ fuq CD bil-verżjoni Maltija u Ingliża. Barra minnhekk se jinħareġ ukoll Video Cassette tas-Serata finali. Il-qliegħ minn dawn se jmur għall-kampanja Cash for Cancer.
Attivitajiet Kulturali,Prezzijiet
cilj,Attivitajiet Kulturali,Prezzijiet
frem,Attivitajiet Kulturali,Prezzijiet
ATTIVITAJIET KULTURALI - PREZZIJIET
7628. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jaħseb il-Ministru li l-prezzijiet għaż-żgħażagħ li jattendu attivitajiet kulturali għandhom ikunu ssussidjati mill-Gvern?
Jekk fl-affermattiv, x'inhu jagħmel biex dan iseħħ?
Jekk fin-negattiv, x'inhi r- raġuni għaliex ma jaqbilx?
ONOR. MICHAEL FRENDO: L- attivitajiet kulturali organizzati mill-Ministeru huma kollha sussidjati u għal daqshekk iż-żgħażagħ bħal membri oħra tal-pubbliku meta f'dawk il-ftit każi li jkun mitlub ħlas għall-attendenza dan il-prezz huwa sussidjat. Ta' min isemmi l-istudenti li jippreżentaw l-Identity Card meta jattendu attivitajiet fit- Teatru Manoel organizzati minnu jingħataw reduzzjoni ta' 50%.
Barra minnhekk qed isiru arranġamenti għall-Karta Żgħażagħ biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jkollhom riduzzjonijiet f'attivitajiet u servizzi oħra.
Santa Lucija,Triq il-Peprin,Trinka
cilj,Santa Lucija,Triq il-Peprin,Trinka
falm,Santa Lucija,Triq il-Peprin,Trinka
SANTA LUCIJA: TRIQ IL-PEPRIN - TRINKA
7727. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li tiġi mogħtija l-asfalt it-trinka li saret fi Triq il-Peprin, Santa Lucija li qegħda tikkawża nkonvenjenza lir-residenti tat- triq u l-karozzi li jgħaddu minnha?
ONOR. MICHAEL FALZON: Jien informat li t-trinka msemmija saret ghall-mains ta' l-ilma u ssewwiet b'mod temporanju.
Tlabt lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma tiehu l-passi mehtiega biex din it- trinka tissewwa permanentement.
Muzewijiet,Esebizzjonijiet ta' artisti Maltin
cilj,Muzewijiet,Esebizzjonijiet ta' artisti Maltin
mifu,Muzewijiet,Esebizzjonijiet ta' artisti Maltin
MUŻEWIJIET - ESEBIZZJONIJIET TA' ARTISTI MALTIN
7728. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'referenza għall-policy tal-Mużewijiet Nazzjonali li fi kriżi għall- artist Malti joffru s-swali tagħhom bħala monti jew suq u r-risposta mogħtija mill- Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 6644, jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li jirrikonsidra din il-policy peress li wieġeb li dan mhux eskluż?
ONOR. UGO MIFSUD BONNICI: Għal minuta ma naħsibx li hemm xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-interpellanza numru 6644.
Skejjel,Sport tal-handball
cilj,Skejjel,Sport tal-handball
mifu,Skejjel,Sport tal-handball
SKEJJEL - SPORT TAL-HANDBALL
7729. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ħa biex jiddaħħal l-isport tal-hands ball fl-iskejjel tagħna mill- 1987 sal-lum?
ONOR. UGO MIFSUD BONNICI: Fis-sillabu li ġie ppjanat u mqassam għall-ewwel darba din is-sena hemm indikata b'mod speċifiku l-introduzzjoni ta' din il-logħba fl-iskejjel sekondarji.
Fir-Requisitions for Stores ta' din is-sena skolastika, numru kbir ta' handballs ġew ordnati sabiex jitqassmu fl- iskejjel.
Ghawdex,Kumpless sportiv,Seminars
cilj,Ghawdex,Kumpless sportiv,Seminars
frem,Ghawdex,Kumpless sportiv,Seminars
GĦAWDEX: KUMPLESS SPORTIV - SEMINARS
7730. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'courses/seminars ġew organizzati fil-Kumpless Sportiv f'Għawdex in konnessjoni ma' l-isports f'Malta/Għawdex mindu nfetaħ sal-lum, sena b'sena? Kemm ħadu sehem partecipanti f'kull course/seminar?
ONOR. MICHAEL FRENDO: Din hija lista ta' l- korsijiet/seminars li ġew organizzati fil-Kumpless Sportiv f'Għawdex in konnessjoni ma' l-isports f'Malta/Għawdex mindu fetah sal-lum, kif ukoll in-numru ta' parteċipanti:
1990
April Squash: Beginners Course immexxi
minn Amand Verannemen 20
Mejju VolleyBall: Basic Skills beginners
Course immexxi minn
V.Svejda 35
Gunju Course in Physical Fitness for
members of the Police Force
immexxi minn J.W. Psaila 13
Lulju Basketball: Beginners Course (Girls)
immexxi minn M.A. Attard 20
Badminton: Course immexxi minn
coaches tal-Badminton
Association. 40
Awissu 4 day course in Badminton 31
Kors għat-tfal fil-Lawn Tennis
immexxi minn P. Fletcher 17
1991
Marzu Volleyball: Referee Course immexxi
minn P.Borg Costanzi 20
Weightlifting: Lecture fil-prattika
minn Charles Mifsud 20
Lecture: Chess minn Grand Master
mill-Jugoslavja 15
Mejju 4 Tennis Coaching Courses (beginners)10
Gunju 4 Tennis Coaching Courses (beginners)10
Lulju 4 Tennis Coaching Courses (beginners)10
immexxija minn Paul Fletcher u
S. Caruana
Lulju Skola Sport tas-sajf fil-Basketball
sa Volleyball, Lawn Tennis, Badminton
Settembru u fitness. Lezzjonijiet minn
studenti-għalliema u oħrajn 137
Settembru Coaching Clinic fil-Volleyball
immexxi minn A. Pace Taliana 30
1992
Mejju Lecture on Para Gliding minn H.A.Rota 13
Seminar: "Il-Parterċipazzjoni ta'
l-Isportivi Għawdxin f'Malta" 30
Seminar for New Lyceum students
"Il-Mara fl-Isport" Kelliema:
H. Cassar, D.Borg, L.Bugeja 120
Gunju Lecture: "Avoiding Injury in
Sport" minn Paul Fletcher 16
Kors fil-Handball minn D. Dalli 20
Gunju sa 3 Lawn Tennis Courses (beginners)
Settembru minn Paul Fletcher (kull kors) 10
Lulju Volleyball Referee's Course minn
A. Pace Taliana 5
Lulju sa Skola Sport tas-Sajf: Lawn Tennis
Settembru Rhythmics, Basketball, Volleyball,
Badminton, Fitness 160
Diċembru Rhythmics: Lezzjonijiet għat-tfal
u jkompli ta' 11-il sena mmexxija minn
kull nhar G. Mizzi 70
ta' Sibt
Diċembru Basketball Basic Skills (Boys)
u jkompli immexxi minn J.W. Psaila 15
1993
Sptarijiet,Infermiera
calr,Sptarijiet,Infermiera
gall,Sptarijiet,Infermiera
SPTARIJIET - INFERMIERA
8691. L-ONOR. RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kors għad-diploma fin- nursing hux se jerġa' jsir f'April kif kien mistenni? Jekk le, għaliex? Kemm qagħdu għal dan il-kors minn kemm ilu li beda? Se jinbidel xi ħaġa fil-kors li jmiss jekk isir?
ONOR. LOUIS GALEA: Filwaqt li l-mistoqsija ghandha ssir lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, peress li l- Institute of Health Care huwa Istitut ta' l-Universita', ninsab informat li bhalissa fil-kors ta' Diploma Nursing & Midwifery hemm registrati 134 student.
Kriminalita'
calr,Kriminalita'
fenj,Kriminalita'
KRIMINALITA'
8692. L-ONOR. RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Jikkonsidra l- Ministru li jemenda l-liġijiet ta' Malta biex kriminali li jinqabdu jisirqu u jinstabu ħatja skond l-akkuża jiġu mġiegħla li jroddu l-flus jew l-oġġetti li jkunu serqu?
ONOR. JOE FENECH: Il-liġi ċivili diġa' tipprovdi azzjoni biex min jiġi misruq ikun jista' jieħu lura dak li nsteraqlu minn għand minn serqu, kif ukoll biex jitħallas id-danni li setgħu ġew kkawżati lilu. Id-diffikulta' li teżisti hu li ħafna drabi min ikun seraq ikun sparpalja l- bottin tiegħu f'kapriċċi u ftit jibqa' affarijiet biex is- sentenza li wieħed jottjeni ikun jista' jenforzha.
Banek,Serq
calr,Banek,Serq
gall,Banek,Serq
SERQ MINN BANEK
8693. L-ONOR. RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħjiel min seraq dik is-serqa kbira mill-Bank of Valletta xi xhur ilu? X'passi ttieħdu jew qed jittieħdu mill-pulizija biex iħarsu aħjar il-banek li jidher li qed isiru l-mira ta' ħallelin professjonali?
ONOR. LOUIS GALEA: L- istharrig mill-Pulizija f'dan il-kaz ghadu sejjer. Nahseb li mhux ghaqli li wiehed jizvela mizuri ta' sigurta' ghax b'hekk dawn jidghajfu.
Habs Civili,Xoghol ghall-habsin
calr,Habs Civili,Xoghol ghall-habsin
fenj,Habs Civili,Xoghol ghall-habsin
ĦABS CIVILI - XOGĦOL GĦALL- ĦABSIN
8694. L-ONOR. RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Jista' l-Ministru jemenda l-liġi jew liġijiet biex il-Maġistrati u l- Imħallfin ikunu jistgħu jordnaw lill-ħabsin jagħmlu xogħol għall-kommunita' bħal tindif ta' skart u terrapien, tħawwil ta' siġar, eċċ.?
ONOR. JOE FENECH: L-għoti ta' ordni lil nies misjuba ħatja minn Qorti ta' ġuridizzjoni kriminali biex jagħmlu xogħol fil-kommunita' filwaqt li għandu benefiċċji għandu wkoll l-iżvantaġġi tiegħu peress li hemm il- perikolu li dak li jkun suġġett għal tali ordni jiġi stigmatizzat u jsibha diffiċli li jkun jista' jinserixxi ruħu fis-soċjeta'. Iżda din il- materja qegħda tiġi attivament studjata u kkonsidrata.
Skejjel,Ghawdex
bare,Skejjel,Ghawdex
mifu,Skejjel,Ghawdex
SKEJJEL F'GĦAWDEX
8708. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'jisimhom u xi grad għandhom dawk li qed imexxu f'Għawdex: Skola tal-Mużika;
Skola ta' l-Arti;
Skola tad-Drama;
Skola tal-Ġebel;
u Skola tal-Biedja?
ONOR. UGO MIFSUD BONNICI:
ISEM GRAD
Skola tal-Mużika Ms Maria Frendo Teacher
Skola ta' l-Arti Mr Emanuel Saliba Teacher
Skola tad-Drama Mr Alfred Mallia E.A.
Skola tal-Ġebel u
Skola tal-Biedja Mr Anton Portelli Teacher
Ministeru ghal Ghawdex,Qasam Edukattiv
bare,Ministeru ghal Ghawdex,Qasam Edukattiv
mifu,Ministeru ghal Ghawdex,Qasam Edukattiv
MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - QASAM EDUKATTIV
8709. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma responsabilitajiet amministrattivi specifici tal- Ministeru għal Għawdex fuq il- Qasam Edukattiv Għawdxi?
Dostları ilə paylaş: |